Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-anzjana, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha l-pensjoni tagħha mnaqqsa minn Lm132.60 għal Lm28.88 kull erba' ġimgħat, u dan wara li daħlet fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija tiegħu numru 15095. In-numru tal-Karta ta' l-Identita' ma taqbilx mal-persuna ndikata minnu. Jista' l-Onor. Membru jikkonferma n-numru korrett?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kontravenzjonijiet li għalihom jistgħu jagħtu ċitazzjonijiet il-gwardjani lokali? Jista' jgħid ukoll xi ħlasijiet hemm għal kull kontravenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Avviż Legali 32 ta` l-2000 li ġie ppublikat fil-ħarġa tal-Gazetta tal-Gvern Numru 16,914 tal-25 ta` Frar, 2000.
Ma saret l-ebda bidla fil-ħlasijiet ghal kull kontravenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal vakanzi ta' gwardjani fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom għaddew mill-medical test? Kemm minnhom qed joqogħdu għall-interview? Kemm minnhom se jidħlu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15080 f`din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-lant tax-xogħol relatat mal-ħajt tat-tarzna? Jista' jgħid jekk hux minnu li ttieħdet deċiżjoni li l-ħaddiema fuq dan il-lant issa jsir erbgħa biss?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi hemm tnax-il ħaddiem tal-Gvern fuq il-lant tax-xogħol relatat mal-ħajt tal-Baċir Numru 1.
Ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni li dan in-numru jitnaqqas għal erbgħa.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol marbut mat-triq imġarrfa li hemm fit-Toqba tal-Birgu jibda u jitlesta għax issa għaddew ħafna ġimgħat u għadu ma sar xejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant irid japprezza li proġett bħal dan jirrekjedi ħafna preparamenti. Il-proċess ta' tendering irid jieħu ż-żmien tiegħu. Jien infurmat li l-Maritime Section tal-Works Division għandhom jibdew ix-xogħol kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent li qed ikollhom jgħaddu minnu r-residenti fi Triq il-Ġdida, fi Triq tal-Karmnu, Fgura, peress li t-triq hija fi stat diżastruż għall-aħħar?
B'riferenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd, jista' l-Ministru jinforma jekk huwiex minnu li jekk xi dipartiment tal-gvern ikollu bżonn xi informazjoni irid iħallas lill-kumpannija privata?
Il-kumpannija privata qegħda tħallas xi forma ta' kera, dawl, ilma, telephone, eċċ ta' l-uffiċċju li qegħda topera minnu?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nikkonferma li l-Gvern bħal kwalunkwe persuna jew entita` oħra li tagħmel użu mis-servizzi tal-kumpanija qed iħallasha għal dan is-servizz. Ta` min iżid li waqt li qabel il-Gvern ma kien idaħħal xejn ta` dan is-servizz li ilu jitħaddem mill-1996, issa, wara l-ftehim mal-kumpanija, qed ikun hemm dħul sostanzjali għal Gvern flimkien ma` aktar kontroll u trasparenza.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nikkonferma li l-kumpanija mhux qed tħallas kera, dawl, ilma, etc, iżda dan huwa ikkumpensat bil-vantaġġi finanzjarji li kiseb l-istess Gvern, apparti ta` l-'added value' kollu, fosthom l-obbligu tal-kumpanija li tiffinanzja, fost affarijiet oħra, freephone/fax li tqiegħed għad-dispożizzjoni u kumdita` tal-klijenti tar-Reġistru Pubbliku. Naturalment, wieħed ma jridx jinsa li ġaladarba l-Gvern obbliga lill-Kumpanija li tikkomputerizza d-data kollha konnessa ma` dan il-proġett bla ebda ħlas addizjonali, bilfors li l-kumpanija trid tħaddem parti mill-proġett mill-uffiċċju fejn jinstabu d-dokumenti manwali.
B'riferenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma ma' Eureka Services Ltd, jista' l-Ministru jinforma: (a) x'kienet ir-raġuni għaliex skond l-istess ftehim, il-gvern ħafer is-somma ta' Lm16,000 dovuta lilu mill-istess kumpannija; u (b) x'kienu l-ispejjeż in konnessjoni mal-ftehim (skrittura privata)? Min irċieva dan il-ħlas?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant huwa mħeġġeġ jaqra l-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Eureka Services Ltd., fejn jirriżulta ċar li s-somma ta` Lm16,000, li għaliha qed jirreferi, kienet parti mill-pakkett li permezz tiegħu l-Gvern xtara u sar sid assolut ta` żewġ databases bla ma sar ebda nfieq kapitali u rabat lill-kumpanija li tibqa` żżomm dawn id-databases aġġornata bla ebda rikompens monetarju, kif jirriżulta ċar kieku wieħed kellu jaqra u jifli l-istess ftehim.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, kif diġa` spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10750, għalkemm ma kien hemm ebda obbligu f`dan is-sens, iżda għal fini ta` trasparenza, il-Gvern għażel li l-istess ftehim isir quddiem in-Nutar Prinċipali tal-Gvern u għaldaqstant, id-drittijiet professjonali dovuti mal-pubblikazzjoni inġabru mill-istess uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern.
Peress li l-club tar-Regatta tal-Birgu dejjem, tul dawn l-aħħar snin, ingħata permess li juża maħżen fix-xatt ta' Sant'Anġlu, sabiex fih ipoġġi d-dgħajjes tat-tiġrija għar-regatta ta' Marzu, jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li din is-sena ma ngħatawx permess jagħmlu użu minn dan il-maħżen? Jaf il-Ministru li jekk il-klabb ma jkollux dan il-maħżen, huma ma jmorrux għar-regatta, u allura r-regatta tista' tkun fil-periklu li ma ssirx, b'mod partikolari dik taż-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma u jserraħ ras ir-residenti ta' Dockyard Terrace, Isla, li mhux se jiġu mġiegħla jitilqu r-residenzi tagħhom sabiex minflokhom isir proġett ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ma għandu ebda pjan li jwettaq xi proġett f'Dockyard Terrace.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati fis-settur tal-manifattura li jipproduċi għal-lokal?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond cifri li ghadhom kif gew ippubblikati mill-Ufficcju Centrali ta` l-Istatistika, in-numru ta` nies li jahdmu fis-settur privat tal-manifattura fi Frar ta` din is-sena kien ta` 29,104. Mhux possibbli li wiehed jaqsam din ic-cifra f`dawk li jipproducu ghas-suq lokali u dawk li jipproducu ghas-suq barrani peress li hafna kumpaniji jipproducu ghaz-zewg swieq f`daqqa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14364, jista' l-Ministru jara jekk it-talba li saret lid-dipartiment ta' l-artijiet, riferenza L451/94, tistax tkun milqugħha u approvata sabiex ix-xogħol ikun jista' jsir?
Response (BORG, TONIO)
Dwar it-talba li saret lid-Dipartiment ta` l-Artijiet bir-referenza L451/94, ninsab infurmat li fit-3 ta` Settembru, 1997, l-applikant kien ġie infurmat mill-imsemmi Dipartiment li sabiex it-talba tiegħu tiġi kkunsidrata, l-applikant kellu l-ewwel jikseb l-approvazzjoni ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment ta` l-Artijiet għadu ma rċeviex tweġiba f`dan ir-rigward mingħand l-applikant u għalhekk it-talba ma tistax tiġi kkunsidrata, u wisq anqas approvata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex Triq Hompesch, Fgura isirilha t-titjib li hemm bżonn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jippjana li jibni din it-triq mill-ġdid u diġa` ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir.