Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11198 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Skemi

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jgħid jekk il-persuna li isimha jidher separatament hawn taħt, hux se tibbenefika mill-iskema li applikat għaliha, sabiex isir xogħol fuq gallarijiet ta' l-injam? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk din tistax tagħmel ix-xogħol għax qed jidħlilha ħafna ilma u qed tkun ta' periklu kontinwu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, l-applikazzjoni għall-benefiċċju taħt l-iskema ta` għajnuna għal bdil jew tiswijiet ta` gallerijiet tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ser tkun ikkunsidrata wara t-3 ta` Diċembru, 1999, li hi d-data ta` l-għeluq għall-applikazzjonijiet taħt din l-iskema.

Bormla — Għassa - Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir zebra crossing quddiem l-għassa ta' Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Anzjani — Dar f'Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li ntnefqu s'issa fix-xogħol tad-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ipproġettat għal kull fażi u kemm fil-fatt intnefaq għal kull fażi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #11256 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq R. Taylor - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11100?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ser tiġi diskussa bejn il-Maltacom u l-Kunsill Lokali ta' Bormla u jekk jinstab li hemm il-ħtieġa, din titwaħħal fejn mitlub.
Leg 9 PQ #11098 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Materjal b'xejn għall-knejjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għadhiex tipprovdi materjal b'xejn lill-knejjes u faċilitajiet sportivi, u dan skond memo li kienet tgħid: "It is being reminded that floodlighting of churches and sporting facilities are to follow the same policy, i.e. that of material only"?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta fejn jidħol il-floodlighting tal-Knejjes u faċilitajiet sportivi hi illi tipprovdi l-materjal biss.
Leg 9 PQ #11099 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Bormla — Kappella

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10580, fejn il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda oġġezzjoni li l-kappella ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla, tinfetaħ u fiha jsir il-quddies, u peress li l-istess Ministru qal li dan il-post jaqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, jista'l-Ministru jara li tintlaqa' x-xewqa tar-residenti ta' l-akkwati ta' San Gwann t'Ghuxa, u din tinfetaħ u fiha jsir il-quddies?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Artijiet m`għandu ebda oġġezzjoni li l-kappella ta` San Ġwann t`Għuxa, Bormla, tinfetaħ u fiha jsir il-quddies u lest li jikkunsidra favorevolment talba li ssirlu f`dan is-sens.
Leg 9 PQ #11100 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq R. Taylor - Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li tiġi nstallata telephone box fi Triq R. Taylor, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #11102 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Bormla — Triq R. Taylor - "No Parking sign"

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li Triq R. Taylor, Bormla, isir "No Parking" għax qed toħloq inkonvenjent lir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11103 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Taxpayer

Question

Jista' l-Minsitru jgħidilna peress li t-taxpayer inkarigatni biex tinġabar l-informazzjoni b'mod pubbliku, mhux kunfidenzjali, meta se titħallas mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, l-arretrati tax-taxxa, tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9140 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Dock No. 1

Question

B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 8636, jista' jgħid, issa li l-bieb tat-Tarzna No. 1 ġie wweldjat, kif sejjer wieħed jilqa' għall-ilmijiet li jkun hemm fi Pjazza G. Gulia kull meta jkun hemm xi maltempata? Peress li dan il-bieb kien jinfetaħ kull meta jkun hemm maltempata, anke bil-lejl, jaħseb il-Ministru li l-flaps li saru taħt il-bieb m'humiex biżżejjed biex Pjazza G. Gulia u Triq ix-Xatt f'Bormla, ma jegħrqux wara kull maltempata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bieb li għalih qed issir riferenza bħala li ġie wweldjat, huwa l-'wicket door'. L-iwweldjar sar għal skopijiet ta' sigurta' u bl-ebda mod mhu ser ixekkel l-operat tal-bieb prinċipali jew tal-bottom flaps. F'każ ta' emerġenza jew waqt xi maltempata, s-Sezzjoni tas-Sigurta' tat-Tarzna tieħu ħsieb tiftaħ il-bottom flaps.
Leg 9 PQ #10300 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; u (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda mis-6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #10759 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista lokal b'lokal ta' l-istudenti li jattendu l-Universita'?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bormla — San Gwann T'Għuxa - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex kien inbeda x-xogħol fuq il-common parts ta' blokk 1B San Gwann t'Għuxa, Bormla u issa ilu aktar minn xahar li waqfu u tħalla kollox nofs leħja? Meta se jitkompla dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar lestew ix-xogħolijiet fuq il-partijiet esterni tal-blokk. Il-partijiet interni huma kunsidrati ta' priorita' anqas u għalhekk għandhom isiru aktar tard. B'hekk mhuwiex il-każ li x-xogħol "tħalla nofs leħja" għax ix-xogħolijiet fuq barra huma distinti u separati minn dawk tat-tibjid tat-taraġ.

Djar tal-Gvern — Kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex persuni li għandhom postijiet tal-gvern, qed jirċievu kontijiet tal-kera b'żieda kbira?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kera sussidjata tiġi aġġustata 'l fuq jew l-isfel, skond id-dikjarazzjoni tad-dħul tal-kerrej. Din id-dikjarazzjoni tintalab mid-Dipartiment skond il-ftehim bil-miktub li jsir bejn id-Dipartiment u l-inkwilin meta ssir l-allokazzjoni. Id-dikjarazzjoni tkopri d-dħul tal-kerrej tas-sena ta' qabel ma tkun ser issir ir-reviżjoni. Il-kriterji użati huma dawk stabbiliti mill-Gvern preċedenti.

Djar — Skema HAN 37/99

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas mill-Awtorita' tad-Djar għall-iskema numru HAN 37/99?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-4 ta' Ottubru 1999 l-applikant tal-file HAN 37/99 bagħat l-irċevuti tax-xogħol li għamel fir-residenza tiegħu u fil-25 ta' Ottubru 1999. Perit ta' l-Awtorita' tad-Djar mar fuq il-post u ikkonferma li x-xogħol mitlub u approvat mill-Awtorita' tad-Djar, sar. Fi ftit ġranet oħra, dan l-applikant ser jirċievi il-ħlas.

Pensjonijiet — Aġġustamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir adjustment fuq il-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija qed jiġi nvestigat. Il-persuna kkonċernata tiġi nfurmata mid-dipartiment bir-riżultat wara li jitlestew dawnl-investigazzjonijiet.
Leg 9 PQ #10754 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Uffiċċju Ewlieni ta' l-Immigrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba lill-Uffiċjal Ewlieni ta' l-Immigrazzjoni fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, minn mara Russa miżżewġa raġel Malti sabiex ommha li qed tgħix fir-Russja tkun tista' tiġi tgħix magħha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mir-records tal-Pulizija ma jirriżultax li saret xi talba skond id-dettalji mogħtija fil-Mistoqsija. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jgħaddili d-dettalji eżatti ta` l-ismijiet tal-persuni nvoluti, flimkien mad-data ta` meta saret l-applikazzjoni u minn fejn saret, sabiex inkun nista` ninvestiga.