Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14365 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Meters tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jiġi stabbilit jekk garage/boathouse għandux ikollu kera tal-meter tad-dawl bi prezz kummerċjali jew domestiku? Kemm hi l-kera fis-sena tal-meter tad-dawl kemm dak kummerċjali kif ukoll domestiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Artiklu 33 tar-Regolamenti dwar il-Provvista ta` l-Elettriku, kif emendat permezz ta` l-Avviz Legali numru 212 tat-28 ta` Awissu 1998 u retroattiv mill-5 ta` Novembru 1997, jistipula li fejn garaxx jintuza ghal ghanijiet domestici jew biex jitqieghdu vetturi mhux kummercjali, ir-rata mhallsa ghandha tkun wahda domestika. Ghaldaqstant, skond dawn ir-regolamenti, garaxx jew boathouse li jissodisfa dawn ir-rikwesiti ghandu jhallas rata domestika. Il-kera fis-sena ghal meter tad-dawl b`rata kummercjali hija Lm24 fis-sena li maghha llum hemm 200 unit ta` elettriku minghajr hlas, waqt li dik ta` meter domestiku hija ta` Lm12 fis-sena li maghha hemm 600 unit minghajr hlas.
Leg 9 PQ #14366 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Papa Alessandru VII

Question

Peress li jidher li m'hemmx il-ħsieb mill-gvern ċentrali li l-istat diżastruż ta' Triq il-Papa Alessandru VII, Żabbar jitjieb fil-futur qarib, jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza f'din it-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jizdied id-dawl fit-triq imsemmija qed tigi ikkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.

Żabbar — Triq il-Għasel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilta' li Triq il-Għasel, Żabbar tingħata wiċċ tat-tarmak għax tinstab fi stat diżastruż għall-aħħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #14368 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bighi — Ċentru għar-restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'materjal fis-sena 1999 miċ-Ċentru għar-restwar Bighi? Kif qed jinxtara dan il-materjal, jiġifieri b'tender jew b'xiri dirett minn ditti? Jekk ir-risposta hija tat-tieni, jista' jgħid minn fejn inxtara dan il-materjal? Kif intgħażlu dawn id-ditti minn oħrajn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul l-1999 intnefqu mal-Lm50,000 materjal għaċ-Ċentru għar-Restawr Bighi. Dan inxtara skond il-proċeduri, jiġifieri bi quotations, tenders etc. skond il-valur ta' l-oġġett mixtri.
Leg 9 PQ #14357 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Triq San Gwann/Triq L.Schickluna

Question

Peress li jidher li ħarġet sejħa għall-offerti għal xogħol fi Triq San Ġwann u Triq L. Schickluna, Fgura, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.

Settur tad-dolċerija — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tad-dolċerija fis-sena 1998 u 1999? Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tad-Dolċerija (jinkludi l-furnara u dolċiera u ħwienet tad-dolċiera) kien kif ġej: XAHAR FULL TIME PART TIME Diċembru 1998 1,307 576 Diċembru 1999 1,275 629

Settur tal-Manifattura — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur tal-manifattura li jipproduċu prodotti għal-lokal fis-sena 1998 u 1999? Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni, kif mitluba mill-Onor. Membru f'din il-Mistoqsija, ma tinżammx mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Settur tal-manifattura ta' l-għamara — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-manifattura tal-għamara għas-sena 1998 u 1999? Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-manifattura tal-għamara kien kif ġej: XAHAR FULL TIME PART TIME Diċembru 1998 2,566 328 Diċembru 1999 2,442 350

Settur Turistiku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fis-settur turistiku għas-sena 1998 u 1999? Kemm minnhom kienu fulltime u/jew part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' ħaddiem li jaħdmu fis-settur turistiku kien kif ġej: XAHAR FULL TIME PART TIME Diċembru 1998 9,013 7,196 Diċembru 1999 9,476 8,163
Leg 9 PQ #14132 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq Pjazza Sta. Margerita, Bormla waqaf? Meta se jitkompla u meta se titlesta din il-fażi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13897 (Seduta 243).
Leg 9 PQ #14133 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Verdala — Stallazzjoni ta' dishes tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jingħataw permessi li jitwaħħlu dishes għar-reception ta' l-istallazzjonijiet tat-TV, fuq il-bjut ta' Verdala HE? Peress li skond il-CRR mhux permess li dawn jitwaħħlu fuq swar antiki, jistax jiġi ċċarat li Verdala HE mhuwiex swar?

Response (BORG, TONIO)

Skond Avviż Legali 137 ta` l-1997, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta` 12 ta` Settembru 1997, l-installazzjoni ta` dish għas-satellita hu meqjus bħala żvilupp permess bill-GDO. Madanakollu, skond il-kundizzjonjiet u l-limitazzjonijiet ta` klassi 1(iv) ta` l-istess Avviż Legali, ma jkunx permess jekk ikun ser jitwaħħal fuq proprjeta`/bini skedat bħal ma huma s-swar kollha f`pajjiżna. Barra minn dan, kull dish m`għandux iħalli xi mpatt viżwali kif jirregola l-artikolu 3 ta` l-Avviż Legali. Huwa minnu li Verdala Housing Estate ma jifformax parti mis-swar, iżda hu fatt li dan l-Estate mibni biswit l-istess swar u għalhekk kull żvilupp jista` jkollu effetti negattivi fuq l-inħawi. Dwar jekk jistgħux jingħataw il-permessi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li dan jiġi kkunsidrat wara li ssir applikazzjoni formali f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #14134 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Sant'Anġlu — Restawr

Question

Peress li Sant'Anġlu għadda f'idejn il-Kavallieri, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' restawr sar u x'se jsir fil-futur qarib?

