Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir sabiex il-Malta Shipbuilding ikollhom aktar xogħol la jitlesta x-xogħol li hemm għaddej bħalissa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 16714, li kienet tittratta l-istess materja, waqt is-Seduta numru 312 tat-Tlieta 13 ta` Ġunju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk is-sidien ta' l-opri tal-baħar li għandhom l-irmiġġ tagħhom quddiem il-gabbani fix-xatt ta' l-Isla, humiex se jibqgħu jgawdu dan l-irmiġġ meta jsir il-proġett tal-marina?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li biex iseħħ il-proġett tal-Cottonera, l-Awtorita' Maritima tgħat id-dritt lill-Cottonera Waterfront Group biex tibni, topera, tiżvilupp u tikkontrolla l-Yacht Marina. Il-baħar quddiem il-gabbani fix-xatt ta' l-Isla jaqa' taħt din il-konċessjoni.
Il-Cottonera Waterfront Group huma, skond il-kuntratt, obbligati li jipprovdu faċilitajiet għal 150 frejgatina fl-istess Marina.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema skejjel statali ser isirilhom xogħol ta' manutenzjoni fis-sajf li ġej? Jista', f'kull każ, jgħid x'tip ta' xogħol ser isir?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurseries u kindergartens liċenzjati f'Malta? F'liema lokalita' qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Is-sezzjoni tan-Nurseries ma tidħolx fil-parametri ta' l-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) u għalhekk ma taqax taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Informat li n-numru ta' Kindergartens liċenzjati u l-lokalita` tagħhom hi kif ġej:
KINDERGARTENS FI SKEJJEL KINDERGARTENS FI SKEJJEL
TAL-KNISJA INDIPENDENTI
MALTA
LOKALITA` NUMRU LOKALITA` NUMRU
Balzan 1 Attard 2
B'Bugia 1 B'Bugia 1
B'Kara 1 B'Kara 2
Blata l-Bajda 1 Balzan 1
Cospicua 1 Gzira 1
Għargħur 1 Kappara 3
Gżira 1 Mdina 1
Ħamrun 1 Mosta 1
Lija 1 Msida 1
Luqa 1 Naxxar 1
Marsa 1 Paceville 1
Mġarr 1 Paola 2
Mosta 1 Pembroke 2
Msida 1 Qormi 1
Paola 1 Rabat 1
Qormi 1 San Ġwann 1
Qrendi 1 Sliema 3
Rabat 1 St Julians 2
San Ġwann 1 Żebbiegħ 1
Siġġiewi 1 Żebbuġ 1
Sliema 4
Paul's Bay 1 TOTAL 29
Sta Lucia 1
Valletta 1
Vittoriosa 1
Żabbar 1
Żebbuġ 2
Żejtun 1
TOTAL 32
GĦAWDEX
LOKALITA` NUMRU
Għasri 1
Kerċem 1
Nadur 1
Qala 1
Victoria 2
Xagħra 1
TOTAL 7
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-policies meta kunsill lokali jkun jixtieq li jitneħħew xi siġar mil-lokal?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minħabba l-varjeta' ta' siġar, is-siti differenti fejn jinsabu w iċ-ċirkustanzi partikulari għal kull każ, il-proċedura għal talbiet għal qlugħ ta' siġar hija li min jixtieq jagħmel dan jagħmel talba lill-Planning Authority kif ukoll lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, u dawn iż-żewġ entitajiet jikkonsidraw kull talba skond il-merti tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Cottonera Rehabilitation Committee? Jista' l-Ministru jgħid x'remunerazzjoni tingħata lill-membri tal-CRC?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17128 (Seduta 320).
Ma tingħata l-ebda remunerazzjoni lill-membri tal-Cottonera Rehabilitation Committee.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li ser jingħata bidu għax-xogħol fuq il-proġett tal-kumpless sportiv tal-Kottonera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni fuq il-proġett tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ġiet sottomessa lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fil-bidu ta' Marzu. Diġa' saret is-'site investigation' u mistenni li x-xogħol ta' l-iskavar jibda f'Ottubru 2000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux kull distrett għandu supretendent tal-pulizija? Jekk f'xi każ ir-risposta hija fin-negattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni wara dan in-nuqqas?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna tirreġistra għax-xogħol tkunx eliġibbli għal pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna mhix prekluża milli tirreġistra waqt li tkun qed tirċievi Pensjoni għal Min Jirtira jew xi pensjoni għar-Romol, iżda hija prekluża li persuna tirreġistra waqt li tkun qed tirċievi xi pensjoni għal Invalidita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-sejħa għal supervisor mal-beach cleaners, saret minn Settembru 1998 sal-lum? Kemm applikaw f'kull każ? Mil-liema lokalita' kien kull applikant? Kemm ingħataw il-grad ta' supervisor? Minn liema lokal kienu dawk magħżula?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda sejħa għal 'supervisor' mal-'Beach Cleaners'.
Peress illi f'Malta s'issa għad mhux qed jiġi organizzat kors li jwassal għal Dottorat fil-Mediċina Veterinarja u għaldaqstant studenti b'xewqa li jsegwu din id-dixxiplina qed ikunu kostretti illi jsiefru a spejjeż tagħhom u tal-ġenituri tagħhom meta ma jkunux ingħataw xi forma ta' għajnuna jew scholarship, jista' l-Ministru ġentilment jikkonsidra illi dawn l-istudenti, li huma ftit fin-numru, jingħataw xi forma ta' stipendju/għajnuna finanzjarja mill-gvern?
Jista' jikkonferma li a bażi tal-kostituzzjoni tagħna, partikolarment kapitlu 2, artiklu 11(1)+(2), imsaħħin bil-kliem "fondamentali għall-iggvernar tal-pajjiż f'artiklu 21 ta' l-istess kapitlu, għandu f'konsultazzjoni mal-kabinett, jirrakkmanda illi dawn l-istudenti tal-Mediċina Veterinarja, illi kieku kien hawn kors f'Malta, kienu jikkwalifikaw biċ-ċertifikati li għandhom, jingħataw "kontribuzzjonijiet lill-familji" jew "toroq ta' studju" kif hemm f'art. 11 (2) biex jilħqu l-ogħla modi ta' edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
It-talba fil-Mistoqsija diġa' qed tiġi konsidrata għall-implikazzjonijiet tagħha.