Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid, issa li fetħet id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla, meta se jiftaħ id-Day Centre fl-istess dar? Min se imexxi dan id-day centre?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'kontinwazzjoni tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 15647 id-Day Centre ta' Bormla nfetaħ fil-25 ta' April, 2000 u hu mmexxi mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani.

Birgu — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fit-triq li mill-Birgu tagħti għal Bormla, fl-area magħrufa bħala ħdejn Cafe Riche?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq arterjali hija waħda minn dawk li huma aktar wiesa` mis-soltu u f`qagħda ta` niżla qawwija. Għalhekk l-`area` tirrikjedi pjanar estensiv mill-ġdid qabel ma tista` titqiegħed `pedestrian crossing`.
Leg 9 PQ #15715 Sitting 287 2000-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Birgu — Tal-Ħawli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15489, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-kerrej li joqgħod Block B, Flat 1, Tal-Ħawli, Birgu, ikun jista' jneħħi l-ħamrija tal-front garden sabiex minflok jagħmel il-madum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li biex fi front garden isir it-tip ta` tibdil li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu meħtieġ il-permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, u hu fid-dawl tal-permess li jkun ingħata mill-Awtorita` li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tikkunsidra dan it-tip ta` talbiet. Ninsab infurmat ukoll li fil-każ speċifiku l-inkwilin għadu m`għamel l-ebda talba lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u lanqas m`għamel applikazzjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u għalhekk hu diffiċli biex wieħed jagħti parir tekniku mingħajr ma jara l-proposta. Normalment każi simili jiġu diskussi ma` uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fi pre-submission meetings. Ninsab infurmat ukoll li prima facie l-Awtorita` ta` l-Ippjanar toġġezzjona li soft landscaped areas li llum huma bis-siġar u fjuri jinbidlu f`hard landscaped areas.

Djar — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar appartamenti u bini ieħor tal-gvern f'Bormla fejn se jsir xogħol ta' manutenzjoni mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif spjegajt f'tweġiba għal mistoqsija simili, ma nikkunsidrahx għaqli li wieħed jippubblika d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.

Djar — Fgura

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar appartamenti u bini ieħor tal-gvern fil-Fgura fejn se jsir xogħol ta' manutenzjoni mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15639.

Djar — Kalkara

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif dwar appartamenti u bini ieħor tal-gvern fil-Kalkara fejn se jsir xogħol ta' manutenzjoni mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15639.
Leg 9 PQ #15644 Sitting 286 2000-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Card phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li titwaħħal card phone fil-Knisja Parrokkjali ta' Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta'l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom.

Karozzi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi liċenzjati f'Malta u Għawdex? Kemm hemm minnhom li ma jaqbżux it-20cc? Kemm hemm li jaqbżu l-20cc?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' karozzi lliċenżjati sa l-aħħar ta' Marzu 2000 kien 177,714. Minn dawn 172,076 karozza għandhom magna taħt 2000cc waqt li 5,638 għandhom magna `l fuq minn 2000cc. (mhux 20cc)

Bċejjeċ tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bċejjeċ tal-baħar reġistrati f'isem persuni Maltin ta' mhux aktar minn 20 pied? Ta' mhux aktar minn 40 pied? U dawk li jaqbżu l-40 pied?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` bċejjeċ tal-baħar reġistrati f`isem persuni Maltin huwa kif ġej: Taħt l-Att ta` Taħt l-Att ta` l-1973 dwar l-Awtorita` il-Bastimenti Marittima Merkantili Sezzjoni 29 Inqas minn 20 pied 17 10528 Bejn 20 u 40 pied 600 881 Aktar minn 40 pied 100 28
Leg 9 PQ #15635 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Mina ta' Sta. Liena

