Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Pagi tax-xufiera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu stabbilit li għandha tkun il-paga fil-ġimgħa tax-xufiera tal-coaches u minibuses?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-'Hire (Cars and Private Buses) Wages Council Wage Regulations Order' 1977, Avviż Legali 124 ta' 1977, paragrafu 3 (b), l-inqas paga ta' xufier mill-01/01/2000 għandha tkun ta' Lm 51.31c fil-ġimgħa.
Leg 9 PQ #13875 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun - Maria Reġina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru, maqsum sena sena, ta' studenti li qed jattendu l-iskola Maria Reġina tal-Ħamrun? Kemm hu n-numru ta' għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13955 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

B'riferenza għall-kumpless sportiv fil-Kottonera u l-ground 5-a-side tal-football, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ma jistax jinbena ground full size għax hemm art okkupata minn nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13720, 13872.
Leg 9 PQ #13956 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru sportiv — Ground tal-football

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li hi daqsxejn stramba li ċentru sportiv, mibni ġdid f'dan is-seklu, ikollu ground tal-football 5-a-side?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13720, 13872.
Leg 9 PQ #13957 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless sportiv

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13702, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ffurmaw il-kumitat ad hoc li twaqqaf sabiex jevalwa l-ħteġijiet ta' ċentri sportivi reġjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9346 mgħotija f'Seduta 147.
Leg 9 PQ #13958 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Ground 5-a-side

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għallinqas kellux xi tip ta' konsultazzjoni mat-timijiet tal-football tal-Kottonera u l-madwar dwar il-ground 5-a-side?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13720, 13872.
Leg 9 PQ #13959 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Ground 5-a-side

Question

Jikkonferma l-Ministru li waqt laqgħa li l-kunsill lokali ta' Bormla kellu ma' nies għolja fis-segretarjat ta' l-isport dwar il-ground 5-a-side, dawn oġġezzjonaw għall-bini ta' 5-a-side ground u mhux full size ground u li ntqal lilhom "take it or leave it"?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux minnu li f'laqgħa mal-Kunsill Lokali ta' Bormla xi persuni mis-Segretarjat qalilhom il-kliem "take it or leave it" għal proposta ta' 5-a-side ground. Id-diskussjonijiet kienu kordjali u pożittivi fejn anke saret stedina lis-Segretarju Parlamentari sabiex jiddiskuti l-proposti mal-Kunsill ta' Bormla fl-Uffiċini tal-Kunsill. Waqt id-diskussjonijiet anke saret riferenza għall-istat tal-ground tal-Football tal-Verdala, fejn ukoll mistennija ssir spezzjoni. Rigward il-full sized football pitch anke intqal li dan jista' jkun fażi oħra tal-proġett fil-futur jekk jibqa' jinħass il-bżonn.
Leg 9 PQ #14000 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Ground tal-football

Question

Jidhirlu l-Ministru li wara li għal numru ta' snin it-timijiet tal-Kottonera kienu mwiegħda ground tal-football tal-ħaxix minn gvernijiet Nazzjonalisti, il-bini ta' ground 5-aside mhuwiex jilqa' x-xewqat tad-dilettanti tal-football?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 13720, 13872.
Leg 9 PQ #13898 Sitting 244 2000-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti ta' l-iskola primarja ta' Bormla se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-ground ta' quddiem l-istess skola? Ma jidhirlux il-Ministru li l-affarijiet għandhom jitkomplew peress li t-tfal qed ikollhom jibqgħu fil-klassi waqt il-break?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara li l-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet tal-Ministeru ta' l-Ambjent ilestu x-xogħol li għaddej madwar il-ground ta' l-iskola, dan ikun jista' jintuża mingħajr ebda periklu. Rappreżentanti tat-Taqsima Bini ta' Skejjel tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed isegwu mill-qrib l-andament tax-xogħol.
Leg 9 PQ #13892 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport — Ħaddiema

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Malta Freeport? Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13893 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tug Malta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mat-Tug Malta? Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali minn Settembru sal-lum? F'liema lokalita' kienu dawn il-postijiet? Minn fejn kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn il-postijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi kif ġew allokati u mqassma 70 post mill-1 ta' Settembru 1999 sallum.

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġet postijiet l-Awtorita' tad-Djar għall-bejgħ u kiri minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Settembru 1998 l'hawn, l-Awtorita' tad-Djar ħarġet 184-il post għall-bejgħ. Għall-ħabta ta' Marzu ta' din is-sena, hu ppjanat li jinħarġu 50 post għall-kiri. Aktar tard din is-sena hu ttamat li jinħarġu aktar postijiet b'kiri.
Leg 9 PQ #13896 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Baċir Numru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu fil-baċir numru 1, il-vapur li hemm bħalissa? Jista' jgħid kemm bejn wieħed u ieħor jonqsu sabiex joħroġ mill-baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-vapur li hemm fil-Bacir Numru 1 dahal fil-bacir fis-7 ta` Jannar ta` din is-sena. Bhalissa ghad hemm xi xoghol li ghadu sejjer u hu ppjanat jitlesta sa l-ahhar ta` din il-gimgha.
Leg 9 PQ #13897 Sitting 243 2000-02-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Santa Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fl-area tal-Pjazza ta' Santa Margerita, Bormla, b'mod speċjali l-ground ta' l-iskola primarja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Proġett ta' Pjazza Santa Margherita għadu għaddej. Bħalissa qed jiġu ffinalizzati xi dettalji ta' l-ewwel fażi li għadhom m'humiex lesti. It-Tieni Fażi tal-Proġett, jiġifieri għal dak li jirrigwarda xogħol li se jsir din is-sena mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, tikkonsisti f'sistema ta' dawl u irrigazzjoni għall-parti tax-Xgħira ta' l-istess ġnien, jiġifieri l-parti li diġa' hija ġnien. Għar-rigward tax-xogħol fl-area tal-ground ta' l-iskola, x-xogħol fuq il-ground stess hu komplut. Ix-xogħol fuq il-parti taħt il-ground huwa sospiż sakemm ikun hemm ċerti deċiżjonijiet marbuta mal-Cottonera Waterfront Project. Dan ix-xogħol huwa stmat li jsir matul is-sena 2001.
Leg 9 PQ #13879 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hawkers

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permessi ta' hawkers huma miżmuma? Għaliex huma miżmuma wkoll transfers ta' l-istess permessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-permessi ta` bejjiegħa fit-toroq m`humiex miżmuma, ħlief dawk ta` bejjiegħa f`suq miftuħ. Trasferimenti tal-liċenzji ta` dawn ta` l-aħħar qatt ma kienu jsiru għajr dawk kif indikati fl-Avviż Legali 100 ta` l-1996.
Leg 9 PQ #13880 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Bormla - Forn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li għandha l-kirja tal-forn fil-mitħna fi Triq San Ġwann, Bormla, jekk dan jistax jibdel il-qiegħa tal-forn, għax għandha ħafna ħsara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kerrej tal-forn li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma għamel l-ebda talba lid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` biex jagħmel ix-xogħlijiet imsemmija fil-Mistoqsija. Jekk issir talba għal dan il-għan din tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #13889 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Malta Drydocks? Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent it-Tarzna ta` Malta timpjega 2906 haddiema li tista` tghid gejjin minn kull belt u rahal ta` Malta.
Leg 9 PQ #13890 Sitting 242 2000-02-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-Malta Shipbuilding? Minn liema lokalita' ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.