Response (BORG, TONIO)

Il-post sal-lum għadu ma għaddiex uffiċjalment f`idejn l-Ordni ta` San Ġwann.

Bormla — Nugrufun

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13710, fejn fir-risposta intqal li l-istorbju minn ġeneraturi fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla issa waqaf, jista' l-Ministru jivverifika ma' min tah l-informazzjoni, għax minn dak li rajt jien personalment fuq il-post, ma' numru ta' ġirien, l-inkonvenjent ta' storbju minn ġeneraturi jew pompi għadu hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku nkonvenjent li qed ikun hemm fid-dar ta' l-Anzjani ta' Bormla hu minnħabba l-pompa ta' l-ilma li ma kienetx imsemmija fil-Minstoqsija Parlamentari Nru. 13710. Biss, irrid ngħid li qed jittieħdu passi ħalli dan l-inkonvenjent jiġi nvestigat u jitneħħa wkoll.
Leg 9 PQ #14106 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Sezzjoni LSO (PWD) — Strumenti

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-permess li jinħarġu strumenti (total station) mis-sezzjoni LSO (PWD) wara l-ħin tax-xogħol jew fil-weekends u dan sabiex isir xogħol privat bihom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma hemmx permessi biex jinħarġu strumenti (total station) mis-Sezzjoni Land Surveying Office, Taqsima tax-Xogħlijiet.

Conditions of employment act — Xufiera tal-minibuses

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jiġu osservati l-kundizzjonijiet, hekk kif espressi fil-conditions of employment act, fir-rigward tax-xufiera tal-minibuses u coaches?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull meta jsiru spezzjonijiet dwar kundizzjonijiet tax-xogħol minn spetturi tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industriali u ta' Impjieg u jinstab li jkun hemm xi ksur tal-liġi, jittieħdu passi mid-Dipartiment biex il-liġi tkun osservata, ukoll fir-rigward ta' Xufiera tal-'Coaches' u 'Minibuses'. Presentament, l-ispetturi tad-Dipartiment tar-Relazzjonijet Industrijali u ta' Impjieg qiegħdin jikkonċentraw biex tiġi osservata l-liġi f'dan is-settur.

Conditions of employment act — Xufiera tal-mini buses

Question

Peress li skond il-conditions of minibuses u coaches, hemm li l-ġimgħa xogħol ta' dawn hija ta' 46 siegħa, jidhirlu l-Viċi Prim Ministru li hemm bżonn issir xi ħaġa fil-konfront ta' dawn il-ħaddiema li qed ikollhom jaħdmu ħafna aktar sigħat biex iġibu ġimgħa xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa għaddejja serje ta' inspezzjonijiet mill-uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg fis-settur tat-trasport (sewwieqa tal-'coaches' u 'minibuses') biex jsegwu l-kondizzjonijiet ta' dawn il-ħaddiema. Kull fejn jinstab li x-xufiera qed jaħdmu iktar milli tipermetti l-liġi, jittieħdu il-passi opportuni.

ETC — Xufiera fulltime

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati ma' l-ETC bħala fulltime drivers ta' coaches u minibuses? Jista' jagħti lista wkoll kemm hemm part-timers jagħmlu l-istess xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-Nurmu ta' persuni li qed jaħdmu bħala drivers ta' coaches u minibuses (sa l-aħħar ta' Jannar 2000) huwa kif ġej: Full Time 550 Part Time 85

Impjiegi — Kondizzjonijiet tax-xogħol

Question

Peress li fil-liġi tal-conditions of employment hemm imniżżel li kull xufier ta' coach jew minibus irid ikollu ta' l-anqas sitt sigħat mistrieħ f'kull ġurnata xogħol, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jitwasslu lmenti ta' abbuż fejn dawn il-ħaddiema ġieli jiġu mġiegħla jaħdmu kontinwament għal għexieren ta' sigħat bla mistrieħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg irċieva xi ilemnti dwar xufiera li kellhom jaħdmu għal siegħat aktar milli stipulat fil-liġi. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieġ qiegħed jinvestiga dawn l-ilmenti u qiegħdin jittieħdu l-passi neċessarji biex il-liġi tkun osservata. irrid ngħid ukoll li dan l-aħħar, fuq talba tal-'General Workers' Union', kelli laqgħa ma rappreżentatnti ta' dawn il-ħaddiema (mhux ix-xufiera tal- karozzi tal-linja) li kienu akkumpanjati minn rappreżentant ta' l-istess 'Union'.