Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18195 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tapplika għal substitute f'ħanut tax-xorb? Meta jkun il-każ, kemm idum mill-applikazzjoni sabiex joħroġ dan il-permess ta' substitute?

Response (BORG, TONIO)

B`żieda mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18192 f`din l-istess Seduta, ninsab infurmat illi liċenzja ta` substitute toħroġ jew tkun rifjutata wara li tkun ġiet proċessata. Ta` min wieħed hawnhekk isemmi illi b`effett mill-1 ta` Ġunju 2000 bdew iseħħu r-Regolamenti ta` ta` Liċenzji tal-Pulizija, li jirregolaw il-mod u ż-żmien ta` kif applikazzjonijiet għal xi liċenzja għandhom jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #18196 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħwienet tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jingħata permess għal extension of time għal ħanut tax-xorb fl-abitat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fl-ipproċessar għal talbiet sabiex ħanut tax-xorb jibqa` miftuħ wara l-11.00p.m., jintalab il-kunsens tal-ġirien. Fil-każ li jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien, jintalab il-parir tal-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #18053 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dwal

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17225, fejn staqsejt lill-Ministru sabiex jiġi rranġat id-dawl li hemm fil-qasam tad-djar HOS Santa Liena, Bormla, u fit-tweġiba qal li t-talba ġiet mgħoddija lill-Enemalta, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir għax issa dawn in-naħat ilhom fid-dlam għal ħafna żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta, jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li għamlet, jirriżulta li l-manutenzjoni meħtieġa fuq id-dawl fl-inħawi tal-Qasam tal-Djar, Sur ta' Santa Liena, Bormla tkun tista' ssir wara li jitlesta x-xogħol li qed isir fuq is-swar.
Leg 9 PQ #18055 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabiliation Committee

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17494?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-flus minfuqa fil-Kottonera, sena b'sena u fuq liema proġetti, huma kif ġej: SENA NEFQA PROĠETTI TOTALI ------------------------------------------ --------------------------------1994 Lm232,305. Ix-Xatt tal-Birgu; ix-Xatt ta' l-isla 1995 Lm 95,263. Ix-Xatt ta' l-Isla; Estensjoni u xogħlijiet biex jiġi msebbaħ il-Promenade ta' l-Isla; Tiswija fil-Moll tal-Kalkara; Xogħol ta' manutenzjoni fil-Fortini, Birgu. 1996 Lm100,725. Xogħol fi Pjazza Santa Margerita; Xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Kalkara u l-Iskall tal-Kalkara; Xogħlijiet fix-Xatt u l-Promenade ta' l-Isla; Xogħol fl-Iskall tal-Birgu; Xogħlijiet fil-Forti Sant'Anġlu, l-Birgu; Xogħlijiet fil-Fortini, Birgu. 1997 Lm114,641. Twaqqiegħ u bini mill-ġdid tal-'Bell Tower' tal-Knisja ta' San Ġiljan, l-Isla; Xogħol ta' pavimentar fi Triq Juan B Azzopardi, l-Isla; Xogħlijiet fi Triq Santa Skolastika, l-Birgu; 'Resurfacing' u xogħlijiet ta' titjib ambjentali f'Collachio Area, l-Birgu; Tibdil tas-saqaf fl-'Auberge de France'; Pavimentar bil-konkrit fix-Xatt tal-Birgu; Kostruzzjoni ta' 'Parking Areas' f'Tal-Ħawli Housing Estate, il-Birgu; Xogħlijiet ta' manutenzjoni lis-swar ta' Santa Margherita; Xogħlijiet fi Pjazza Santa Margherita; Xogħlijiet fl-iskall tal-Kalkara. 1998 Lm104,110. Xogħol ta' Riabilitazzjoni ta' 'Couvre Porte', il-Birgu; Restawr fl-Auberge de France, il-Birgu; Xogħlijiet ta' restawr fis-sur ta' Sant'Elena, Bormla; Xogħlijiet f'St Nicholas Married Quarters, Bormla; Xogħlijiet ta' restawr fil-Mina ta' Għajn Dwieli; Xogħol ta' rikostruzzjoni tal-'Bell Tower' tal-Knisja ta' San Ġiljan, l-Isla; Xogħlijiet ta' restawr f'Bighi Complex u Fort Rinella, l-Kalkara; Riabilitazzjoni ta' l-Uffiċini tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera. 1999 Lm 77,472. Pavimentar ta' Pjazza Santa Margherita, Bormla; Xogħlijiet fis-Sur ta' Santa Margherita, Bormla; Pavimentar quddiem id-Dar ta' l-Anzjani, Bormla; 'Information Signs' fil-Birgu; Birgu Fest (Attivita' Kulturali) fil-Birgu; Xogħol fuq il-Gardjola, l-Isla; 'Railing' fil-Bajja tar-Rinella, l-Kalkara; Bini ta' ċint f'Għajn Dwieli.
Leg 9 PQ #18141 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Belt Valletta - Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni li karozzi mingħajr liċenzja mħallsa biex tidħol il-Belt ma jistgħux aktar jgħaddu mid-dawra tal-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kienx hemm tibdil minn naħa tal-Pulizija li vetturi mhux liċenzjati sabiex jidħlu l-Belt ma jistgħux jgħaddu mid-dawra tal-Belt.
Leg 9 PQ #18142 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Playschool — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu meħtieġ sabiex jingħata permess ta' playschool?

