Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16332 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Gallarija ta' l-injam

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, tippermettix li gallerija ta' l-injam fil-Kottonera tinbidel għal waħda tal-ħadid?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` l-Ippjanar tqies kull talba għal bdil ta` gallerija ta` l-injam għal waħda tal-ħadid skond il-meriti tal-każ parikolari. Dan jiddependi fuq il-valur storiku tal-bini li tkun tifforma parti minnu l-gallerija in kwestjoni. Peress li l-grad ta` valur storiku jista` jvarja, f`ċerti każi jista` jkun aċċettabli li gallerija ta` l-injam tinbidel f`waħda tal-ħadid u f`oħrajn le.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti figuri, lokal b'lokal, skond l-eta' tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Marzu u April, 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Minħabba li l-istatistika ta' April għadha ma ġietx ippubblikata, l-informazzjoni mitluba għax-xahar ta' April ma ngħatatx.
Leg 9 PQ #16337 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru raids għad-droga fis-sena 1999? Kemm minnhom kienu suċċess u x'qabda irriżultat f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saru 808 raid għal droga fl-1999. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li b`riżultat ta` dawn l-investigazzjonijiet tressqu quddiem il-Qorti 454 persuna fl-1999, filwaqt li dwar id-droga li nqabdet fl-istess sena, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 12766.

SVPR — Anzjana

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tidħol f'SVPR fejn hemm żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni ta' l-anzjana msemmija ġiet sottomessa fl-24 ta' Jannar li għadda. Għalkemm wieħed irid jifhem li hemm numru ta' nies li ilhom fuq il-'waiting list ta' San Vinċenz, dan il-każ partikulari ġie mogħti l-attenzjoni kollha li jistħoqq u l-persuna tqiegħdet fuq il-lista ta' prijorita'.
Leg 9 PQ #16209 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarzna — Ħajt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fuq il-ħajt tat-Tarzna, waqaf? Meta se jitkompla dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant ix-xogħol madwar id-dock tat-Tarzna qiegħed isir b'kollaborazzjoni bejn it-Tarzna u t-Taqsima tax-Xogħlijiet. Minħabba d-direttivi li tat il-General Workers Union, il-ħaddiema tat-Tarzna ħassew illi dan ix-xogħol jaqa' taħt id-direttivi u għalhekk la komplew fuq ix-xogħol huma u lanqas għamlu s-sit aċċessibbli għall-ħaddiema tal-Gvern. Din hija l-unika raġuni għaliex ix-xogħol ma tkompliex.
Leg 9 PQ #16210 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata bidu għax-xogħlijiet fil-proġett tal-Kottonera? X'se tkun l-ewwel fażi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi proposta tikkonsisti fil-kostruzzjoni tal-lukanda mill-Port Cottonera Consortium u l-kostruzzjoni tal-bini ta' madwar il-Menqa mill-Cottonera Waterfront Group, kif ġew approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ż-żewġ konsorzja qed jagħmlu l-preparamenti neċessarji biex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħol mill-aktar fis possibbli. Ninsab infurmat mill-konsorzja illi x-xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar ta' Ġunju 2000.
Leg 9 PQ #16211 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuni, li dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ma ngħatawx iċ-ċittadinanza Maltija ġaladarba dawn ilhom Malta 'l fuq minn 25 sena, b'ulied Maltin u anke miżżewġin lill-Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-persuni li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, kienet il-mara biss u binha li fl-1993 kienu għamlu talba biex jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija. Il-koppja konċernata, li għandhom ħamest itfal, m`għandhomx ulied imwielda Malta. Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor. Interpellant għall-fatt li ż-żmien li persuna tkun ilha tgħix Malta mhux l-uniku fattur konsidrat fl-għoti taċ-ċittadinanza Maltija.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara x'inhuma l-possibbiltajiet li l-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatment, jingħataw post alternattiv qabel ma ssir xi diżgrazzja peress li l-post li qed jabitaw fih bħalissa fih ħsarat kbar fis-soqfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni tal-persuna indikata qed tkun ikkunsidrata.

