Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Bormla - Slum clearance

Question

Peress li jidher li se jkun hemm slum clearance fl-area ta' Santa Liena, Bormla, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-djar li se jkunu nvoluti għax hemm preokkupazzjoni fost ir-residenti dwar min minnhom se jintlaqat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' l-istess proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-familji affettwati mill-proġett kollha jafu bil-ħsieb tal-Gvern billi qabel saru l-pjanti tal-proġett u tkejjel il-bini kollu affettwat. L-indirizzi affettwati huma dawn: Hanover Hill, 1-9 Hanover Street, 13-25 Irish Street, 26-38 St Helen Street, 38-45 St Mark Street, 32-42 Eagle Street, 25-32 Billi l-proġett għadu qed jistenna l-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma nħossx li jkun prudenti li jitpoġġew il-kopji tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #17128 Sitting 320 2000-06-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabiliation Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Cottonera Rehabiliation Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-membri tal-Cottonera Rehabilitation Committee huma dawn: Chairman: --------- Is-Sur Chris Spiteri B.E.&A (Hons), MSc(Edin), A&CE Members: -------- Is-Sur Lorenzo Zahra Is-Sur Maurice V Debono B.Pharm, BSc Spec (London), MinstP Is-Sur Paul Muscat Is-Sur John Boxall Is-Sur James Farrugia Is-Sur Mark Lombardo Is-Sur Albert Borg Is-Sur Lawrence Farrugia Is-Sur Michael Zarb Is-Sur Vince Cassar A&CE - Direttur Ġenerali (Taqsima tax-Xogħlijiet) Secretary/Coordinator: ---------------------- Is-Sur Ray Bondin MA Bar. Stud.
Leg 9 PQ #16924 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Kortina San Nikola

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja sabiex id-dawl f'Kortina San Nikola f'Bormla ma jibqax jixgħel lejl u nhar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nformat li il-manutenzjoni mehtiega f`Kortina San Nikola Bormla hija pprogrammata li issir flimkien ma` xoghlijiet ohra.
Leg 9 PQ #16925 Sitting 319 2000-06-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Far — Delettanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex id-dilettanti tal-Ħal Far M. Flying A. itteħditilhom l-art li kienu jużaw biex jipprattikaw id-delizzju tagħhom? Jista' jara li jingħataw biċċa art flok li kienu jużaw qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-art in kwistjoni tifforma parti minn Ħal Far Industrial Estate, l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat. Madanakollu ninsab informat li qegħdin isiru diskussjonijiet bejn uffiċjali fis-Segretarjat Parlamentari u membri ta' l-għaqda biex tinstab soluzzjoni għall-problema li qed tiffaċċja din l-għaqda.

Djar — Tiswijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għandhiex xi skema għall-irranġar ta' postijiet li jkun tal-Joint Office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt l-Iskema 5 - Sussidju Fuq Xogħolijiet ta' Irranġar fi Djar Privati Li Huma Okkupati minn Inkwilini jew Ċenswalisti, residenti ta' postijiet amministrati mill-Joint Office jistgħu jikkwalifikaw biex japplikaw għal xogħolijiet ta' irranġar u titjib.
Leg 9 PQ #16896 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Sistema ta' l-elettriku

Question

B'riferenza għall-ħsarat li ġarrbu numru ta' residenzi fil-Fgura f'April li għadda, minħabba ħsarat fis-sistema ta' l-elettriku, jista' l-Ministru jgħid kemm familji għamlu talbiet għall-kumpens lill-Enemalta? Jista' jgħid fiex waslu dawn it-talbiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #16897 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jirċievi l-arretrati tat-taxxa, l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ħallas żejjed minħabba żball li sar dwar flus il-bank ta' ħaddieħor li dehru fuqu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-`taxpayer` allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #16898 Sitting 318 2000-06-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Distrett Nru. 2 — Twaħħil ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqija parlamentari numru 16551?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-bozoz ġodda li għadhom jitwaħħlu fit-Tieni distrett huma: Lokalita` Triq Fgura Triq il-Karmelitani Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma` Triq San Tumas Triq San Pietru Triq Mater Boni Consigli Isla Iż-Żoni ta` l-ipparkjar fi Pjazza Mitrovich Kalkara Triq Agostino Portelli Triq Melchiore de Robles Xgħajra Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja Triq il-Knisja Żabbar Triq id-Dukkar kantuniera ma` Triq San Franġisk Triq Erminia Cilia Abela kantuniera ma` Triq il-Qasam Industrijali Triq il-Baħrija Triq il-Kappuċċini ma` Triq Alessio Erardi Triq is-Sienja Pjazza San Nikola Triq il-Ficus kantuniera ma` Triq il-Mina ta` Hompesch Triq Ġanni Bonavia Huwa ppjanat li x-xogħol jitlesta sa l-aħħar ta` Lulju ta` din is-sena.

