Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #15488 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Xiri ta' djar

Question

Jista' l-Ministr jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15278 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jgħid jekk sarx xi progress sabiex ir-residenti li joqogħdu fi Blokk C, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla li jixtiequ jixtru d-dar tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proprjeta` fejn jinsab Blokk 'C' Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla, ittieħdet mill-Gvern taħt it-titlu ta` 'possession and use' fl-1949. Il-flats jew djar li jinsabu fuq proprjeta` li ttieħdet taħt dan it-titlu ma jistgħux jinbiegħu għax il-Gvern m`huwiex is-sid proprju ta` l-art.
Leg 9 PQ #15489 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Tal-Ħawli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15409 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-kerrej li joqgħod Block B, Flat 1, Tal-Ħawli, Birgu jkun jista' jneħħi l-ħamrija tal-front garden sabiex minflok jagħmel il-madum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Anzjani — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal lokal, tal-waiting list ta' anzjani biex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista jgħid ukoll kemm hemm irġiel u nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-lista lokal lokal, ta' anzjani biex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla hija kif ġej: Birgu 10 B'Buġia 1 Bormla 31 Fgura 3 Ħamrun 2 Isla 3 Kalkara 4 Luqa 1 Marsa 3 M'Skala 2 Msida 1 Paola 3 Qawra 1 Qormi 1 Siġġiewi 3 Sta. Luċia 4 Tarxien 1 Żabbar 10 Żejtun 3 Żurrieq 2 Din il-lista tikkonsisti minn 27 raġel u 62 mara.

SVDP — Residenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal lokal, tal-waiting list ta' anzjani biex jidħlu f'St Vincent de Paule Residence? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-'Waiting List' ta' anzjani li jixtiequ jidħlu fir Residenza ta' San Vinċenz de Paule tikkonsisti minn 143 raġel u 386 mara. L-informazzjoni ta' din il-lista lokal b'lokal tingħata iktar tard.
Leg 9 PQ #15587 Sitting 280 2000-04-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Weapons Advisory Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex maħtur uffiċjalment il-weapons advisory board? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' jgħid min huma l-membri, u jgħid ukoll jekk hux kollha ġew avżati bil-ħatra? Jekk il-board inħatar, jista' jgħid jekk iltaqax, u jekk le, jista' jgħid għaliex għadu ma ltaqax?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Weapons Advisory Board kien inħatar f'Novembru 1999. Il-membri kienu is-Sur Anthony Ghio (Chairman), is-Sur Michael Stroud (Membru) u P.S. Guido Agius (Membru). Wara din il-ħatra, id-Dipartiment ġie nfurmat li P.S. Guido Agius kien irriżenja mill-Korp tal-Pulizija. Għalhekk kellha tiġi identifikata persuna oħra bħala rappreżentant tal-Pulizija li huwa P.S. Jesmond Cassar. Is-Sur Cassar ġie nfurmat b'din il-ħatra.
Leg 9 PQ #15418 Sitting 277 2000-04-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament se tingħata ċ-ċittadinanza Maltija peress li ilha li applikat f'April, 1998, miżżewwġa Maltija u ilha toqgħod Malta madwar ħames snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadu qed jiġi pproċessat u li din il-persuna tiġi nfurmata minnufih malli tittieħed deċiżjoni.
Leg 9 PQ #15277 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Dħul ta' skrivani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa għal skrivani maċ-ċivil? Kemm minnhom għaddew mill-eżami? Kemm minnhom se jiġu ngaġġati u minn liema lokal ġejjin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' applikazzjonijiet għall-aħħar sejħa għal Clerks mal-Gvern kien ta' 974. Kif kien imħabbar fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fis-27 ta' Lulju 1999 fil-Gazzetta tal-Gvern ser jimtlew 50 post. Kif kien strutturat l-eżami, min kellu l-ogħla marki fl-Ordinary, Intermediate jew Advanced level issejjaħ għall-interview u l-ewwel ħamsin ser jiġu ngaġġati. Billi l-proċess ta' l-ingaġġ għadu għaddej, it-tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija tkun tista tingħata meta jintemm l-ingaġġ tal-50 Clerk.

Djar — Xiri ta' djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex ir-residenti li joqogħdu fi Blokk C, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla li jixtiequ jixtru d-dar tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-proċeduri tal-akkwist tal-art, li fuqha hemm mibni dan il-blokk isir mid-Dipartiment tal-Artijiet, din il-Mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Art.

Bormla — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-linja diretta, tal-karozza tal-linja minn Bormla lejn l-iSptar San Luqa tas-7.30 a.m. twaqqfet? Jista' l-Ministru jara li din ir-rotta terġa' tibda ssir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kemm ilha mwaqqfa l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku dan il-vjaġġ li rrefera għaliħ l-Onor. Interpellant qatt ma sar. Peress li nifhem il-ħtieġa ta` vjaġġ ta` dan it-tip, l-Awtorita` qedha f`diskussjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku sabiex tara l-possibilitajiet li dan il-vjaġġ jibda jsir mill-aktar fis possibbli.

