Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13456 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Dawl fit- toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm pendenti għal-lokal tal-Birgu? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 10 talbiet sottomessi mill-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda.
Leg 9 PQ #13457 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Dawl fit-toroq

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għal lokal ta'l-Isla? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 4 talbiet sottomessi mill-Kunsill Lokali ta` l-Isla biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda.

Kalkara — Toroq

Question

JIsta' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Kalkara se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru 13445.

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Fgura se jingaħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 13445.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fix-Xgħajra se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija parlamentari Nru 13527.

Zabbar — Toroq

Question

Jista'l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq f'Ħaż-Żabbar se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal domanda Nru 13445.
Leg 9 PQ #13450 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Skola Primarja - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir dak ix-xogħol rikjest sabiex l-intiena ta'drenaġġ li hemm fl-iskola primarja ta' Bormla tkun tista' tiġi eliminata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qegħda ssegwi l-iżvolġiment tas-sitwazzjoni tad-drenaġġ biswit l-iskola primarja ta' Bormla flimkien ma' l-Ispettur Sanitarju Distrettwali tad-Diviżjoni tas-Saħħa. Minn testijiet preliminari li saru s'issa jirriżulta li l-ħsara tinsab fit-triq u mhux ġo l-iskola.

Kalkara — Triq li twassal sat-toqba tal-Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa t-triq li ġġarfet bil-maltemp li mill-Kalkara twassal sat-toqba tal-Birgu? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jingħata attenzjoni speċjali għax din hija triq li tintuża ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall- Mistosija Parlamentari Nru 13445.
Leg 9 PQ #13440 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Kalkara fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li wara li ftit zmien ilu kien sar xoghol intensiv ta` bdil ta` mejnijiet, kif ukoll ta` `pressure control` fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma tal-Kalkara, il-provvista ta` l-ilma f`din il-lokalita` hija tajba hafna u ghalissa m`hemmx il-bzonn li jsiru aktar interventi ta` bdil ta` mejnijiet. Ghaldaqstant il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma m`ghandha l-ebda pjanijiet dwar bdil ta` mejnijiet u `house service connections` fil-Kalkara ghal din is-sena.
Leg 9 PQ #13441 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fil-Fgura fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata appena tkun ingabret.
Leg 9 PQ #13442 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fix-Xgħajra fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma fis-sena li ġejja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq tax-Xghajra: Triq Wied Glavan, Triq Cesri, Triq Gdida fi Triq ix-Xatt, Triq ix-Xatt, Triq il-Fabbriki, Triq Gdida fi Triq il-Knisja, Triq I Mahoney, Triq Zabbar, Triq it-Tumbrell, Triq K Ritchie, Triq Dawret ix-Xatt, Sqaq San Lawrenz u madwar, Upper Front Lane, Triq il-Knisja, Triq Gdida fi Triq Qaccawiet u Sqaq fi Triq ix-Xatt.
Leg 9 PQ #13443 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — St Peter's - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq fl-area magħrufa bħala St Peter's limiti ta' Zabbar fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma fis-sena li ġejja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, ghal din is-sena, m`ghandha ebda pjan biex jinbidlu mejnijiet u house service connections fl-inhawi maghrufa bhala `Saint Peters` f`Haz-Zabbar. Tajjeb jinghad li fil-parti l-kbira ta` dan il-lokal hemm mejnijiet fi stat tajjeb tat-tip `ductile iron` u `cement lined` u ghaldaqstant m`hemmx bzonn li jinbidlu. Ghalkemm ghad hemm xi toroq li fihom mejnijiet taz-zewg pulzieri galvanizzati, dawn ghadhom relattivament f`kundizzjoni tajba u m`hemmx problemi ta` provvista ta` l-ilma f`dawk l-akkwati. Dawn il-mejnijiet hu mahsub li jinbidlu fil-futur.
Leg 9 PQ #13444 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — Offerti għal post