Response (GALEA, LOUIS)

Issir applikazzjoni għal-liċenza ta' skola skond l-Att dwar l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #18143 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kordin — Moskea - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17475?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: a) Fl-iskola li tinsab fil-kumpless tal-Moskea ta' Kordin, hemm tfal ta' ċittadini Maltin. b) Il-miżati huma mħallsa minn Għaqda Filantropika. c) Din l-iskola, bħal kull skola oħra indipendenti, għandha dritt tirregola s-salarju ta' l-għalliema tagħha, liema salarju jkun jista' jkun ogħla minn dak ta' għalliema tal-Gvern. d) Il-Komunita` Musulmana tiffinanzja l-ispejjeż ta' din l-iskola. e) L-iskola ma' tgawdix l-immunita` diplomatika. Hi ġiet liċenzjata skond il-proċedura normali li tintuża fil-każ ta' Skejjel Indipendenti bid-drittijiet u doveri li joħorġu mill-Att ta' l- Edukazzjoni (1988) u mill-Avviż Legali pertinenti għall-Edukazzjoni f'Malta. Hekk p.e. l-għalliema kollha huma kkwalifikati (bil-warrant) kif ukoll il- Kindergarten Assistants għandhom it-taħriġ professjonali meħtieġ. Is-suġġetti li huma mgħallma jaqblu mal-Kurrikulu Nazzjonali. Għaldaqstant l-ispetturi ta' l-Iskejjel tal-Gvern għandhom dritt iżuru din l-iskola kif fil-fatt jagħmlu skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #17737 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dottorat fil-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' konsiderazzjoni waslet it-talba magħmula b'interpellanza numru 17124?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ta' Malta bħalissa ma toffrix kors fil-Mediċina Veterinarja. Hemm bosta suġġetti oħra li l-Universita` ma toffrix korsijiet fihom. Mhux possibbli li l-Universita` toffri l-korsijiet fis-suġġetti kollha immaġinabbli li wieħed ikun jixtieq isegwi. Naturalment kulħadd jista' jagħżel liema suġġett jixtieq jistudja iżda bħal kull għażla oħra fil-ħajja, kollox għandu l-prezz tiegħu. L-istudenti jafu liema korsijiet jistgħu jsegwu fl-Universita` tagħna fejn ma jħallsu xejn. L-għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti fil-livell Post-Sekondarju jew fl-Universita` huma ggvernati mill-Avviż Legali 162 ta' l-1999 u mhux l-istudenti kollha li jattendu l-Universita` jieħdu dawn l-għotjiet jekk ma jissodisfawx il-kwalifiċi ta' dan l-Avviż Legali. Dan l-Avviż Legali jispeċifika li "Dawk l-istudenti 'full-time' li jkomplu l-kors ta' studji tagħhom jew parti minnu barra l-pajjiż, taħt skemi approvati mill-Ministru, ikomplu jkunu ntitolati għal għotja ta' manteniment għal studenti. Barra minn dan l-Iskeda li hemm mar-Regolamenti tkompli tispeċifika li l-korsijiet li għalihom għandha tingħata Għotja ta' Manteniment huma dawk il-korsijiet "full-time li jwasslu għal Diploma, Degree, LL.D. u M.D. offruti mill-Universita` ta' Malta skond l-istatuti tagħha." L-Artiklu tal-Kostituzzjoni li għalih għamel riferenza l-Onor. Membru fit-tieni parti tad-domanda tiegħu, qatt ma kien u ma jistgħax ikun interpretat kif qed jissottometti hu. Il-pajjiż dejjem għaraf u wettaq l-obbligu tiegħu li jipprovdi edukazzjoni sa l-ogħla livell lil studenti kapaċi u meritevoli. L-Istat dan jagħmlu mhux biss billi joffri edukazzjoni b'xejn fl-iskejjel tiegħu, imma wkoll kif tipprovdi l-Kostituzzjoni, permezz ta' scholarships u provvedimenti oħra. Nassigura lill-Onor. Membru li kieku l-Gvern kellu jagħti xi forma ta' stipendju/għajnuna finanzjarja lil dawk l-istudenti kollha li jagħżlu li jmorru jistudjaw barra 'l pajjiż, in-numru tagħhom ma jibqax żgħir kif qed jissoponi l-interpellant.
Leg 9 PQ #17737 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dottorat fil-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju ta' konsiderazzjoni waslet it-talba magħmula b'interpellanza numru 17124?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

Dipartiment tal-liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex fid-dipartiment fejn isir il-ħlas tal-liċenzja tas-sewqan, meta jsir nofsinhar u jingħalqu l-bibien biex ma jsirx aktar ħlas ta' liċenzji, għallinqas jinqdew dawk li jkunu fil-queue?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pubbliku li jmur fid-Dipartiment qed ikun infurmat bis-sitwazzjoni, madankollu ser nara x`jista` jsir biex din il-problema tissolva.

