Bormla — Triq Nelson - Bracket tal-cables tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bracket tal-cables tad-dawl li hemm imqaċċta fuq bieb 38, Triq Nelson, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-bracket tal-cables tad-dawl li ghalih qed issir riferenza jista` jintlahaq biss mill-gnien tal-Knisja ta` Santa Tereza f`Bormla. Sar arrangament biex dan ix-xoghol ikun jista` jsir fil-15 ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jara li ssir inspection fil-post magħluq f'112/1, Triq P.P. Caruana, Bormla, peress li l-ġirien qed jilmentaw minn intejjen kbar u ġrieden?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi fil-preżent il-fond 112/1, Triq P.P. Caruana Bormla m'hux okkupat, ma setgħatx issir spezzjoni interna fil-fond imsemmi. Madanakollu, l-ispetturi tas-Sanita` li marru fuq il-post ma nnotaw l-ebda ntejjen ħerġin mill-fond.
Fil-frattemp, qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex ikun hemm aċċess għall-istess post biex issir l-ispezzjoni neċessarja.
Rigward il-presenza tal-ġrieden, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċjali tar-'Rodent Control', f'dan ix-xahar għamlu t-trattament neċessarju għal kontra l-ġrieden f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ikollha l-appuntament possibbilment fi żmien qasir, peress li qed tbati minn uġiegħ kbir u ma tistax tistenna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onorevoli Membru biex isegwi l-proċedura kif imniżżla fir-risposta li tajt għad-domanda numru 13567.
Peress li l-ETC diġa' għandha l-home page tagħha fuq l-internet, jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jkun hemm job bank tal-impjiegi available bħalma għamlet riċentement kumpannija privata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ETC bħalissa qed tirrevedi l-Website tagħha biex tiġi aġġornata għaż-żminijiet tal-lum. Fost is-servizzi li se jiġu nklużi hemm il-Vacancies tal-impjiegi li jaslu għand l-ETC. Dan iservi bħala Job Bank kif jissuġġerixxi l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' t-talba tal-persuna - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - sabiex jitneħħilu l-meter ta' l-ilma, wara li ilu li għamel din it-talba għal ħafna xhur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma qed tiehu l-passi mehtiega biex il-meter ta` l-ilma tal-persuna kkoncernata jitnehha mill-aktar fis.
B'riferenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma ma' Eureka Serv. Ltd peress li kull dipartiment tal-gvern huwa obbligat li jixtri hardware, computer equipment b'konsultazzjoni sħiħa mal-MITTS, jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-MITTS approvax ix-xiri ta' din is-sistema wżata mill-kumpannija bir-reqqa kollha biex f'każ ta'system failure tkun tista' tirratifika? F'każ li le min hija l-kumpannija li sejra tisservisja din id-database? X'passi qed jittieħdu biex il-kumpannija tħarreġ impjegati tal-gvern biex dawn eventwalment iħaddmu din is-sistema meta jekadi jew jiġi terminat dan il-ftehim?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-MITTS kienet tifforma parti mill-Kummissjoni maħtura biex tevalwa l-proposti li saru mill-erba` kumpaniji, fosthom dik li ngħatat il-kuntratt, sa mill-1997. Riċentament il-MITTS ħarġet il-Y2K compliance certificate dwar is-sistema li qed titħaddem. Ninsab infurmat ukoll li għad qed isiru laqgħat b`mod regolari bejn il-MITTS, il-kumpanija u d-Dipartiment.
Dawn il-kuntatti u t-twaqqif tal-Unit imsemmija fil-ftehim, li l-kopja tiegħu jiena qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra, għandhom iwasslu biex ikun hemm involviment aktar dirett min-naħa ta` impjegati tal-Gvern.
B'riferenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma ma' l-Eureka Serv. Ltd, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mpjegati fulltime u part-time li hemm ma' din il-kumpannija? Jista' jgħid jekk hemmx minnhom li huma nutara pubbliċi? Jista' jgħid kemm daħħlet flus kemm ilha li ħadet il-kuntratt din il-kumpannija u dan peress li l-flus iridu jinqasmu bejn il-gvern u l-kumpannija?
Response (BORG, TONIO)
Dwar it-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan jirrigwardja kumpanija privata u hu ta` natura kummerċjali u għalhekk ma nħossx li għandu jiġi magħmul pubbliku.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, mill-kuntratt relattiv li jien qegħidt fuq il-Mejda tal-Kamra, mhux eżatt u jingħad li l-flus iridu jinqasmu bejn il-Gvern u l-Kumpanija. Tajjeb li jiġi nnotat ukoll li f`dan l-istadju għadu għaddej il-perijodu transitorju imsemmi fl-istess kuntratt.
Li jista` wieħed jgħid hu li, il-Gvern, bil-ġbir tal-V.A.T. biss, diġa`daħħal ħafna iżjed mill-Lm200 li daħħal fl-1998 mir-riċerki 'uffiċjali'.
L-Onor. Interpellant nittama li japprezza li minn sistema fejn kulħadd kien idaħħal il-flus mir-riċerki - ħlief il-Gvern, qlibna għal sistema in parti komputerizzata fejn ir-riċerki huma garantiti b`polza ta` assikurazzjoni.
