Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16888 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għaliema li hemm seconded ma' xi dipartiment jew korporazzjoni tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent hemm 15-il għalliema mislufa lil Dipartiment u organizzazzjonijiet oħra.
Leg 9 PQ #16823 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Buġibba — Promenade/pjazza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex inqalgħu numru ta' fanali mill-Pjazza u promenade ta' Buġibba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-fanali u 'street furniture' oħra li kien hemm fil-pjazza nqalgħu għax kienu qed jiddeterjoraw u bdew ikunu ta' periklu għall-pubbliku (dawn ma nxtrawx minn fondi tal-Gvern). Inħarġet tender biex isiru oħrajn tal-'cast iron'.Il-fanali tal-promenade kienu nqalgħu biex issirilhom manutenzjoni mill-kuntrattur wara li ħarġulhom xi difetti ftit wara li kienu twaħħlu. Dawn il-fanali issa kollha reġgħu twaħħlu f'posthom.
Leg 9 PQ #16878 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Alessandra - Fanali

Question

Jista' l-Ministru jara li jissewwew it-tliet fanali li hemm maqtugħin, u li ilhom hekk il-ġimgħat, fuq il-pont li jagħti għal Triq Alessandra, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz issir it-tiswija relattiva.

Bormla — Triq il-Kunċizzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jserraħ ras ir-residenti ta' Triq il-Kunċizzjoni, Bormla u jgħid hemmx periklu fil-bini li hemm taħt blokk appartamenti fi Triq Wiġi Rosato, Bormla peress li qed ikun hemm ħsarat kbar strutturali u r-residenti qed jibżgħu li jista' jiġġarraf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-bini li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu tal-privat.
Leg 9 PQ #16880 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq l-Irlandiżi - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza, li ilha maqtugħa l-ġimgħat, li hemm fi Triq l-Irlandiżi, Bormla quddiem Tereza House?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz issir it-tiswija relattiva.
Leg 9 PQ #16881 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Fortina ta' Felic

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitpoġġa f'postu l-fanal li kien hemm fuq il-Fortina ta' Felic, Bormla, peress li meta ħaddiema marru biex isewwuh dan waqa' u ma reġax tpoġġa f'postu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi relattivi.
Leg 9 PQ #16882 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema perċentaġġ bejn il-gvern u l-kunsilli lokali jitqassmu l-flus miġbura minn multi fuq taħrikiet maħruġa mill-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus miġbura mill-multi jinżammu kollha mill-Kunsill Lokali ta` fejn tkun saret il-kontravenzjoni.
Leg 9 PQ #16551 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

It-Tieni Distrett — Twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar installar ta' bozoz ġodda fit-tieni distrett, dwar f'liema toroq dawn ser isiru, u d-data li hemm il-ħsieb li dawn isiru fix-xhur li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #16552 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Bieb il-Polverista

Question

Jista' l-Ministru jara li żewġ bozoz li ilhom maqtugħin ix-xhur f'Bieb il-Polverista, Bormla, ikunu rranġati?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi investigat u jekk ikun il-kaz jitiehdu l-passi mehtiega.

Bormla — Triq il-Ġdida

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fi Triq il-Ġdida, Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Tarzna — Eredi - Arretrati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-eredi ta' anzjan mill-Birgu - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ex-impjegat tat-Tarzna humiex intitolati għall-arretrati dovuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna minnu indikata ma jidhirx illi kienet tieħu xi forma ta' benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru biex jipprovdi aktar dettalji.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-anzjana - dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - ilha pensjonanta 'l fuq minn 12-il sena, issa qalulha li għandha tagħti lid-dipartiment u se jinqatgħulha mill-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna li qed issir referenza għaliha, daħlet residenti f'dar ta' l-Anzjani fis-16 ta' Diċembru 1999. L-ammont li ser jinqatgħalha mill-pensjoni jirrpareżanta l-ammont ta' arretrati li hi, bħala residenta fid-Dar ta' Anzjani għandha tikkontribwixxi b'effett mid-data li hi daħlet residenti sa Mejju 2000.

Dar ta' l-Anzjani — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-anzjani li daħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla qed jintalbu jħallsu aktar, f'każi anke sa Lm6 kuljum, meta fid-dikjarazzjoni li ffirmaw mad-dħul hemm: (a) li nikkontribwixxi sittin fil-mija (60%) tad-dħul kollu nett tiegħi fis-sena sakemm dan is-60% tad-dħul kollu tiegħi ma jeċċediex l-elf erba' mija u sittin lira Maltin (Lm1460) fis-sena u dan sabiex jien inkun nista' noqgħod fid-dar residenzjali għall-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Anzjani li daħlu fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla ġew mitluba biex bħall-anzjani kollha li jidħlu residenti f'xi Dar ta' l-Anzjani tal-Gvern, jiffirmaw id-dikjarazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Membru. Pero' ta' min iżid ukoll illi permezz ta' l-ewwel paragrafu ta' l-istess dikjarazzjoni, kull resident jintrabat ukoll illi joqgħod għall-provvedimenti tal-liġi tal-att dwar is-Sigurta' Soċjali (ATT Nru X tal-1987) u l-avviż legali relattivi u sussegwenti. Għaldaqstant fid-dawl ta' l-Avviż legali Numru 60 tas-sena 2000, [Att Dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318)] r-rata ta' kontirbuzzjoni dovuta minn kull resident f'xi Istituzzjoni Residenzjali ta' l-istat issa ġiet revedata u regolata permezz ta' dan l-avviż legali relattiv u sussegwenti.

