Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Birgu fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel il-mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq tal-Birgu:
Triq San Lawrenz, Triq ic-Centinarju tal-Parrocca, Triq Sant`Anton, Triq il-Mina l-Kbira, Triq Hilda Tabone, Triq Biswit il-Kwartier, Triq it-Torri San Gwann u Triq Pacifiku Scicluna.
Il-Korporazzjoni ma teskludix il-possibilita` li, wara li jitlesta l-progett imsemmi hawn fuq, jista` jkun hemm il-bzonn li jinbidlu mejnijiet u services f`toroq ohra f`dan il-lokal jekk dawn jibqghu jaghtu problemi fil-provvista lir-residenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12383 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'se jsir sabiex tissewwa t-triq li nqalgħet kollha bil-maltemp, li mill-Kalkara tagħti għal Birgu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li t-tiswija ta' parti mill-ħsara f'din it-triq tirrikjedi li jsir xogħol fil-baħar id-Dipartiment tat-Toroq inkariga il-'Marine Section' tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet biex l-ewwel issir it-tiswija tal-moll.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12390?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1991 u l-1999, fit-Tarzna ta` Malta dahlu 87 vapur amerikan biex isirilhom xoghol fuqhom. Il-valur tax-xoghol matul dawn is-snin kien jammonta ghal madwar Lm19.5 miljun.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12387?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1991 u l-1999 mill-pajjizi Gharab dahlu 110 vapuri biex jissewwew fit-Tarzna ta` Malta. Il-valur tax-xoghol minn dawn il-vapuri kien jammonta ghal madwar Lm19,840,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12382, fejn l-Ministru qal li t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla hu kopert bil-permess tal-PA maħruġ fit-8 ta' Novembru, 1999, jista' jgħid meta se jibda t-twaqqigħ ta' dan il-ħajt u kemm hemm il-ħsieb li jdum dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq il-ħajt il-ġdid li ser jieħu post il-ħajt antik tal-Baċir Nru 1 diġa beda. Huwa mistenni illi meta dan ix-xogħol jasal fi stadju fejn jista' jitneħħa l-ħajt l-antik, dan jitneħħa.
Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Rakkmandazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġietx esegwita r-rakkmandazzjoni mill-uffiċċju tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji dwar ilment minn persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li tmien rikorrenti, fosthom il-persuna ndikata mill-Onorevoli Interpellant, ilmentaw mal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji li ma ngħatawx promozzjoni minn Bumbardier għal Surgent fl-Airport Company.
Il-Kummissjoni qalet li l-ilment jidher ġustifikat biss in kwantu li ma rriżultax li l-eżerċizzju in eżami kien sar bl-istess mod rigoruż u dettaljat kif kien sar fil-promozzjonijiet l-oħra fl-Armata.
Il-Kummissjoni rrakkomandat li għandu jsir eżerċizzju mill-ġdid ta' promozzjoni biex, fost l-oħrajn, jiġi stabbilit min kienu l-aktar żewġ Bumbardiera eliġibbli biex jimlew iż-żewġ ħatriet ta' Surgent.
Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata u tnejn mir-rikorrenti ħadu l-promozzjoni għal Surgent. Il-persuna ndikata mill-Onorevoli Membru mhux wieħed minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'pensjoni tirċievi l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, kieku din kellha tieqaf mix-xogħol din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi 'l-persuna minnu ndikata ġiet mitluba bil-miktub biex tagħti lid-Dipartiment it-tagħrif meħtieġ biex l-istess Dipartiment ikun f'pożizzjoni li jagħti risposta lill-persuna indikata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-pensjoni li qed tirċievi l-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħatahom separatament, hijiex dik ġusta, peress li hu qed jilmenta li sħabu li spiċċaw miegħu u fl-istess grad għandhom pensjoni aħjar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li r-rata ta' pensjoni mħallsa lill-persuna ndikata minnu għadha proviżorja, peress li l-kumpannija li magħha kienet taħdem il-persuna msemmija għadha ma bagħtitx l-informazzjoni mitluba mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-main tad-drenaġġ quddiem id-dar 60, Triq San Ġużepp, Senglea, peress li d-drenaġġ ta' din id-dar mhux qed jgħaddi minħabba sad fil-main?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex jinvestiga dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-main tad-drenaġġ quddiem id-dar Nru. 60, Triq San Ġużepp, Senglea, peress li d-drenaġġ ta' din id-dar mhux qe jgħaddi minħabba sad fil-main?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13120, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezjoni li saret fis-26 ta' Jannar, mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-post indikat, ġie kkonfermat li l-main tad-drenaġġ quddiem id-dar Nru. 60, Triq San Ġużepp, Senglea qiegħed jiffunzjona normali. Għaldaqstant jidher li sadd jeżisti fid-drenaġġ komuni ta' l-istess dar ma' dak ta' Nru. 21, St. Anne Str; Senglea. Dan ġie riferut lill-inkwilini kkonċernati u avviż biex jiġi imneħħi is-sadd indikat, intbagħat lis-sid tal-postijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex membri fl-Armata li jispiċċaw mis-servizz wara 25 sena, qabel jagħlqu l-eta' ta' 61 sena, il-pensjoni tibqa' dejjem l-istess, jiġifieri mingħajr ebda żieda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Dan il-Gvern, fl-1990, kien daħħal id-dritt għal pensjoni sħiħa ta' żewġ terzi wara ħamsa w għoxrin sena servizz għall-membri ta' l-Armata taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet. Skond is-disposizzjonijiet applikabbli ta' din il-Liġi il-pensjoni ma tiżdiedx.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy dwar dħul f'pajjiżna ta' armi li jkunu collector's items, għadhiex l-istess jiġifieri jekk jistgħu jidħlu?
