Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13891 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Air Malta? Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13872 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Ċentru sportiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' pitches u faċilitajiet sportivi oħra se jkun jinkludi ċ-ċentru sportiv tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informata li l-proġett tal-Kumpless Sportiv fil-Kottonera jaħseb, fost faċilitajiet oħra, għal multi purpose hall li tinkludi faċilitajiet ta' satellite halls li jistgħu jospitaw attivitajiet indipendentement mill-attivitajiet sportivi oħra, outdoor 5-a-side calcetto, kif ukoll indoor boċċi dromo, changing rooms, lecture room, uffiċini għal għaqdiet nazzjonali, uffiċini għall-iStampa, bar/cafeteria.
Leg 9 PQ #13873 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Tneħħija tal-levy

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-prodotti li tneħħitilhom il-levy sa issa? Liema prodotti jmiss li titneħħilhom il-levy din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Anzjani — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, ta' l-anzjani li daħlu fid-dar ta' Bormla sal-lum? Kemm għad hemm postijiet vakanti? Meta se jimtlew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lokalitajiet minn fejn ġew l-anzjani li daħlu fid-dar ta' Bormla sa llum huma dawn li ġejjin: Bormla Birgu Qormi Tarxien Paola Ż abbar Kalkara Zejtun San Gwann Għaxaq Marsaskala Fgura Għad baqa' 22 post vakant li ser jimtlew fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #13875 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun - Maria Reġina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru, maqsum sena sena, ta' studenti li qed jattendu l-iskola Maria Reġina tal-Ħamrun? Kemm hu n-numru ta' għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #13876 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-fabbriki li għalqu minn Settembru 1998 sal-lum? Liema huma dawk il-fabbriki li naqqsu n-nies, kemm f'kull każ, minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Settembru 1998 u Jannar 2000, kien hemm tmien fabbriki li waqqfu l-operat taghhom. Mill-banda l-ohra, matul l-istess perjodu, fethu hdax-il fabbrika gdida. Minhabb d-dispozizzjonijiet dwar kunfidenzjalita` kontemplati fl-Att dwar l-Izvilupp Industrijali, mhux possibbli li jinghata t-taghrif dwar ismijiet ta` fabbriki. Dwar l-ahhar parti tal-Mistoqsija, nissuggerixxi li din issir lill-Ministru kkoncernat.

SVDP — Anzjana

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol l-iSptar San Vincenz fejn hemm ir-raġel tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-anzjana, li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, applikat biex tidħol fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule fl-24 ta' Jannar 2000. Hemm aktar applikanti nisa li għandhom l-irġiel residenti f'San Vinċenz de Paule u kollha qed jiġu kkunsidrati skond il-każ tagħhom.
Leg 9 PQ #13709 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Triq N. Laiviera - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex il-bozza li hemm quddiem id-dar numru 7, Triq N. Laiviera, Birgu, ma tibqax ta' inkonvenjent għar-residenti f'din id-dar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ghaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.

Bormla — Nugrufun

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitwaqqaf l-inkonvenjent li qed ikollhom ibatu r-residenti fi Triq San Ġużepp u Triq il-Konservatorju, Bormla, peress li miċ-ċmieni fuq il-bejt tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla qed joħroġ ħafna nugrufun, kif ukoll qed ikollhom ibatu minn storbju, speċjalment bil-lejl, mil-ġeneraturi li hemm fuq il-bejt? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa, jew hux se jibqgħu jbatu għal dejjem dan l-inkonvenjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkonvenjent li nqala' miċ-ċmieni tad-dar ta' Bormla diġa' ġie rranġat. Ninfurmak ukoll li l-ġeneratur tad-dar ma jintużax bil-lejl u għalhekk m'għandux ikun hemm storbju f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #13711 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti li għamlu l-interviews għal vakanzi li kien hemm għal clerks mal-gvern dan l-aħħar? Kemm minnhom se jingħataw impjieg?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-ewwel ħamsin kandidat skond l-order of merit kif ippubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ġew imsejħa għall-interview. Kif imħabbar fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fis-27 ta' Lulju 1999 fil-Gazzetta tal-Gvern ser jimtlew 50 post.