Dipartiment tal-Liċenzji — Skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal-Liċenzji hemmx nuqqas ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, x'se jsir sabiex is-sitwazzjoni titranġa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ser jittieħdu passi mal-`Management & Personnel Office` tal-uffiċju tal-Prim Ministru biex il-vakanzi li hemm fid-Dipartiment jimtlew.
Leg 9 PQ #17741 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi ħsieb sabiex min għandu art li kienet tal-Knisja u llum għandu l-bini fuqha, u hija b'ċens perpetwu rivedibbli wara 100 sena, (bi stima ta' perit), li jkun jista' jibbenefika minn xi skema sabiex iċ-ċens ikun jista' jinfeda?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ġie nnotat u ser ikun ikkunsidrat flimkien ma` oħrajn li diġa` saru.
Leg 9 PQ #17742 Sitting 339 2000-07-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Card phone box

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal card phone box fi Triq San Franġisk kantuniera ma' Triq Wiġi Rosato, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Maltacom ser tiddiskuti mal-Kunsill Lokali ta` Bormla biex jinstab post adattat ghal din il-cardphone.
Leg 9 PQ #17530 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Scientology

Question

Jaf il-Ministru li l-gvern preċedenti għamel oġġezzjoni li tinfetaħ skola mis-scientology għar-raġuni li żewġ sistemi ta' edukazzjoni bi prinċipji u sistemi ta' valuri ideoloġiċi totalment differenti joħolqu qasma fit-tessut soċjali? Ma jidhirlux il-Ministru li din l-istess qagħda hija applikabbli għas-Soċjeta' tas-Sejħa Islamika li qed tmexxi skola fil-kumpless ta' Kordin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn stħarriġ li sar fir-Registry tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma rriżultax li xi darba saret xi talba għal-liċenzja ta' skola f'isem Scientology u għaldaqstant ma nistgħux ngħidu minn min setgħet saret. Konsegwentement ma jirriżultax kif saret l-oġġezzjoni msemmija u lanqas nistgħu nkunu nafu għal liema raġunijiet speċifiċi ġiet irrifjutata din il-proposta ta' skola ġdida bl-isem ta' Scientology, kif allegatament qed jingħad. Barra minn hekk informat ukoll li kull talba għal Liċenzja ta' Skola tiġi studjata fuq il-merti tagħha. Din l-evalwazzjoni tħaddan ħafna aspetti u konsiderazzjonijiet li jridu jaqblu mal-kundizzjonijiet preskritti għall-għoti ta' kull liċenzja e.g. premises adatti, livell ta' tagħlim adekwat, kwalifiki tal-Kap ta' l-iskola u ta' l-istaff, ethos jew filosofija aċċettabbli ta' l-iskola, konformita` mal-kurrikulu nazzjonali u dawk ir-rekwiżiti li joħroġu mill-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) u mill-Avviżi Legali pertinenti għall-għoti tal-Liċenzja. Nassigura lill-Onor. Membru li l-Iskola partikolari li għaliha qed jagħmel riferenza ssodifat dawn ir-rekwiżiti u għadha konformi magħhom.
Leg 9 PQ #17567 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Għoli tal-Ħajja — Lm10 tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-familja, li dettalji tagħha qed jidhru separatament, ser tirċievi ċ-cheque tal-ħobż dovut lilha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tat-Teżor, irriżulta li fil-15 ta` Frar ta` din is-sena inħareġ `Cheque` għall-valur ta` Lm40 indirizzat lill-familja msemmija bħala kumpens ta` Lm10 lil kull persuna kif kien imħabbarfl-aħħar Budget. Kien biss reċentament li sar magħruf illi, għal xi raġuni jew oħra, dan iċ-`cheque` baqa` ma wasalx fid-destinazzjoni tiegħu. Għaldaqstant id-Dipartiment ħa l-passi neċessarji sabiex inħareġ `Cheque` ġdid datat 30 ta` Ġunju 2000 għall-istess valur ta` Lm40 biex jieħu post iċ-`Cheque` oriġinali li kien baqa` ma ssarrafx.
Leg 9 PQ #17568 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajn Dwieli — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat id-dawl li hemm fin-niżla ta' Għajn Dwieli?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #17486 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda ta' bars f'Malta u Għawdex, lokal lokal, bejn l-1980 u l-1990?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Leg 9 PQ #17487 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq il-Ġdida - Bozza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17118, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-investigazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt il-manutenzjoni mehtiega fuq il-bozza li ghaliha qed issir riferenza diga` saret.
Leg 9 PQ #17492 Sitting 334 2000-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17221?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-lista ta' skejjel li ser issirilhom manutenzjoni matul Lulju, Awissu u Settembru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.