Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #12395 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex veru r-rapporti li għandi li fl-Enemalta żewġ inġiniera fil-Power Station, Marsa kienu mogħtija Lm1,000 bħala rikonoxximent għax iffrankaw is-sahra minn fuq dahar il-ħaddiema? Jaf il-Ministru li f'ċerti sezzjonijiet hemm ħafna xogħol lura fejn is-sahra hija fil-veru sens tal-kelma necessary evil peress li hemm nuqqas ta' ħaddiema? Jekk huwa veru li dawn iż-żewġ inġiniera ġew mogħtija Lm1,000, ma jaħsibx il-Ministru li dan huwa preċedent perikoluż li jista' jwassal biex il-ħaddiema jaqgħu fl-apatija waqt li min-naħa l-oħra jista' jagħti lokal għal abbużi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport li ghandu huwa ghal kollox infondat. L-ebda inginier ma nghata bonus talli iffranka s-sahra. Inserrah mohh l-Onorevoli Membru li fejn ikun verament mehtieg, l-Enemalta mhux ser toqghod lura milli thaddem lill-haddiema taghha bis-sahra. Ta` min josserva wkoll li allegazzjonijiet bla bazi jikkontribwixxu biex jitnissel sens ta` frustrazzjoni u apatija fost il-haddiema.
Leg 9 PQ #12674 Sitting 223 2000-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Impjegat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tkeċċa mill-Forzi Armati wara li kien ilu 13-il sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-individwu msemmi mill-Onorevoli Nterpellant tkeċċa mill-Forzi Armati fil-5 ta' Novembru 1999 fl-interess tas-servizz skond ir-Regolament 38(1)(k) tar-Regolamenti (Forza Regulari) (Nomini u Kundizzjonijiet tas-Servizz) tal-1970. Matul is-snin li serva, l-individwu ngħata diversi twissijiet uffiċjali, irrapporta marid għal ħafna drabi, nstab ħati ta' numru kbir ta' akkużi u kien eżentat mit-tabib għal ħafna drabi milli jagħmel ċertu xogħol li normalment hu mistenni minn suldat. Minkejja t-twissijiet, żamm ta' increments u l-kastigi oħra li ngħata, l-individwu qatt ma wera progress. Partikolarment f'dik li hi mġieba baqa jaqla c-charges minkejja t-twissijiet li rċieva. Għaldaqstant, ma kien hemm ebda triq oħra ħlief li jitkeċċa.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-anzjan li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament sabiex jidħol fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jidhirlu l-Ministru li dan ir-raġel ta' 84 sena, li f'dawn l-aħħar ġimgħat spiċċa waħdu għax tilef il-mara, għandu jingħata prijorita' sabiex ikun viċin uliedu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-anzjan li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament kien applika fl-1997 sabiex jidħol fid-dar ta' l-anzjani. F'Settembru 1999 id-Dipartiment ġie mgħarraf li kien reġa bdielu. Fil-5 ta' Jannar 2000, dan l-anzjan għamel applikazzjoni ġdida u issa għad irid isir ir-rapport tas-social worker u l-eżami mediku.
Leg 9 PQ #12388 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn djar, minn ħwienet u karozzi fix-xahar ta' Diċembru 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta` Diċembru 1999 il-Pulizija kellha 70 rapport ta` serq minn djar, 89 rapport ta` serq minn bars, hotels u retail outlets, u 277 rapport ta` serq minn karozzi.
Leg 9 PQ #12389 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga u ta' xi kwalita' kienet, fix-xahar ta' Diċembru 1999? Jista' jgħid ukoll kemm ġew arrestati nies relatati ma' dawn il-qabdiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 1999 id-droga li nqabdet kienet kif ġej : Eroina 0.5grms Raża tal-Cannabis 0.5grms DHC 21 pillola Ecstacy 4 pilloli Ninsab infurmat ukoll li tlett persuni ġew arrestati in konnessjoni ma` dawn is-sejbiet.
Leg 9 PQ #12390 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Vapuri Amerikani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri Amerikani għal tiswija fit-Tarzna ta' Malta f'dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm daħħlet flus it-Tarzna minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12391 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Bajja tar-Rinella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar approvatx li fl-inħawi tal-bajja tar-Rinella, Kalkara ikun hemm hard standing spaces għall-yachts?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ma approvat l-ebda hard standing spaces għall-yachts fil-bajja tar-Rinella, Kalkara.
