Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, xahar b'xahar minn Jannar 2000 sa Awissu, 2000? Fejn kienu l-postijiet allokati? Minn fejn kienu l-persuni li ġew allokati dawn il-postijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni tul din is-sena li ma baqgħux eliġibbli li jirċievu l-benefiċċju magħrufa bħala tar-relief? Minn liema lokalita' kienu? X'kienu l-kawżi f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 2000 kien hemm 1,701 persuna li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali u li ma baqgħux aktar eliġibbli. Ir-raġunijiet ikunu varji, per eżempju, il-kap ma baqgħax jirreġistra għax-xogħol, omm li mhix miżżewġa tiżżewweġ eċċ.
Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li tiddentifika r-raġunijiet għaliex twaqqfet l-Assistenza Soċjali u minn liema lokalitajiet kienu ġejjin.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ma rċevewx il-benefiċċju magħruf bħala għajnuna supplimentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni li din is-sena għadhom ma rċevewx l-Allowance Supplimentari minħabba xi raġuni jew oħra, huwa ta' 186.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li nqatgħalhom l-benefiċċji magħruf bħala tal-mard tul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għadd ta' persuni li din is-sena nqatgħatilhom l-Assistenza Medika minħabba xi raġuni jew oħra, huwa ta' 1,508.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm li jsir minn Villa Portelli, Kalkara meta l-MDC joħorġu minn hemm?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali dwar x`użu ser isir minn Villa Portelli, meta din tiġi mbattla mill-MDC. Dan peress illi l-istess MDC għadhom ma nfurmawx lid-Dipartiment bid-data ta` meta ser jitilqu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li ma ngħatawx rċevuta tal-VAT mid-dħul tagħha mill-ġdid? F'liema kategorija ta' negozju kien kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu mitlub mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni, sabiex jinħareġ permess ta' nursery?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' kelli okkażjoni nwieġeb mistoqsija simili numru 17211, Seduta 324, informat li s-sezzjoni tan-Nurseries ma tidħolx fil-parametri ta' l-Att ta' l-Edukazzjoni (1988) u għalhekk ma taqax taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal transfers minn għalliema minn Jannar, 2000 sal-lum? F'liema lokalita' qed jgħallmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mill-iskejjel Sekondarji, Junior Lyceums, Skejjel tas-Snajja' u Skejjel Primarji ta' l-Istat saru 277 talba għal transfers minn għalliema.
Il-lista tal-lokalita` fejn qed jgħallmu dawn l-għalliema ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li t-talbiet għal transfers fl-iskejjel post sekondarji li saru minn Jannar 2000 sal-lum kienu 7.
Il-lokalitajiet fejn kienu qed jgħallmu dawn l-għalliema huma kif ġej:
Numru ta' Lokalita` ta' l-Iskejjel
talbiet għal
transfers
6 Paola (Corradino Post Secondary Complex)
1 Ħamrun Education Broadcasting Centre).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni nqatgħu minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru minn Jannar sal-lum xahar xahar? X'kienu r-raġunijiet u minn liema lokal kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Lulju ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il-fond Nru. 5, Triq San Mark, Bormla, ma jibqax jintefa' ħmieġ u mbarazzaz fih peress li qed ikun hemm invazzjoni ta' ġrieden?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li dan il-fond aktarx mhuwiex tal-Gvern. Madanakollu ser nirreferi l-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga. Naturalment jekk il-post hu privat u mhux affettwat minn xi prożett ta' Slum Clearance id-Dipartiment ma jkollux x'jaqsam mal-każ.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni għaliex Dr Mario Grixti li jaħdem fil-qasam tal-Onkoloġija ġie mneħħi mill-Isptar Boffa biex illum qiegħed fil-klinika tal-Gżira, u dan qed jikkaġuna ħafna ilmenti mill-pazjenti li kellu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li nies mid-dipartiment ta' l-ambjent, qed jieħdu l-papri li hemm fil-Magħluq, Wied il-Għajn? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'qed isir minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Magħluq ta' Marsascala hu riserva naturali ta' valur ekoloġiku, rikreattiv u edukattiv.
Sfortunatament matul dawn l-aħħar snin, f'dan il-post intefa' kull xorta ta' skart. Barra minn hekk, għadd ta' papri ġew abbandunati f'dan il-post minn persuni mhux magħrufa. Biż-żmien, dawn il-papri żdiedu tant li barra li komplew iħammġu l-post, kienu sau wkoll ta' theddida għas-saħħa pubblika kif ukoll ta' dannu għall-ekoloġija tal-post.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent beda xogħol ta' tindif biex dan il-post jerġa' jkun attrazzjoni għar-residenti u għal dawk li jżuru Marsascala.
It-teħid tal-papri hu parti mix-xogħol ta' tindif li qed isir fil-Magħluq.
Il-papri li jitneħħew mill-Magħluq qegħdin jittieħdu f'razzett taħt is-sorveljanza tad-dipartiment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jiċħad jew jikkonferma jekk hux se jkun hemm talba għal ħlas lura rigward relief jew benefiċċji oħra li jkun tħallas wara li qed jirriżulta mill-investigazzjonijiet li qed jagħmel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li persuni jkollhom ammont ta' flus il-bank li jeċċedu s-somma stipulata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li rċeviet benefiċċju soċjali u wara rriżulta li dan ma kienx dovut lilha, minħabba li ma tkunx ddikjarat il-meżżi kollha tagħha, se tiġi mitluba tirrifondi kull ammont lilha hekk mħallas.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm tnaqqis fiċ-children's allowance tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex kien hemm reviżjoni fil-kera tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li baqa' bl-istess dħul li kellu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera nħadmet fuq id-dħul tal-persuna indikata matul l-1999 skond il-kuntratt li fffirma fl-24 ta' Frar 1997.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir issa li jidher li ma ntlaħaqx ftehim bejn il-consortia u t-Tarzna dwar il-Baċir Nru. 1?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-istess Kunsill tat-Tarzna qed jesplora alternattivi oħra ta' żvilupp ta' l-area tal-Baċir Numru 1 b'mod li dan l-iżvilupp ikun kompatibbli mal-kumplament tax-xatt tal-Kottonera u fl-istess ħin ikollu introjtu adekwat għat-Tarzna.
Bi ħsiebni fi żmien qasir ikolli laqgħa oħra maċ-Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna biex niddiskutu dawn l-iżviluppi.