Tarzna — Ex-impjegat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-eredi tal-persuna, li isimha jidher separatament, ex-impjegat tat-Tarzna, hux se jieħdu l-arretrati dovuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l persuna indikata ninnhu ma nsabitx fir-"records" tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant qed nitlob biex niġi mgħoti aktar informazzjoni, bħan-numru tal-karta ta' l-identita' bien din il-persuna tieħu dak li jistħoqqilha.

Tarzna — Ex-impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eredi tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ex-ħaddiema tat-Tarzna li spiċċa bl-eta fl-1990, hux se jieħdu l-arretrati kif ħadu ex-ħaddiema sħabu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-eredi tal-persuna minnhu indikata ġiet infurmata bil-miktub dwar jekk hijiex intitolata għal xi arretrati ta' pensjoni li ħadu l-ex ħaddiema tat-Tarzna.
Leg 9 PQ #16013 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Ċentru sportiv

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti taċ-ċentru sportiv fil-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15657.
Leg 9 PQ #16014 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq Pjazza Sta. Margerita, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din is-sena kien ippjanat li jsir l-ewwel fażi ta' dan il-proġett. Apparti xi ħwejjeġ żgħar din il-fażi hija lesta.
Leg 9 PQ #16015 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Skejjel — Bormla - Ground

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex il-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla jkun jista' jintuża mingħajr periklu mit-tfal ta' l-istess skola u anke mit-tfal ta' l-akkwati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jista' l-Onorevoli Interpellant jispjegali għaliex dan il-ground ma jistax jintuża? Ma hemm l-ebda periklu fil-ground. Apparti minn hekk il-ground ingħalaq b'kanċell li huwa taħt il-kontroll ta' l-Iskola Primarja.
Leg 9 PQ #15645 Sitting 287 2000-05-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Uffiċċju tal-Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-Uffiċċju tal-Maltacom li kien hemm Bormla m'għadux jiftaħ? Jista' jgħid jekk dan hux se jerġa' jiftaħ għall-pubbliku? U jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, allura meta se jerġa' jiftaħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-fergha tal-Maltacom f`Bormla kellha tinghalaq wara li zviluppat hsara fil-parti komuni tal-binja ta` appartamenti li tinsab fih. Qabel tissewwa din il-hsara, li ma tistax issir mill-Maltacom, din il-fergha ma tistax tintuza. Il-Maltacom qed taghmel l-almu taghha biex it-tiswijiet jitlestew fl-iqsar zmien possibbli. Sadanittant, il-Maltacom ghamlet arrangamenti temporanji biex il-fergha li ghandha fil-Birgu tiftah kuljum, minflok it-Tlieta u l-Hamis biss, biex tkun tista` taqdi l-htigijiet tan-nies ta` Bormla.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li t-tankijiet ta' l-ilma li jissupplixxu d-dar ta' l-anzjani ta' Bormla tħalltu bid-disel jew petrol? X'sar sabiex jitneħħa dan il-periklu? U għaliex għaddew aktar minn 15-il ġurnata u l-anzjani għadhom ma jistgħux jużaw l-ilma b'mod normali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa minnu li wieħed mit-tankijiet tal-ilma, li jissupplixxu d-dar tal-Anzjani ta' Bormla, tħallat b'xi ftit diesel. L-ammont ta' diesel li tħallat, tant kien minimu li bl-azzjoni li ttieħdet f' waqtha ma nħolqot l-ebda nkonvenjenza lir-residenti ta' din id-dar u għalhekk huwa assolutament mhux veru li l-anzjani ma jistgħux jużaw l-ilma b'mod normali. Ta' min iżid li b'ebda mod qatt ma ġi affettwat l-ilma tax-xorb.