FAS — Konsulenti Irlandiżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti tagħrif lill-Kamra fuq x'tip ta' eżerċizzju qed jagħmlu l-konsulenti Irlandiżi FAS bħalissa fl-ETC? Kemm ilu għaddej dan l-eżerċizzju, liema oqsma ta' l-ETC qed jinvolvi, x'tip ta' konsultazzjonijiet qed isiru ma' l-istaff ta' l-ETC u meta se jiġi konkluż dan l-eżerċizzju? Il-FAS qed jingħataw wkoll ir-responsabbilta' li joħorġu bi proposti għal struttura organizzattiva ġdida fil-korporazzjoni? Jista' jgħid jekk dan l-eżerċizzju hux lest u jagħti tagħrif dwaru? F'każ li dan l-eżerċizzju għadu mhux lest, jista' jispjega kif ħarġet sejħa għal mili ta' post ta' konsulent għall-ippjanar u l-iżvilupp fil-korporazzjoni? Xi proċeduri ntużaw biex timtela' din il-vakanza u jekk hux se jkun hemm vakanzi oħra qabel ma jitlesta r-rapport tal-FAS? Ma jaħsibx li jkun aħjar li l-ewwel jitlesta r-rapport u mbagħad jiġu mimlija l-vakanzi l-ġodda u mhux viċe versa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt bil-miktub għal Mistoqsija Numru W160. L-eżerċizzju nbeda fi Frar 2000 u l-membri ta' l-istaff minn 'executives' 'l fuq ġew konsultati. Hi ħaġa naturali li din ir-reviżjoni fl-operat ta' l-ETC jista' jinkludi proposti għal tibdil fl-istruttura organiżżattiva. Ir-rapport finali tal-konsulenti Irlandiżi huwa mistenni sa l-aħħar ta' Lulju. Kien hemm aktar minn kariga waħda li għaliha saret sejħa għall-applikazzjonijiet interni u wara esterni skond kif jitlob il-ftehim kollettiv. Fil-każijiet kollha intalab il-parir tal-konsulenti Irlandiżi. Il-kariga li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant imtliet propju biex l-ETC ikollha persuna oħra kompetenti fit-tfassil ta' inizjattivi ta' mpjiegi u taħriġ u l-kitba ta' 'business plans'.

Djar — Xiri

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru under separate cover, u ilu joqgħod fil-fond indikat għal aktar minn 20 sena, jistax jixtri dan il-fond?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar hija informata li dan il-post hu fil-pussess tal-Gvern b'titolu ta' pussess u użu. Għaldaqstant it-talba għax-xiri tal-fond ma tkunx tista' tintlaqa'.
Leg 9 PQ #16890 Sitting 317 2000-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarbu ħabsin mill-CCF fis-sena 1999 sal-lum? Ta' liema nazzjonalita' kienu? Kemm dam maħrub kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1 ta` Jannar 1999, sal-15 ta` Ġunju 2000, kien hemm tlett okkażżjonijiet ta` ħrib mill-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin jew postijiet oħra korrettivi u dawn seħħew kif ġej : - * Fis-7 ta` Frar 2000 ħarbu żewġ priġunieri Maltin mis-S.A.T.U. li damu biex inqabdu madwar 110 siegħa. * Fid-29 ta` Marzu 2000 ħarbu erba` priġunieri - Tuneżin, żewġ Libjani u Malti. It-tlett stranġieri inqabdu wara 38 siegħa filwaqt li l-Malti inqabad wara madwar 40 siegħa. * Fis-7 ta` Ġunju 2000 ħarbu tlett priġunieri - Libjan u żewġ Maltin. Dawn damu biex inqabdu madwar 63 siegħa.

