Peress li fuq xi mezzi ta' l-istampa ntqal li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvat it-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dan ix-xogħol ser isir meta tkun approvata l-applikazzjoni dwar id-disinn tal-'fencing' li jrid isir minflok il-ħajt li ser jitwaqqa'.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja tarmac Triq L. Schickluna fil-Fgura? Jista' jara li din tingħata ftit prijorita' għax qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jaħdem mal-Kunsilli Lokali biex jifformola kriterji li jiddefinixxu l-prijoritajiet nazzjonali ta` dan ix-xogħol, u għalhekk ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant fil-parti tat-triq li għadha mhix asfaltata, isir skond il-prijoritajiet li ser joħorġu minn dawn id-diskusjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi xogħol mill-istudenti ta' l-iskola Gilormu Cassar, fuq il-knisja ta' Santa Tereża, Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li l-istudenti ta' l-iskola tas-snajja' Ġilormu Cassar huma taħt is-16-il sena, dawn ma jagħmlux xogħol ta' restawr barra mill-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qed jiskontaw sentenza fuq: a) serq; b) qtil u c) droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, fis-27 ta` Ottubru, 1999, in-numru ta` priġunieri li kienu qed iservu sentenza fuq reati konnessi ma` serq, qtil u droga kien ta` 46, 23 u 64 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibagħthom separatament, li applikat għal Employment License tingħata din il-liċenzja sta għal fatt li se jiżżewweġ tfajla Maltija, u ommu hi Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret talba lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates minn kumpanija lokali sabiex tinħareġ liċenzja ta` impjieg f`isem il-persuna li saret referenza dwarha fil-Mistoqsija.
Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment m`għandu ebda nformazzjoni li l-persuna konċernata se tiżżewweġ ċittadin Malti. Iżda jekk hu hekk, skond il-policy eżistenti, fejn hemm għerusija ta` barranin ma` Maltin, wara li tiġi pprovduta l-evidenza meħtieġa, tinħareġ liċenzja ta` impjieg f`isem il-persuna barranija valida għal mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data taż-żwieġ tal-koppja.
Jekk dan mhux il-każ, it-talba titressaq quddiem il-bord imwaqqaf sabiex jipproċessa talbiet għall-ħruġ jew tiġdid ta` liċenzji ta` impjieg (lill-barranin) sabiex jeżamina l-każ.
26.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li fil-Kottonera, aperturi u gallarijiet ta' l-injam jinbidlu u jsiru ta' l-aluminium kulur qisu injam?
Response (BORG, TONIO)
Le, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tagħtix permess biex gallarijiet ta` l-injam jinbidlu u jsiru ta` l-aluminium kulur qisu njam.
Sadanittant, ġiet estiża l-iskema ta` rranġar ta` gallarijiet fil-Kottonera kif imħabbar nhar il-Ġimgħa 8 ta` Ottubru f`konferenza għall-istampa.
L-Awtorita` beħsiebha tirrevedi l-policy dwar l-użu ta` aluminium f` 'Urban Conservation Areas' sabiex ikun hemm gradi differenti ta` protezzjoni skond il-kuntest storiku urban.
26.10.99 (a.m.)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8914, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex jitlesta xogħol fuq il-gallarijiet fil-post Blk 1, Flat 6, Fuq San Pawl, Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-gallarijiet tlestew mid-Dipartiment tal-Manifattura w Servizzi w ser jitwaħħlu fil-post fi żmien qasir.
Jikkonferma l-Ministru li fil-Malta Shipbuilding deċiżjoni tal-management biex tinqata' siegħa mill-paga tal-ħaddiema swiet lill-kumpannija mijiet ta' liri fi ħlasijiet ta' overtime u materjal? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet din l-ispiża u għaliex l-aġġustament fil-paga ma sarx fil-ħinijiet normali tax-xogħol meta dan kien possibbli li jsir? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min hu responsabbli għal dan in-nuqqas serju u x'passi se jittieħdu biex ikun hemm kontroll effettiv fl-infiq tal-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li peress li l-Malta Shipbuilding kellha taqta' siegħa paga lil kważi l-ħaddiema kollha minħabba azzjoni industrijali ordnata mill-union, it-3 wages clerks kellhom jaġġustaw is-siegħat tax-xogħol fuq il-punch card ta' kull ħaddiem. Barra minn hekk, fuq oġġeaajoni ta' natura teknika mill-union, inħoloq aktar xogħol f'dawwa biex il-pagi joħorġu fil-ħin. Minħabba din l=oġġezzjoni, il-managemnet ta' l-azjenda ma kellux triq oħra għajr li jordna lill-wages clerks jagħmlu s-sahra li ammontat għal Lm133. Ma naħsibx li f'dawn iċ-ċirkostanzi l-Management aġixxa b'mod irresponsabbli.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Skola G. Despott, Verdala
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10441 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet referuta lilek u cioe': il-Ministru responsabbli mill-artijiet jivverifika u jgħid jekk hemmx xi entraturi, minn barra l-bini ta' l-iskola G. Despott Verdala, li jagħtu għall-ground ta'l-istess skola? Jekk fl-affermattiv, jista'l-Ministru jgħid jekk dawn humiex okkupati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn barra l-aċċess li hemm mill-iskola G. Despott għall-ground li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, hemm żewġ aċċessi oħra għall-istess ground. Wieħed minn dawn l-aċċessi, li huwa magħluq, qiegħed fuq in-naħa tal-huts ta` Verdala. Dan l-aċċess, li jagħti għal fuq il-ġenb tal-ground, qiegħed minn ġos-swar fejn hemm 'storage area' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
L-aċċess l-ieħor, li jagħti għal fuq wara tal-ground, hu minn ġos-sur ta` San Clement, li hu mikri, u dan l-aċċess li jissepara l-ground u s-sur, hu magħluq b`gate.
