Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19087 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jirċievi r-refund għal ħlas żejjed tat-taxxa li sar mill-persuna li isimha jidher separatament? Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata s-sitwazzjoni pererss li l-iżball sar mill-bank wara misunderstanding u ittra fin-numru ta' l-identita' nbidlet ma' ta' ħaddieħor?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19088 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda fil-Freeport u jekk hu l-każ kumpanniji sussidjarji tagħha, minn Settembru 1998 sal-lum? Minn liema lokal hu kull impjegat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat, li bejn Settembru 1998 u Settembru 2000, ġew impjegati 154 persuna mal-Malta Freeport. Dawn l-impjegati ġodda huma minn dawn il-lokalitajiet: Attard 3 Balzan 1 Birkirkara 5 Birżebbuġia 6 Bormla 1 Dingli 1 Fgura 7 Floriana 5 Gudja 2 Gwardamanġa 2 Ġżira 2 Ħamrun 4 Ibraġġ 3 Kalkara 2 Luqa 3 Marsascala 3 Marsaxlokk 3 Mellieħa 1 Mosta 2 Mqabba 2 Msida 4 Naxxar 8 Paola 3 Qormi 20 Qrendi 3 Rabat 2 San Ġiljan 1 San Ġwann 2 San Pawl il-Baħar 1 Siġġiewi 4 Sliema 3 Swieqi 1 Tarxien 6 Ta' Xbiex 1 Valletta 12 Xemxija 1 Zabbar 6 Zebbuġ 10 Zejtun 4 Zurrieq 5
Leg 9 PQ #19089 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati minn persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati reati fuq persuni barranin xahar b'xahar, f'Ġunju, Lulju u Awissu 2000? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri jirrappreżentaw in-numri ta' vittmi u mhux ta' reati, f'liema reati jista' jkun li kien hemm aktar minn persuna waħda milquta.
Leg 9 PQ #19090 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Uffiċini Wżati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset f'kera, sena b'sena, mill-bidu tal-kirja mill-MDC ta' l-uffiċini wżati minnha fl-Imrieħel?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19031 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Verdala — Nissan huts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nissan huts fl-area ta' Verdala (Sur San Kelment) Bormla? Kemm hemm minnhom allokati u lil min?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat illi fil-Foss ta' San Klement f'Bormla hemm għaxar huts. Minn dawn, tmienja huma mikrija lil Desira Furniture Ltd., Emanuele Cutajar, Felix Busuttil, Louis Cauchi u Carmelo Bonello, u lil Louis Cauchi. Dwar it-tnejn l-oħra, ninsab informat li qed issir investigazzjoni dwar minn min huma okkupati u taħt liema titlu.
Leg 9 PQ #19033 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Peress li jidher li l-proġett li kien hemm għal Pjazza Sta. Margerita, Bormla waqaf, jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux se jitkompla? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta? Jista' jgħid ukoll jekk il-pjanti oriġinali nbidlux jew se jinbidlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-proġett ser jitkompla, pero' fuq rikjesta tal Kunsil Lokali ta' Bormla kien hemm xi tibdiliet fil-pjanti. Bħalissa qed isir xoghol fuq il-pjanti ġodda biex jiġu ppreżentati lill-Awtorita ta' l-Ippjanar għall-approvazzjoni.
Leg 9 PQ #19034 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskola primarja ta' Bormla hux se jkollha kap ta' skola din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskola primarja ta' Bormal se jkollha Kap.
Leg 9 PQ #19035 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarzna — Ħajt

Question

Peress li x-xogħol fuq il-ħajt tat-Tarzna kien waqaf minħabba l-azzjonijiet tal-GWU, issa li dawn l-azzjonijiet tneħħew, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq il-ħajt tal-Bacir Nru.1, fil-fatt qiegħed jitkompla.

Dockyard Creek — Dgħajjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li għandhom id-dgħajjes marbuta ma' Dockyard Creek, jekk iridux iħallsu ta' l-irmiġġ lil xi wieħed mill-Consortia involut fil-proġett tal-Marina tal-Cottonera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PTA — Transport Ass.

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar sejħa għal transport ass. mal-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku? Kemm applikaw u minn liema lokalita' kienu? Kemm ġew magħżula u min liema lokalita' kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-aħħar sejħa għal Transport Assistants ma` l-Awtorita` saret f'Jannar 2000 wara sejħa nterna għall-impjegati tal-Gvern. Applikaw total ta' sitta b'kollox u dawn kienu minn: Wieħed mill-Birgu Wieħed minn Bormla Wieħed miż-Żejtun Tnejn minn Birkirkara Wieħed minn Marskala Ġew magħżula tnejn, wieħed minn Birkirkara u l-ieħor minn Marsaskala.
Leg 9 PQ #19022 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Gwardjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-lokalitajiet li għad m'għandhomx is-servizz ta' gwardjani lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Lokalitajiet li ghad m'ghandhomx is-servizz ta' Gwardjan Lokali huma dawn li gejjin: 1. Birzebbuga 2. Floriana 3. Isla 4. Marsa 5. Mtarfa 6. Xghajra 7. Xaghra -Ghawdex

Benefiċċji soċjali — Children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li għadhom ma rċevewx iċ-cheque taċ-children's allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rċieva 40,843 applikazzjonijiet għall-Allowance tat-Tfal, minn dawn ġew maħduma 37,952. Dan ifisser li baqa' 2,891 applikazzjonijiet pendenti. Fost dawn hemm l,696 li għadhom fl-Uffiċċju Distrettwali fejn qed tintalab aktar informazzjoni mill-applikanti dwar it-talba tagħhom, filwaqt li 1,195 jinsabu fit-Taqsima tal-Allowance tat-Tfal u qed jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #19024 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq Hompesch, Fgura?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti figuri lokal b'lokal tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar minn Jannar 2000 sa Awissu 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar u skond il-lokalita' minn Jannar 2000 sa Lulju 2000, kien kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19027 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizz ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li persuni li kienu nstallaw is-servizz ta' l-ilma fl-ewwel sitt xhur tas-sena 1998, meta suppost dan is-servizz kien b'xejn, issa qed jintalbu li jħallsu ta' dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18788 fis-Seduta 365.
Leg 9 PQ #19029 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset f'kera, sena b'sena, mill-bidu tal-kirja, mill-MITTS tal-post li qed jużaw bħala uffiċini tagħhom fi Blata l-Bajda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-kera fuq il-post mħallsa mill-MITTS kienet: Sena Lm 1992 80,542 1993 96,146 1994 97,996 1995 97,996 1996 101,996 1997 108,895 1998 108,895 1999 108,895 2000 115,682
Leg 9 PQ #19015 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti, sena b'sena, li jattendu fl-iskejjel primarji ta' Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Fgura u Xgħajra? Kemm hu n-numru ta' għalliema għal kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impjiegi — Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom qabdu jaħdmu tul din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni b'diżabilita' li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Lulju 2000 kien ta' 302. Minn Ottubru 1999 sa Lulju 2000 il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet xogħol għal erbgħa u għoxrin (24) persuna b'diżabilita'.