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-bejgħ mill-uffiċċju konġunt tal-post 7 Sqaq San Lazzru, Bormla? Jista' jgħid kemm intefgħu offerti? Jista' jgħid ukoll x'se jsir jekk is-somma mixtieqa ma' tintlaħaqx? Jekk ħadd ma'jkun interessat li jixtriħ, jista' għall anqas jikkonsidra li jitnaddaf mill-ammont ta' ħmieġ li ntrema fih?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, fit-23 ta` Novembru 1999, ħareġ sejħa għal bejgħ bl-offerti tal-fond li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. L-Uffiċċju Konġunt irċieva offerta waħda biss, liema offerta ma ġietx aċċetta peress li din kienet ferm inqas mill-istima li kellu l-istess uffiċċju. Niinsab infurmat ukoll li sakemm jinbiegħ il-fond imsemmi, il-bieb se jiġi mbarrat.

Kottonera — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Kottonera se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pożizzjoni ta` xogħolijiet il-Kottonera hija: Xogħol li qed isir: Bormla - parti minn Triq Hanover Xogħol li se jibda jsir: Kalkara - Tiswija tal-moll u t-triq bejn il-Kalkara u l-Birgu. Xogħol li se jsir meta jiġu mgħotija t-tenders li ħarġu mid-Dipartiment tat-Toroq: Fgura - Triq il-Pelikan Żabbar - Triq Villabete Ser jiġu ppublikati sejħiet għal 'tenders' għal xogħol f`dawn il-lokalitajiet: Żabbar - Triq Bieb is-Sultan. Xgħajra - Toroq Mahoney, Żabbar, u Triq ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja. Fgura - Toroq San Ġwann, l-Iskola u Scicluna. Toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet ta` dan id-Dipartiment.

Anzjani — Dar f'Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet kollha li qed isiru fil-proġett tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla hux kollox għandu l-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol fil-proġett tad-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla huwa kollu bil-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #13433 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għall-lokal tal-Kalkara? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 17-il talba sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Kalkara biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex jitwahhlu lampi godda.
Leg 9 PQ #13435 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għall-lokal tax-Xgħajra? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga` ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 11-il talba sottomessa mill-Kunsill Lokali tax-Xghajra biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex jitwahhlu lampi godda.
Leg 9 PQ #13436 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għall-lokal ta' Ħaż-Żabbar f'dik il-parti magħrufa bħala St Peter's?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma zzommx rekord ta` zoni ta` belt jew rahal. GHaldaqstant jekk l-Onorevoli Interpellant jindika t-toroq li jiffurmaw iz-zona maghrufa bhala St. Peter`s, inkun f`pozizzjoni li nwiegeb il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #13437 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti listi tat-toroq f'Bormla fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq ta` Bormla: Triq il-Gdida, Triq Wigi Rosato, Triq il-Kuncizzjoni, l-inhawi ta` San Pawl, Triq Santa Margerita, Triq l-Oratorju, Triq Erin Serracino Inglott, Triq San Gorg, Pjazza Santa Margerita, Triq Verdala u Triq l-Mina l-Kbira sal-Birgu
Leg 9 PQ #13438 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-toroq f'l-Isla fejn se jsir tibdil tal-mains u house service ta' l-ilma din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, matul din is-sena, qed tippjana li tibdel mejnijiet u household service connections f`dawn it-toroq ta` l-Isla: Triq il-Vittorja, Misrah il-Papa Benedittu, Triq l-Arcisqof Mattei, Triq George Mitrovich, Triq Monsinjur Panzavecchia, Triq il-Macina, Triq il-Habs l-Antik, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, Triq il-Mina tax-Xatt, Triq iz-Zewg Mini, Triq is-Sur u Triq San Frangisk. Il-Korporazzjoni ma teskludix il-possibilta` li, wara li jitlesta l-progett imsemmi hawn fuq, jista` jkun hemm il-bzonn li jinbidlu mejnijiet u services f`toroq ohra f`dan il-lokal jekk dawn jibqghu jaghtu problemi fil-provvista lir-residenti.