Fl-istess waqt il-Gvern akkwista, mingħajr ħruġ ta` sold wieħed, is-sistema komputerizzata tal-kumpanija kif ukoll dik li qed issir mill-kumpanija għall-komputerizazzjoni sħiħa tad-'data' kollha fir-Reġistru Pubbliku.
Jista' l-Minstru jara x'inhi r-raġuni għaliex il-bozza li hemm fuq 59 Triq id-Dejqa, Bormla, ilha ż-żmien tiġi rrapportata li toqgħod titfi u tixgħel meta trid hi? Meta se tkun irranġata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza li għaliha qed issir riferenza saret fil-25ta` Frar li għadda.
Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja lill-bozza li hemm mas-sur fi triq li minn Triq l-Immakulata tagħti għal San Ġwann t'Għuxa, Bormla, peress li tqaċċtet minn mal-ħajt u tista' taqa' għal ġot-triq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-bozza li għaliha qed issir riferenza issewwiet fis-6 ta` dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru, relatati mal-ħajt tal-baċir nru.1?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru, relatati mal-ħajt tal-Baċir Numru 1, kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema tip ta' sussidji (fuq dawl, telephones, kera) huma intitolati l-pensjonanti u/jew dawk reġistrati bħala unemployed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li pensjonanti u/jew dawk reġistrati bħala persuni bla impjieg jistgħu jikkwalifikaw għall sussidju fuq dawl u ilma jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi kif jinsab fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali.
Persuni li jikkwalifikaw għall-Għajnuna Soċjali, Għajnuna għal Disimpjieġ, Pensjoni ta' l-Eta', Pensjoni għal Diżabilita', Pensjoni għal Persuni b'Vista Batuta, kif ukoll Pensjoni għall-Wens, jikkwalifikaw għal żieda fir-rata tagħhom jekk ikunu qegħdin iħallsu l-kera fuq il-post ta' residenza tagħhom.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani jagħti sussidju fuq il-ħlas tal-kera tat-telefon lil dawk il-persuni 'l fuq minn sittin sena li għandhom il-Karta r-Roża. Dan id-Dipartiment jgħati wkoll eżenzjoni tal-kera tat-Telecare lil persuni li jgħixu waħedhom jew ma persuni anzjani oħra, li għandhom 'l fuq minn sittin sena li għandhom il-Karta r-Roża.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir b'mod konkret sabiex it-tfal li ġejjin mill-Kottonera jkollhom riżultati aħjar fl-eżamijiet tagħhom? Peress li huwa fatt magħruf li qed ikun hemm l-agħar riżultati dejjem minn tfal mill-Kottonera, ma jidhirlux il-Ministru li issa smajna biżżejjed dwar il-bżonn li jsir xi ħaġa biex titjib is-sitwazzjoni, u hemm bżonn ngħaddu għall-azzjoni immedjatament?
Response (GALEA, LOUIS)
B'żieda ma' dak li diġa' għidt fil-Mistoqsija numru 14340, informat li l-provedimenti kollha li jittieħdu għal edukazzjoni ta' kwalita` għat-tfal Maltin, jittieħdu wkoll għat-tfal tal-Kottonera. Barra minn hekk qegħdin isiru wkoll, u jeħtieġ li jkunu ntensifikati, miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva li jiffavorixxu aktar lil dawn it-tfal.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex id-dwal tal-bandli li hemm fl-area ta' St Peter's limiti ta' Ħaż-Żabbar, ilhom għal ħafna ġimgħat ma' jixgħelu? Jista' jara li dawn jissewwew?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Playing Fields fl-inhawi ta` Saint Peter`s fil-limiti ta` Haz-Zabbar huma responsabbilta` tal-Kunsill Lokali u ghalhekk il-manutenzjoni tad-dawl f`dan il-post ghandu jiehu hsiebha l-imsemmi Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol li hemm bżonn fit-triq imġarrfa li tagħti mill-Kalkara għat-Toqba tal-Birgu? Jekk forsi jrid isir xi xogħol minn nies li jaqgħu taħt il-ministeru tat-trasport, jista' l-Ministru jara li jsir dan peress li din it-triq tintuża ħafna minn nies tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li diġa' nħarġu offerti biex dan ix-xogħol isir.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq il-faċċata tal-flat 1, fi blokk 1, Hubbard Flats, Bormla peress li qed jidħol l-ilma u l-umdita' mill-fili miftuħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' numru ta' persuni residenti fi Triq San Gwann, Bormla li għandhom bjut iħarsu lejn Triq il-Madonna tal-Grazzja, sabiex jingħataw permess li jkollhom ġardina fuq is-sur?
Response (BORG, TONIO)
Minn 'records' li għandha l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jirriżultax li qatt saru xi talbiet minn xi persuni residenti fi Triq San Ġwann sabiex ikollhom ġardina fuq is-sur, ċioe` fuq in-naħa l-oħra tat-triq jiġifieri minn naħa ta` Triq tal-Madonna tal-Grazzja.