Response (BORG, TONIO)
Il-Policy dwar importazzjoni ta` armi li jkunu antiki, biex jinżammu għal skop ta` kollezzjoni, għadha kif kienet minn Jannar ta` l-1997.
Infakkar l-Onor. Interpellant li l-Amministrazzjoni preċedenti kienet iddeċidiet li l-armi kollha tan-nar manifatturati qabel l-1940 jiġu meqjusa bħala 'antiques'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Malta Freeport minn Settembru 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġej kull impjegat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u l-20 ta` Jannar ta` din is-sena, il-Malta Freeport ingaggat 89 haddiem gdid. Dawn gejjin mil-lokalitajiet segwenti:
1 minn H`Attard, 1 minn Hal-Balzan, 2 minn Birkirkara
6 minn Birzebbuga, 1 minn Had-Dingli, 5 mill-Fgura
2 mill-Floriana, 1 minn Gwardamangia, 2 mill-Gzira
3 mill-Hamrun, 2 minn ta` l-Ibragg, 1 mill-Kalkara
1 minn Hal-Luqa, 3 minn Marsaskala, 1 minn Marsaxlokk
1 mill-Mellieha, 1 mill-Mosta, 2 mill-Imqabba
1 minn Naxxar, 2 minn Paola, 12 minn Hal-Qormi
3 mill-Qrendi, 2 mir-Rabat, 1 minn San Giljan
1 minn San Gwann, 2 mis-Siggiewi, 3 minn tas-Sliema
4 minn Hal-Tarxien, 7 minn Valletta, 4 minn Haz-Zabbar
5 minn Haz-Zebbug, 2 miz-Zejtun, 4 miz-Zurrieq
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol għax-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji (bħal prezz li tħallas, mingħand min inxtraw u f'liema lokalita' qegħdin) tal-postijiet li l-Awtorita' tad-Djar xtrat mingħand il-privat minn Settembru 1998 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn Settembru 1998 sallum l-Awtorita' tad-Djar ma xtrat l-ebda bini mingħand il-privat. Biss, bħalissa l-Awtorita' qed tevalwa l-offerti li rċievet wara li ħarġet skema għal xiri ta' postijiet mingħand il-privat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' hux suppost li tintervjeni f'każi li jkunu ilhom li saru aktar minn 15-il sena, bħal ngħidu aħna tordna li jitneħħew twieqi ta' l-aluminiuum jew jitneħħa mużajk minn fuq il-faċċata ta' dar?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Taqsima V (Twettieq tal-Kontroll), ta` l-Att I ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp :
l-Awtorita` għandha tgħasses fuq kull operazzjoni ta` żvilupp biex isir biss skond il-ħtiġijiet ta` dan l-Att u b`osservanza tad-deċiżjonijiet meħuda legalment taħt dan l-Att; u
l-Awtorita` għandha wkoll tirrevedi l-iżvilupp kollu li sar qabel il-bidu fis-seħħ ta` dan l-Att mingħajr ma ġew osservati l-pjanijiet jew il-policies fis-seħħ fiż-żmien li l-iżvilupp ikun sar;
Għaldaqstant m'hemmx preskrizzjoni fit-twettiq tal-liġi dwar l-Iżvilupp mingħajr permess.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-bozza fi Sqaq Sta. Tereża, Bormla ilha tiġi rrapportata li maqtugħa fuq il-freephone għal numru ta' ġimgħat u għadha ma ssewwietx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-hsara li ghaliha qed issir riferenza giet investigata u l-manutenzjoni mehtiega saret fl-20 ta` dan ix-xahar
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex żewġ bozoz fi Blokk 2, Fuq San Pawl, Bormla ilhom jiġu rrapportati maqtugħa fuq il-freephone għal numru ta' ġimgħat u għadhom ma ssewwewx?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li ma jirrizultax li hemm bozoz maqtughin, li huma responsabbilta` ta` l-Enemalta, madwar Blokk numru 2 fi Triq San Pawl, Bormla.