Jista' l-Ministru jserraħ ras il-Kumitat Regatta, Bormla u l-partitarji li l-club tagħhom mhux se jittieħed minn wieħed mill-consortia nvolut fil-proġett tal-Cottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-club tar-Regatta, Bormla mhuwiex parti mill-art li ġiet mgħoddija lill-Consortia nvoluti fil-proġett tal-Kottonera. Dan ma jipprekludix lill-Kumitat ta' dan l-istess Club li jagħmel dawk id-diskussjonijiet li jkun jixtieq jagħmel mal-Consortia biex jara jridx volontarjament jilħaq ftehim ma' l-istess Consortia li xorta pero' jrid jissalvagwardja illi l-Club ikollu l-faċilitajiet li jħoss li għandu bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid meta Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu, Fgura, ser tingħata kisja tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jrriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li Triq Papa Alessandru, Zabbar ser tingħata kisja tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 14368, jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva ta' dak li ntefaq s'issa għaċ-Ċentru għar-Restawr Bighi u każ b'każ tingħata n-nefqa li saret?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-infieq li sar direttament miċ-Ċentru ta' Malta għar-Restawr f'Bighi sat-30 ta' Ġunju 2000 laħħaq is-somma ta' madwar Lm526,000. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija napprezza jekk l-Onor. Membru jippreċiża x'jifhem bil-frażi "każ b'każ" biex inkun nista' nikkonsidra x'tagħrif għandi nitlob.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17737?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita` ta' Malta bħalissa ma toffrix kors fil-Mediċina Veterinarja. Hemm bosta suġġetti oħra li l-Universita` ma toffrix korsijiet fihom. Mhux possibbli li l-Universita` toffri l-korsijiet fis-suġġetti kollha immaġinabbli li wieħed ikun jixtieq isegwi.
Naturalment kulħadd jista' jagħżel liema suġġett jixtieq jistudja iżda bħal kull għażla oħra fil-ħajja, kollox għandu l-prezz tiegħu. L-istudenti jafu liema korsijiet jistgħu jsegwu fl-Universita` tagħha fejn ma jħallsu xejn.
L-għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti fil-livell Post-Sekondarju jew fl-Universita` huma ggvernati mill-Avviż Legali 162 ta' l-1999 u mhux l-istudenti kollha li jattendu l-Universita` jieħdu dawn l-għotjiet jekk ma jissodisfawx il-kwalifiċi ta' dan l-Avviż Lrgali.
L-Artiklu tal-Kostituzzjoni li għalih għamel riferenza l-Onor. Membru fit-tieni parti tad-domanda tiegħu, qatt ma kien u ma jistgħax ikun interpretat kif qed jissottometti hu. Il-pajjiż dejjem għaraf u wettaq l-obbligu tiegħu li jipprovdi edukazzjoni sa l-ogħla livell lil studenti kapaċi u meritevoli. L-Istat dan jagħmlu mhux biss billi joffri edukazzjoni b'xejn fl-iskejjel tiegħu, imma wkoll kif tipprovdi l-Kostituzzjoni, permezz ta' scholarships u provvedimenti oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li l-ETC qed titlob għal vakanzi ta' messaġġiera maċ-Ċivil?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi skond il-Ftehim li hemm ma l-Unions, ir-reklutaġġ tal-messaġiera fis-Servizz Pubbliku isir wara sejħa għall-applikazzjonijiet minn fost uffiċjali pubbliċi fi skala ta' salarju mhux ogħla minn Skala 17. Għalhekk mhux minnu dak li qed isaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kuntratti ta' l-istaff tan-nurses barranin, li bħalissa huma mpjegati mad-dipartiment tas-saħħa, m'humiex se jiġu mġedda, kif diġa' ġara fil-każ ta' nurse Ingliża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-kuntratti ta' nfermiera barranin li bħalissa huma mpjegati mad-Diviżjoni tas-Saħħa qed jiġu mġedda dejjem jekk l-impjegat ikun ta' servizz sodisfaċenti u skond il-ħtiġijiet tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tkunx f'pożizzjoni li toħroġ permess ta' ħanut tax-xorb mingħajr ma kellu n-neighbours' consent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fejn ma jkunx hemm il-kunsens tal-ġirien meta ssir applikazzjoni għall-liċenzja ta` ħanut tax-xorb, jintalab il-parir tal-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk permess ta' ħanut li ma jkollux numru ta' reġistrazzjoni tal-liċenzja u lanqas numru ta' riferenza hux validu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali ma joħroġx liċenzji tal-ħwienet. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li persuni li jkunu fuq il-biċċa magħrufa bħala s-simenta fil-bajja tar-Rinella, u jkunu hemm bil-vetturi tagħhom, intalbu biex ma jmorrux aktar hemm għax ser ikun hemm xogħol ta' kostruzzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi tieħu l-pulizija meta ssib li permess ta' ħanut tax-xorb ma għandux in-neighbours' consent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`każ li jkun hemm oġġezzjoni mill-ġirien għall-operat ta` ħanut, jintalab il-parir tal-Bord ta` Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru minn Jannar sal-lum xahar xahar? X'kienu r-raġunijiet u minn liema lokal kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk deċiżjoni tkunx imposta jew rakkmandata lill-pulizija meta t-tribunal ta' l-appelli dwar il-liċenzja tal-pulizija jkun ħa deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċedura li tirregola d-deċiżjonijiet tat-Tribunal ta` Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija hija dik stipulata fir-Regolamenti ta` l-1991 dwar Proċeduri rigward Liċenzji tal-Pulizija. It-Tribunal ta` l-Appell ukoll bħat-Tribunal tal-Liċenzji fi prima stanza, jagħti pariri lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux raġunijiet, u jekk fl-affermattiv x'inhuma, meta l-pulizija tista' żżomm milli toħroġ permess għal substitute f'ħanut tax-xorb?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi liċenzji ta` substitutes fi ħwienet tax-xorb huma regolati bir-Regolamenti dwar Ħwienet għall-Bejgħ ta` l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi (Liċenzji, Bon Ordni u Diċenza Pubblika).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx bżonn li tkun infurmata l-ETC meta xi ħadd japplika bħala substitute f'ħanut tax-xorb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta persuna tapplika bħala "substitute" ifisser li dik il-persuna ser tagħmel xi xogħol f' xi ħanut partikolari. Allura jkun hemm bżonn li dik il-persuna tinforma lill-ETC bħal kull persuna oħra li tagħmel kwalunkwe tip ta' xogħol ieħor.
Jista' l-Ministru jara li tkun irranġata l-bozza li hemm fuq il-bieb 4, blk 11, Triq J. Pace, Bormla, għax l-ilmenti tal-ġirien huma li din titfi u tixgħel?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.