Impjiegi — Lukandi

Question

Peress li mal-wasla tas-sajf, jinħolqu numru ta' mpjiegi fis-settur tal-lukandi, u peress li huwa magħruf li numru minn dawn l-impjiegi jittieħdu minn barranin li f'ħafna każi lanqas working permit ma' jkollhom, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu sabiex dan l-abbuż jonqos u dawn l-impjiegi jittieħdu minn Maltin bla xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) f'kull zmien tagħmel mill-aħjar biex tgħaqdi d-doveri tagħha biex jiġu osservati l-provedimenti tal-"Employment & Training Services Act". Riċentament l-ETC waqfet "Law Enforcement Monitoring Unit" biex dan l-aspett tax-xogħol tal-Korporazzjoni ikun ko-ordinat aħjar. Barra minn dan, fil-karozzi tal-Korporazzjoni li jużaw l-Iskrivani/Spetturi matul il-qadi tad-doveri tagħhom ġiet stallata Vehicle Location System biex isir aktar kontroll u tingħata l-aħjar għajnuna lil dawn l-impjegati. L-ETC ħadet nota tal-osservazzjoni tal-Onor. Membru u lesta li tintensifika il-ħidmiet tagħha fuq dan is-settur. Sadanittant teżisti wkoll sistema biex min irid jgħati nformazzjoni fuq xi abbużi bla ma jgħati ismu jista' jċempel fuq numru tat-telefon 657382. L-ETC taġixxi fuq kull rapport li tirċievi.

St Vincent de Paule — Pazjenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-koppja anzjana li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, illum residenti f'San Vincenz de Paule ikunu jistgħu jingħataw kamra flimkien, peress li qed iħossu ħafna n-nuqqas ta' xulxin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tal-amministrazzjoni ta' San Vinċenz de Paule hija li sa fejn hu possibli koppja miżżewġa tingħata kamra biex tkun tista' tgħix flimkien. Dan mhux dejjem ikun possibli minħabba nuqqas ta' kmamar disponibbli.
Leg 9 PQ #15134 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Weapons Advisory Board — Membri

Question

Jista' l-Ministru jinformani dwar minn huma l-membri tal-Weapons Advisory Board?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #15135 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni li qorti mill-1995 sal-lum dwar korruzzjoni jew attentat ta' korruzzjoni fl-isport? F'liema attivita' sportiva kien kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat il-Pulizija ma ressqet lil ħadd quddiem il-Qorti dwar dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Peress li l-familja li kienet tgħix f'post ikkundannat ingħatat post alternattiva, jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tgħix fis-sular ta' isfel ta' dan il-post ikkundannat, tingħata hi wkoll post alternattiv, jew iserħulha rasha minn kull periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata li ġiet imdaħħla fil-15 ta' Diċembru 1999 qed tiġi kkunsidrata, pero' l-post fejn toqgħod l-applikanta ma jirriżultax li hu bil-periklu. Forsi aktar jaqbel li tapplika ma' l-Awtorita' tad-Djar biex tirranġah.
Leg 9 PQ #15137 Sitting 272 2000-03-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Klabb tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14962?

Response (GALEA, LOUIS)

Nikkonferma li dawn l-aħħar snin kien ingħata lill-klabb tar-Regatta tal-Birgu permess temporanju, fuq ir-responsabbilta` tal-Kuratur, sabiex għal żmien ir-Regatta ta' l-31 ta' Marzu jużaw parti mill-Mużew Marittimu sabiex jiffaċilitalhom l-aċċess għall-korsa għal waqt it-taħriġ. Informat li din is-sena l-permess ma' setax jingħata peress li l-imsemmi post ġie ppreparat biex jilqa' fih u jsir il-konservazzjoni u restawr ta' kanun antik u rarissimu li nstab dan l-aħħar fil-baħar. Barra s-sigurta` ta' l-oġġett imsemmi, l-proċess ta' konservazzjoni u restawr jirrikjedi ċerta kawtela u kontroll assolut. Ta' min wieħed isemmi li fil-post inkwistjoni tinsab maħżuna kollezzjoni ta' dgħajjes antiki u vetrini tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Is-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-Kumitat Regatta Nazzjonali u s-Sindku tal-Birgu ippruvaw isibu soluzjoni temporanja (permezz ta' 'containers' li jassiguraw sigurta`) u bdew jaħdmu sabiex din il-problema tissolva b'mod permanenti, għall-ġid tal-Klabb tar-Regatta tal-Birgu. Fil-fatt ġiet ippjanata laqgħa fuq il-post sabiex jiġi deċiż liema xogħlijiet hemm bżonn sabiex il-Klabb Regatta Birgu jkollu skall permanenti. Madanakollu, il-Kumitat Regatta Birgu ma aċċettax is-soluzzjoni temporanja u ddeċieda wkoll li ma jipparteċipax fir-Regatta tal-31 ta' Marzu. Din id-deċiżjoni ttieħdet kontra l-pariri tal-Kumitat Regatta Nazzjonali. Madanakollu, għadhom isiru l-isforzi kollha sabiex Regatta Birgu jipparteċipaw f'din ir-regatta.

Pensjonijiet tas-Servizzi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li tkompli tiġi mwettqa l-wegħda li l-pensjonanti tas-servizzi jingħataw id-differenza fuq il-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet tiegħi dwar dan is-suġġett fil-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 6278 u 12069.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru jagħti lista, lokal lokal, tal-persuni reġistrati għal akkomodazzjoni alternattiva mad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali? Jista' jagħti wkoll r-raġuni għal kull applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.