Leg 9 PQ #12392 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabtiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħabta ta' vetturi saret bejn l-24 ta' Diċembru, 1999 sal-1 ta' Jannar, 2000? F'liema lokalita' saru dawn il-ħabtiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` ħabtiet bejn vetturi rrapurtati lill-Pulizija bejn l-24 ta` Diċembru 1999 u l-1 ta` Jannar 2000, kien kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12393 Sitting 222 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Karozzi ttowjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi bejn l-24 ta' Diċembru, 1999 u l-1 ta' Jannar, 2000? Mil-liema lokalita' ġew ittowjati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-24 ta` Diċembru 1999 u l-1 ta` Jannar 2000, 52 vettura ġew irmunkati fuq ordni tal-Pulizija minn dawn il-lokalitajiet : - B'Kara Bormla Ħamrun Naxxar Raħal Ġdid Qawra Sliema San Ġiljan Valletta Żabbar Żejtun
Leg 9 PQ #12382 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Twaqqigħ ta' ħajt tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ġiex approvat mill-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jgħid meta ġie approvat? Jista', jekk fl-affermattiv, jgħid meta se jibda t-twaqqigħ? Kemm hemm il-ħsieb li jdum dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna huwa kopert bil-permess PA 4475/99 maħruġ fit-8 ta` Novembru 1999 fuq applikazzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fil-Ministeru ta` l-Ambjent. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministeru ta` l-Ambjent.
Leg 9 PQ #12383 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir sabiex tissewwa t-triq li nqalgħet kollha bil-maltemp, li mill-Kalkara tagħti għal Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #12385 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet ta' kunsilliera vakanti? Jista' jgħid f'liema lokalita' qegħdin? Jista' jgħid ukoll x'se jsir f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi l-Lokalitajiet ta` Valletta, Birgu, Għasri u Żebbuġ(Għawdex)għandhom post vakanti ta` Kunsillier kull wieħed. Dawn l-erba` (4) vakanzi jimtlew skond il-provvedimenti ta` l-Artikolu 9 ta` l-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti bħalissa fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin u kemm għandhom eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hemm 24 persuna residenti. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Bormla 13 Birgu 4 Qormi 2 Paola 3 Żabbar 1 Tarxien 1 L-etajiet ta' dawn il-persuni huma hekk: 1 ta' 63 2 ta' 66 1 ta' 68 1 ta' 69 3 ta' 72 1 ta' 75 2 ta' 76 1 ta' 77 1 ta' 78 2 ta' 79 2 ta' 80 1 ta' 82 1 ta' 83 2 ta' 84 1 ta' 86 1 ta' 88 1 ta' 92
Leg 9 PQ #12387 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Vapuri Għarab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri Għarab għal tiswija fit-Tarzna ta' Bormla f'dawn l-aħħar 15-il sena? Kemm daħħlet flus it-Tarzna minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u t-twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #10298 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kiri ta' karozzi/mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru totali ta': (a) karozzi tal-kiri; (b) mobile phones użati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli dan il-ministeru u x'kienet l-ispiża għal kull domanda minn 6 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Settembru 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12369 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Raħal Ġdid - Każin Laburista

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fiex waslet l-inkjesta maġisterjali, inkluża l-investigazzjoni tal-pulizija, wara l-każ ta' tqegħid ta' bomba fil-Każin Laburista ta' Raħal Ġdid xi snin ilu?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-isplużżjoni li kienet saret fl-Oxford Photo Studio fil-Pjazza ta` Raħal Ġdid matul il-lejl tas-17 u 18 ta` Marzu 1992 li biha kien waqa` xi bini, inkluż il-każin Laburista, ninsab infurmat li kienu nbdew proċeduri kriminali kontra erba` persuni. Wieħed minn dawn il-persuni miet f`April 1997. Fil-każ tat-tlieta l-oħra dawn mistennija li jgħaddu ġuri.
Leg 9 PQ #12377 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Bormla - Poliklinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-poliklinika ta' Bormla, li issa ilha x-xhur lesta u li suppost fetħet fis-sajf li għadda, tinfetaħ biex taqdi l-bżonnijiet tar-residenti tal-Kottonera u l-madwar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla se jinfetah uffiċjalment fl-ewwel ta' Frar 2000 b'servizzi limitati skond kif jippermettu r-riżorsi umani.

Fgura — Triq il-Koppla - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Koppla, Fgura, tingħata wiċċ diċenti għax qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipprepara biex ix-xogħol ikun jista` jitwettaq aktar tard din is-sena.