Fgura — Triq Hompesch - Ristrutturazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti għar-ristrutturazzjoni ta' Triq Hompesch, Fgura? Jekk fl-affermattiv, meta ħarġet u x'progress sar? Jista' jgħid ukoll meta se jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti biex Triq Hompesch, Fgura tinqala` u tinbena mill-ġdid ħarġet xhur ilu. Iż-żmien biex jgħalqu l-offerti kien is-7 ta` Diċembru 1999, u issa t-`tender` tinsab fil-fażi ta` l-aġġudikazzjoni għad-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħol jibda hekk kif il-kuntratt jiġi ffinaliżżat.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fit-Tieni Distrett Elettorali se jsiru mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din is-sena xogħolijiet fit-toroq ser isiru f`dawn il-lokalitajiet:- Fgura - Hompesch Road, Triq il-Koppla, Triq il-Pelikan, Triq l-Iskola, Triq Scicluna u Triq San Ġwann; Żabbar - Triq Villabete, Triq Oraldino, Bieb is-Sultan u Berebies; Senglea - Triq is-Sur; Tarxien - Triq Ġwann Mamo, Triq Fieres, Triq Burlo, Triq Kejka, Triq C. Saliba, Triq S. Spiteri, School Perimeter, Triq M. Vella u P-O Sorijiet; Xgħajra - Triq Mahoney, Triq Żabbar u New Street in Fortizza. Xogħolijiet oħra jsiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.

Impjiegi

Question

Peress li skond l-informazzjoni dwar ix-xogħol maħruġ mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika għax-xahar ta' April, fuq April 1999, jidher li kien hemm żieda ta' xi 300 impjieg mad-dipartiment tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid kemm eżattament daħlu mal-gvern u ma' liema dipartiment huma mqassma? Jista' jgħid ukoll minn liema lokal ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bormla — Triq il-Pelleġrinaġġ - Appartament

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir xi ħaġa dwar ħsarat kontinwi li qed ikollu l-lift fil-blokk appartamenti Ent. A, Blk A, Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla? Jista' jara li jsir xi ħaġa sabiex ir-residenti ta' dawn l-appartamenti ma jibqgħux joħorġu aktar flejjes għat-tiswijiet kontinwi f'dan il-lift? Jista' jgħid jekk dan il-lift hux kopert b'garanzija għat-tiswija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li skond ir-records tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ma jidhirx li waslu xi lmenti fuq 'lift' li ġie nstallat f'Ent A, Blokk A, Triq il-Pellegrinaġġ. Madanakollu, t-taqsima teknika fi ħdan l-istess dipartiment ser tagħmel spezzjoni fuq il-post indikat biex tinvestiga dwar l-imsemmija ħsarat.
Leg 9 PQ #16883 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali — Multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'multi minn meta beda s-servizz tal-gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn mindu beda s-servizz tal-Gwardjani Lokali sat-13 ta` Ġunju 2000 inġabru LM58,596 mill-multi tal-kontravvenzjonijiet.

ETC — Referrals/job placements

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru referrals u job placements minn Jannar 1999 sal-lum mill-uffiċċju reġjonali ta' l-ETC f'Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-uffiċċju reġjonali ta' l-ETC f'Bormla ġie miftuħ uffiċjalment f'28 t'April 1999. Minn Mejju 1999 sa Mejju 2000 in-numru ta' nies li ġew sottomessi għal xogħol minn dan iċ-ċentru kien ta' 4,055 għal xogħol full-time u 556 għal xogħol part-time. In-numru ta' nies li sabu xogħol minn dan iċ-ċentru kien ta' 96 għal xogħol full-time u 21 għal xogħol part-time.
Leg 9 PQ #16885 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għalqu fabbriki minn Settembru 1998 sal-lum? Kemm intilfu mpjiegi f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ghalqu hdax-il fabbrika. Nissuggerixxi li l-ahhar parti tal-mistoqsija ssir lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #16886 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda minn Settembru sal-lum? Kemm inħolqu mpjiegi f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi nfethu hamsa u tletin fabbrika gdida u kien hemm tmien estensjonijiet ta` progetti ezistenti. Nissuggerixxi li l-ahhar parti tal-mistoqsija ssir lill-Ministru kkoncernat.
Leg 9 PQ #16887 Sitting 316 2000-06-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet fejn qed jitħaddem is-servizz ta' gwardjani lokali? Liema huma dawk il-lokalitajiet li se jintroduċuhom fix-xhur li ġejjin? Meta se jkun obbligatorju, jekk hu l-każ, li kull lokal jipprovdi s-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-Gwardjani Lokali qed jitħaddem fil-lokalitajiet kollha ħlief f`dawn li ġejjin: - Valletta, Floriana, Marsa - Birżebbuġa, Kirkop, Luqa, Mqabba, Qrendi, Safi u Żurrieq - Birgu, Bormla, Fgura, Isla, Kalkara, Marsaskala, Xgħajra u Żabbar - Mtarfa - San Lawrenz u Xagħra Hu Maħsub li fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq, dan is-servizz jiġi ntrodott f`qasir żmien. L-ebda Kunsill Lokali m`hu obbligat li jintroduċi dan is-servizz.