Bormla — Slum clearance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet f'Bormla li se jkunu mwaqqa' fi proġett ta' slum clearance fiż-żmien li ġej? Meta se jibda dan ix-xogħol u fejn se jintbagħtu l-familja milquta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini li jmiss isir xogħol ta' twaqqiegħ fuqu f'Bormla jinsab f'żewġ inħawi jiġifieri fi Triq San Gwann u fi Triq Hanover. L-ewwel sit huwa t-tielet blokk fil-proġett ta' Triq San Gwann u jinsab bejn Triq San Gwann, Triq Mariano Gerada, Triq San Mikiel, u Triq Santa Liena. Dan il-proġett huwa kopert bil-permess tal-bini u jonqos biss xi sitt familji biex jiġu pprovduti b'akkommodazzjoni alternattiva. Il-proġett l-ieħor jinsab bejn Triq Hanover, Triq San Mark, Triq l-Irlandiżi u Triq Santa Liena. F'dan it-tieni blokk (li huwa t-tielet fażi tal-proġett ta' Santa Liena) jgħixu diversi familji u d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għadu kemm applika għall-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Ir-residenti ser jingħataw post alternattiv jew f'Bormla stess jew barra Bormla skond il-postijiet li jkollu disponibbli d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 9 PQ #16345 Sitting 304 2000-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn xi dipartiment tal-gvern għal twaqqigħ u bini mill-ġdid ta' postijiet? Liema huma l-postijiet u toroq involuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni waħda biss (PA 4450/98) li tikkonsisti fit-twqqigħ u bini mill-ġdid ta` postijiet residenzjali 53-42 Triq il-Wied, c/w Triq Garċin, Msida.
Leg 9 PQ #16338 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-klassi 5B, primarja Bormla, hijiex mingħajr għalliem? Jekk fl-affermattiv, meta se jintbagħat għalliem ieħor flok li kien hemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-klassi 5B tal-Primarja ta' Bormla għandha għalliema.
Leg 9 PQ #16339 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm vultaġġ ta' l-elettriku ogħla minn normal fil-Fgura fil-bidu ta' April, 2000? X'ikkaġuna dan? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min se jħallas tal-ħsarat li ġew ikkawżati f'diversi residenzi li jinsabu fi Triq Buqexrem, Triq ir-Rużell, Triq 14 ta' Diċembru, 1945, Triq Ġdida fi Triq il-Karmnu, kollha fil-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-11 ta` April, 2000 kien hemm vultagg gholi fil-Fgura. Dan kien dovut ghall-qtugh tan-neutral fuq is-sistema ta` vultagg baxx. Residenti li sofrew xi hsara ghamlu talba ghal kumpens lill-Korporazzjoni. Bhalissa dawn it-talbiet qed jigu kkunsidrati sabiex jigi stabbilit jekk huwiex il-kaz li jinghata l-kumpens mitlub.
Leg 9 PQ #16340 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li plots, li għalihom inżamm il-permess tal-bini iżda qegħdin imissu ma' plot mibni, jiġi kkonsidrat li jingħataw il-permess tal-bini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-linji ġenerali li timxi bihom l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, f`każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant hi li ma jingħatawx permessi. Iżda jista` jkun hemm sitwazzjonijiet speċifiċi fejn l-impatt viswali ta` appoġġi mikxufin ma jkunx aċċettabbli u għalhekk jinħareġ permess biex tingħalaq l-iskema ta` l-iżvilupp bl-aħjar mod possibli.
Leg 9 PQ #16341 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Structure Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħroġ structure plan għan-naħa ta' isfel ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir?

Response (BORG, TONIO)

Pjan ta` Struttura jsir fuq livell nazzjonali iżda livell lokali jsir pjan lokali. Għalhekk ma hemmx Pjan ta` Struttura għan-naħa t`Isfel ta` Malta, u lanqas hemm il-ħsieb li jkun hemm wieħed. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tfassal Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta` Malta, li jkopri 18-il lokalita`. Il-lokalitajiet huma : ix-Xgħajra, Ħaż Żabbar, Wied il-Għajn, il-Fgura, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Sta. Lucia, Ħal Luqa, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq, il-Gudja, Ħal Kirkop, Ħal Safi, iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, is-Siġġiewi u Ħaż Żebbuġ. Ninsab infurmat ukoll li hu mistenni li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tlesti x-xogħol fuq l-ewwel abbozz ta` dan il-Pjan sas-sena d-dieħla.

Dar ta' l-Anzjani — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuni - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sabiex tkun tista' tidħol fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħatu separatament sarilha 'social' u 'medical' assessment u ġiet mqegħda fuq il-'waiting list'.