Impjiegi — Żidiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11756, fejn fir-risposta ntqal li l-persuna ndikata separatament kellha tiġi informata bil-miktub dwar il-pensjoni tagħha, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir dan wara li għaddew aktar minn xahrejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata issa nfurmata dwar il-kalkolu tal-pensjoni tagħha. Jiena nfurmat li d-dewmien li kien hemm biex din il-persuna tkun infurmata kien dovut għall-investigazzjonijiet li riedu jsiru dwar is-salarji tal-post li kien jokkupa l-pensjonant u l-pensjonijiet tas-servizz li jirċievi.
Leg 9 PQ #13871 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

Peress li ftit ilu l-Ministru qal li beda l-proġett tal-kumpless sportiv fil-Kottonera, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li d-disinn finali lanqas għadu wasal fuq il-mejda tiegħi m'hinix f'pożizzjoni inpoġġi d-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13458 Sitting 239 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz ġodda hemm pendenti għal lokal tal-Fgura? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 74 talba sottomessi mill-Kunsill Lokali tal-Fgura biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda.

Djar — Bormla - Sussidju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lil sid il-post kemm hu l-prezz kummerċjali tal-post 23, Blk 7, Triq Wiġi Rosati, Bormla? Jista' jinforma lill-Kamra kif tinħadem l-iskema ta' sussidju fuq ix-xiri ta' postijiet tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta l-Awtorita' tad-Djar tirċievi applikazzjoni għax-xiri ta' postijiet tal-Gvern okkupati mill-inkwilini konoxxuti, jintbgħat perit biex jagħmel valutazzjoni tal-post. Fuq dan il-valur jiġi maħdum is-sussidju fuq il-prezz skond l-Iskema. Illum l-Iskema relattiva hija Skema 6 li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Ottubru 1999. Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid lill-inkwilin biex japplika ma' l-Awtorita' tad-Djar.

Djar — Bormla - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fil-common parts ta' Blokk 1B, San Ġwann t'Għuxa, Bormla? Fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħolijiet jikkonsistu f'tikħil tal-faċċati. Jien infurmat wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin ħierġa sejħa għall-offerti biex dan ix-xogħol isir mill-kuntrattur.
Leg 9 PQ #13452 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, ta'kemm tfal għamlu l-eżamijiet għal Junior Lyceum u kemm minnhom għaddew mis-sena 1990 sas-sena 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tar-Rapport ta' l-Eżamijiet għad-Dħul fl-Ewwel Klassi tal-Junior Lyceum jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti sena wara sena. Din is-sena t-tagħrif mitlub jinsab f'paġna 13 tar-Rapport tal-'Junior Lyceum' 1999.

Fgura — Triq San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq San Tumas fil-Fgura tingħata wiċċ tarmac għax il-ħofor ta'kobor esaġerat li fiha qed joħolqu periklu għas-sewwieqa tal-vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi qabel ma din it-triq tista` tingħata wiċċ ġdid hemm bżonn li jinbidel il-`main` ta` l-ilma.
Leg 9 PQ #13454 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għal bozoz hemm pendenti għal-lokal ta'Bormla? Għal liema toroq huma dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diga ghidt fit-twegiba ghall-Mistoqsija numru 13283, fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha 14-il talba sottomessa mill-Kunsill Lokali ta` Bormla biex jitwahhlu lampi godda fil-lokal. Ma narax il-htiega li noqghod nidhol fid-dettal dwar ghal liema toroq saret it-talba biex fihom jitwahhlu lampi godda

Bormla — Dar ta'l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed iħallsu l-anzjani residenti fid-dar ta'l-anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid għalxiex huma intitolati l-anzjani għal dan il-ħlas? Jista'jgħid ukoll jekk hux minnu li l-ħlas se jogħla dalwaqt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-residenti fid-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla qed iħallsu l-istess rati bħalma jħallsu l-anzjani residenti fis-sitt idjar l-oħra tal-Gvern. Ir-residenti fid-Dar ta' Bormla għandhom ukoll l-istess drittijiet bħar-residenti fid-Djar l-oħra tal-Gvern. Ittieħdu l-miżuri neċessarji biex tiġi reveduta r-rata massima ta' ħlas li anzjani residenti f'Dar għall-Anzjani ta' l-istat jkun jista jiġi mitlub li jħallas. Madankollu r-rata ta' ħlas ser tibqa' tkun marbuta mal-persentaġġ ta' 60% tad-dħul kollu tar-resident.