Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17217 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm tħallsu f'liċenzji fuq opri tal-baħar matul is-sena 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 1999, l-ammont li nġabar f`liċenzji fuq l-opri tal-baħar kien ta` Lm196,191.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ħwienet li biex ikollhom permess tal-pulizija jridu jkollhom il-firem tal-ġirien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija titlob il-kunsens tal-ġirien, meta tkun qed tiġi proċessata talba għall-liċenzja ta` bejgħ ta` inbid, birra, jew xorb alkoħoliku. Dan jintalab ukoll f`każ ta` liċenzji għal xi sengħa jew negozju li jistgħu jdejqu lill-ġirien.
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta l-permess oriġinali ta' ħanut jintilef, jiġifieri la s-sid u lanqas l-awtoritajiet ma jkollhom il-kopja oriġinali, u kif jista' jinħareġ permess oriġinali ieħor?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li liċenzja oriġinali toħroġ darba biss. Jekk liċenzja tintilef tista` ssir talba għall-ħruġ ta`
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri fil-każ li liċenzja ta' ħanut tiġi kkanċellata u l-awtoritajiet jinjorawha u jibqgħu joħorġu din il-liċenzja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li persuna li f`isimha jkollha liċenzja, tista` tavża lill-Kummissarju tal-Pulizija li ma tkunx ser tagħmel użu aktar minn dik il-liċenzja u titlob li tkun kanċellata. Normalment isiru verifiki li l-post indikat fil-liċenzja, fil-fatt ma jkunx qed jintuża għan-negozju u l-liċenzja tiġi kanċellata. Naturalment jekk ikun hemm xi ħlas dovut b`lura dan ikun irid jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kull applikazzjoni għal permessi ta' bars u/jew restaurants li hawn f'Malta u f'Għawdex, minbarra fl-għases tad-distrett, ikunux ukoll reġistrati fil-headquarters tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li b`effett mill-1 ta` Ġunju 1985, applikazzjonijiet għall-liċenzji ta` negozju maħruġa mill-Pulizija, bdew jintlaqgħu u jkunu proċessati minn uffiċċju ċentrali, fejn naturalment ikunu rreġistrati. Fil-każ ta` Għawdex, dawn baqgħu jsiru fl-Għassa tar-Rabat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-records tal-permessi tal-ħwienet kollha jinżammux fil-headquarters tal-pulizija? Jekk fl-affermattiv, minn liema sena ilhom jinżammu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar liċenzji ta` negozju maħruġa mill-Pulizija, beda jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija b`effett mill-1 ta Jannar, 1997.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx tfal ta' ċittadini Maltin li jattendu l-iskola li tinsab fil-kumpless tal-Moskea ta' Kordin? Dawn iħallsu xi miżati? Il-Ministru jaf li l-għalliema hemm huma mħallsin salarju ogħla minn dak ta' l-għalliema tal-Gvern? Billi dan il-post igawdi l-immunita' diplomatika, l-ispetturi ta' l-iskejjel tal-gvern għandhom id-dritt li jidħlu u jagħmlu spezzjoni? Min jiffinanzja dik l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed minn meta waslitli l-mistoqsija biex jinġabar it-tagħrif mitlub, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel f'Malta li huma proprjeta' ta' barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond il-lista ta' skejjel indipendenti (Non-State Schools) li tinżamm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, ma jirriżultax li hemm skejjel ta' dan it-tip li huma porprjeta` ta' barranin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'se jsir u meta minn erba' appartamenti ġebel u saqaf li hemm f'Sur Santa Liena, Bormla, li ilhom hekk għal xi għaxar snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ser tohrog sejha ghall-offerti biex isiru alterazzjonijiet f'dawn l-erba' fondi u biex jitkomplew ghall-'finished state'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet fl-aħħar sejħa għall-gwardjani tal-ħabs? Kemm intagħżlu? Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` applikazzjonijiet fl-aħħar sejħa għall-gwardjani tal-Ħabs kien ta` 199. Minn dawn, wara l-eżami mediku u l-interview, intgħażlu 56.
Minn dawn il-56 applikant ġew imsejħa biex jibdew il-kors ta` taħriġ skond is-sejħa ta` l-applikazzjoni, 20 minnhom naqsu li jattendu. Għaldaqstant in-numru li qegħdin jitħarrġu huwa ta` 36. Dawn ġejjin mill-lokalitajiet skond kif jidher hawn taħt : -
Ħamrun 1 Qormi 1 Paola 6
Rabat 1 Gudja 1 Senglea 1
Marsa 2 Żejtun 2 B`Bugia 4
Gżira 1 Valletta 1 Luqa 3
Qrendi 4 Sliema 1 B`Kara 1
Safi 1 Kirkop 1 Kalkara 2
Fgura 1 Iklin 1
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk is-sidien ta' l-opri tal-baħar li għandhom l-irmiġġ tagħhom quddiem il-monument tal-Ħelsien il-Birgu, humiex se jibqgħu jgawdu dan l-irmiġġ meta jsir il-proġett tal-Marina?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li biex iseħħ il-proġett tal-Kottonera, l-Awtorita` Marittima tagħt id-dritt lill-Cottonera Waterfront Group biex tibni, topera, tiżviluppa u tikkontrolla l-Yacht Marina. Il-baħar quddiem il-monument tal-Ħelsien fil-Birgu jaqa` taħt din il-konċessjoni.
Il-Cottonera Waterfront Group huma, skond il-kuntratt, obbligati li jipprovdu faċilitajiet għal 150 frejgatina fl-istess Marina.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk is-sidien ta' l-opri tal-baħar li għandhom l-irmiġġ tagħhom quddiem il-club tar-regatta ta' Bormla, humiex se jibqgħu jgawdu dan l-irmiġġ meta jsir il-proġett tal-Marina?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li biex iseħħ il-proġett tal-Cottonera, l-Awtorita` Marittima tagħt id-dritt lill-Cottonera Waterfront Group biex tibni, topera, tiżviluppa u tikkontrolla l-Yacht Marina. Il-baħar quddiem il-klabb tar-Regatta ta` Bormla jaqa` taħt din il- konċessjoni.
Il-Cottonera Waterfront Group huma, skond il-kuntratt, obbligati li jipprovdu faċilitajiet għal 150 frejgatina fl-istess Marina.
Jista' l-Ministru jara illi l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li applika f'April 1998, għaċ-ċittadinanza Maltija jingħata din iċ-ċittadinanza? (OPM/EXP/24/98)
Dan miżżewweġ Maltija u ilu joqgħod Malta ħames snin u aktar.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li għamlet il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma ġietx milqugħa u l-persuna konċernata ġiet infurmata b`din id-deċiżjoni permezz ta` ittra bid-data tal-25 ta` April 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jitħallsu dazji/levies/taxxi fuq birra importata?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati ta` dazji\levies\taxxi fuq birra importata huma hekk;
IMPORT DUTY EXCISE DUTY LEVY VAT
24% Nil Lm0.25 per litre 15%
M`hemmx `import duty` fuq birra ta` origini Europeja.