25.10.99
Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10442 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid liema huts, fl-area magħrufa bħala Verdala fejn illum hemm allokat id-Dipartiment tax-Xogħlijiet distrett tal-Kottonera, huma okkupati? Min qed jokkupahom? Jista' l-Ministru jara li l-area tingħata tindifa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-area magħrufa bħala Verdala, fejn illum hekk allokat id-Dipartiment tax-Xogħlijiet, distrett tal-Kottonera, hemm b`kollox ħdax-il hut.
Erbgħa minn dawn huma allokati lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet distrett tal-Kottonera, wieħed huwa mikri lill-Kumitat Festi Esterni ta` Bormla u s-sitta l-oħra qegħdin jiġu użati mill-kuntrattur li qiegħed jagħmel xogħol tal-Kunsill Lokali ta` Bormla.
25.10.99
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir-rigward ta' mistoqsija parlamentari numru 10189?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan il-post jaqa' taħt ir-responsabbilta` tad-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Id-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda oġġezzjoni li tinfetaħ din il-Kappella u fiha ssir il-quddiesa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda għal technician's course fil-Fellenberg? Jista' jgħid ukoll kemm hemm studenti fuq il-waiting list għall-istess course?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti ġodda li daħlu għal tehnician's course fil-Fellenberg hu 40.
In-numru ta' studenti li hemm fil-waiting list hu 34.
31 mill-istudenti li kienu fil-waiting list, ingħataw it-tieni għażla tagħhom u ntbagħtu f'korsijiet oħra, iżda dawn xorta jżommu d-dritt li jekk ikun hemm vakanzi, imorru l-Fellenberg skond il-mertu tal-kwalifiki tagħhom.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 9905?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Iskola Sekondarja tas-Subien Lorenzo Gafa' fil-Birgu, ingħata bidu għal xogħol ta' landscaping u tkabbir tal-faċilitajiet sportivi fuq in-naħa ta' wara, inbniet kamra li diġa' qiegħda tintuża fuq is-sala ta' l-iskola li eventwalment sejra sservi bħala "games room", filwaqt li fuq in-naħa ta' quddiem ta' l-iskola twaqqgħet parti qadima biex tagħmel spazju għal blokka ġdida li sejra toffri numru ta' "special rooms" lill-iskola. Hu pprogrammat li x-xogħol kollu jitlesta sa Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' t-talba sabiex it-tifla li qed nibagħat separatament il-case summary tagħha maħruġ miċ-Child Division Assessment Unit, tingħata facilitator?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba għal Facilitator għal din it-tifla waslet tard (26.8.99) u għaldaqstant dan il-każ għadu quddiem l-Istatementing Board.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li temmew l-impjieg tagħhom minn maċ-Ċivil mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru 1999? Jista' jgħid ukoll kemm kellhom eta' u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi, kien hemm 920 impjegat full-time li temmew l-impjieg tagħhom mal-Gvern.
Id-dettalji, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, qegħdin fi skeda li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab minn Settembru 1998 sa Settembru 1999? F'liema lokalita' sar kull każ, u kemm ġew imressqa l-qorti persuni dwar dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u t-30 ta' Settembru, 1999, ġew irrappurtati lill-Pulizija 261 każ ta' snatch and grab mill-lokalitajiet kif murija fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li 32 persuna ġew imressqa l-Qorti dwar każ wieħed jew iktar ta' snatch and grab.
19.10.99 (p.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jikkontribwixxu l-anzjani mid-dħul tagħhom, li huma residenti f'dar ta' l-anzjani tal-gvern? Jista' jgħid ukoll x'se jkun dan il-kontribut għad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Anzjan residenti f'xi dar ta' l-anzjani tal-Gvern jikkontribwixxi 60% tad-dħul tiegħu. Għad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla il-kontribuzzjoni ser tkun l-istess.
Jista' l-Ministru jgħid xi tkun is-sitwazzjoni ta' dawk iż-żgħażagħ li jkunu qed isegwu kors fit-TAS u ma jsibux sponsor?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-korsijiet tat-TAS jikkonsistu f'żewġ partijiet, il-parti teoretika li ssir fl-iskola, u l-parti prattika li ssir ma' l-isponsor. Jekk student ma jkollux sponsor, dan ma jistax jagħmel il-parti prattika u l-anqas ma jista' jingħata l-Journeyman's Certificate, fejn l-istudent irid juri li għamel il-kors kollu, teorija u prattika. Għalhekk l-Employment Training Corporation (ETC), l-Iskola u l-istudent jagħmlu minn kollox sakemm jinstab sponsor.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm ilhom jirreġistraw u minn liema lokal ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1999 huwa ta' 287 (Malta) u 26 (Għawdex).
Iż-żmien ta' kemm ilhom jirreġistraw jidher hawn taħt.
GĦAWDEX MALTA
0-1 years 5 113
1-2 years 5 53
2-3 years 8 30
3-4 years 2 26
4-5 years 1 13
over 5 years 5 52
---------------------------------------------- --------
26 287
Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Balzan 8
Birkirkara 20
Cospicua 27
Ħamrun 18
Luqa 7
Marsa 9
Mosta 8
Msida 16
Nadur 6
Naxxar 5
Paola 16
Qormi 21
Rabat, Malta 10
San Gwann 14
Sliema 10
St Paul's Bay 7
Valletta 7
Victoria, Gozo 14
Xewkija 6
Żabbar 33
Żebbuġ, Malta 16
Żejtun 24
Żurrieq 11
TOTAL 313