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex il-mina ta' Sta. Liena, Bormla, tingħata manutenzjoni li hemm bżonn? Jista' wkoll jara li jekk u meta dan ix-xogħol isir, ma jipparkjawx aktar karozzi taħt l-istess mina storika?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru għall-Ambjent peress li l-manutenzjoni tal-bini in kwistjoni huwa r-responsabilta` tal-Kottonera Rehabilitation Committee filwaqt li l-management tat-traffiku hija r-responsabilta` tad-Dipartiment tat-Toroq.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fit-Tieni Distrett elettorali huma responsabbilta' tal-gvern u mhux tal-kunsilli lokali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed nehmeż pjanta li turi t-toroq arterjali u distributorji fil-pajjiż li l-manutenzjoni tagħhom hija responsabilita` tad-Dipartiment tat-Toroq. Barra dan id-Dipartiment hu responsabbli li jasfalta t-toroq ġodda kollha li qatt ma għadhom ġew asfaltati u li n-numru tagħhom ivarja minn lokalita` għal oħra.
Leg 9 PQ #15637 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Project — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet u fejn se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena mill-Cottonera Rehabilitation Project?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-proġetti prinċipali li qed isiru mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera (u dan ma jinkludix xogħlijiet oħra li qed isiru minn dipartimenti oħrajn) għal matul din is-sena huma: F'Bormla jitkompla l-ewwel fażi tal-proġett ta' Santa Margerita, restawr fuq is-sur ta' Santa Margerita, restawr fuq iz-zuntier tal-parroċċa ta' Bormla, restawr fuq is-sur ta' Santa Liena u bidu ta' restawr tal-Bieb ta' Santa Liena, restawr fuq faċċata tal-Knisja ta' San Pawl, bankina ġdida fi Triq Alexandra u restawr ta' qawwi fi Triq id-Dejqa. Fil-Birgu jitkompla xogħol fil-belvedere ta' Couvre Porte, parti mix-xogħol ta' Triq Boffa, restawr ta' qawwi fi Triq il-Majjistral, Triq il-Kunsill Popolari u Triq Wenzu Dyer, restawr fuq faċċata tal-Vittoriosa Stars, restawr fuq is-swar, restawr ta' paviment tal-qawwi ħdejn il-parroċċa, restawr fl-Auberge de France, restawr fiċ-ċimiterju tal-Birgu, kif ukoll jitpoġġew bollards u 'street furniture' ieħor. Fl-Isla sar titjib fil-ġnien tal-Gardjola, se tiġi restawrata l-Istatwa ta' San Mikiel u jibdew xogħol fuq żewġ pavimenti hekk kif jiġu l-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Fil-Kalkara qed jitkompla xogħol fil-bajja ta' Rinella, saru xogħol ta' ħitan f'żewġ inħawi u kif jingħata l-permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jibda xogħol ta' restawr tal-kappella tas-Salvatur. Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera wettaq ukoll ħafna xogħlijiet żgħar oħrajn fl-erba' lokalitajiet u qed jagħmel minn kollox biex fil-limitazzjonijiet li għandu jilqa' s-suġġerimenti tal-Kunsilli Lokali. Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera rrestawra wkoll il-post tiegħu stess fil-Fortini u għen finanzjarjament f'ħafna attivita' kulturali.

Djar — Tal-Gvern

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet meta post tal-gvern jista' jittieħed lura mingħand il-kerrej? Jista' jgħid kemm hemm postijiet tal-gvern magħluqa għax il-kerrej rikonoxxut ikun daħal f'xi home tal-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Postijiet tal-Gvern jittieħdu lura meta jinstab li l-inkwilin ma jkunx qed jagħmel użu mill-post jew għandu post ieħor tiegħu li jista' jużah għar-residenza tiegħu. Id-Dipartiment m'għandux statistika dwar kemm hemm inkwilini ta' postijiet tal-Gvern li qed joqgħodu f'xi dar ta' l-anzjani.
Leg 9 PQ #15611 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Birgu — CRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post fil-Birgu, sal-lum użat mis-CRP, jekk dan għaddiex f'idejn il-Ministeru tal-Politika Soċjali?

Response (BORG, TONIO)

Malli l-post jiġi vakat se jiġi allokat lid-Dipartiment tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #15612 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Birgu — CRP

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-CRP ġewx mitluba li jiżgumbraw minn dan il-post li sal-lum serva bħala uffiċini tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-CRP ġew mitluba jiżgumbraw mill-post indikat fil-Mistoqsija sabiex il-post jingħata lid-Dipartiment tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #15614 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — CRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tkun ikkunsidrata t-talba tal-kunsill lokali tal-Birgu sabiex il-post fejn illum hemm l-uffiċini tas-CRP jinbidel fi ġnien pubbliku u playing field?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-post fejn qegħdin l-uffiċini tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jintużaw għal skop preċiż u mportanti. Ma hemm l-ebda talba tal-Kunsill Lokali dwar dan il-post.
Leg 9 PQ #15615 Sitting 281 2000-04-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — CRP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċini tas-CRP hux se jiċċaqilqu minn fejn huma? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn se jmorru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa veru li l-uffiċini tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera se jkollhom jiċċaqilqu minn fejn qegħdin illum. Qed nistħarġu dwar l-aħjar post alternattiv.