Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19430 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Hold-Ups fuq Banek

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hold-ups fuq banek tul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm insterqu flus f'kull każ? Jista' jgħid ukoll f'liema każi ġiet użata l-vjolenza u jekk kienx hemm xi persuni li weġġgħu waqt dawn il-hold-ups?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 1996 sal-25 ta` Settembru 2000, kien hemm 7 serqiet fuq banek minn persuni armati. F`ħames minn dawn is-serqiet l-ammont ta` flus irrapurtati misruqa kienu, Lm19,714; Lm48,000; Lm6,705; Lm84,000 u Lm8,000 rispettivament, filwaqt li fit-tnejn l-oħra ma nsteraq xejn. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, dawn is-serqiet huma kollha meqjusa li intużat il-vjolenza, billi l-ħallelin dejjem kienu armati, pero` kien hemm każ fejn persuna sofriet feriti ta` natura ħafifa, filwaqt li tnejn mill-ħallelin sofrew feriti ta` natura gravi. Kien hemm ukoll każ fejn wieħed mill-ħallelin sofra feriti gravi u miet wara xi żmien, u f`każ ieħor persuna sofriet feriti ħfief.
Leg 9 PQ #19432 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bozoz Maqtugħin

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara kemm żmien (wara rapport minn kunsill lokali) suppost tiġi rranġata xi bozza maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda żmien speċifiku meta bozza għandha tiġi rranġata wara li jkun sar rapport lill-Korporazzjoni Enemalta li nqatgħet. Madanakollu ta' min jgħid li l-Korporazzjoni tagħmel l-almu tagħha sabiex kull ħsara tissewwa fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #19433 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Tiswijiet ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' vapuri u ta' liema nazzjonalita' kienu li daħlu għat-tiswija fit-Tarzna ta' Bormla minn Jannar 2000 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #19434 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Bacir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fir-rigward tal-proġett għall-Baċir Numru Wieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-Tarzna ikkummissjonat rapport dwr il-vijabilita ekonomika ta' l-iżvilupp ta' dan il-baċir. Dan ir-rapport qed ikun ippreparat minn kumpanija Ingliża speċjalizzata fir-riġenerazzjoni tal-portijiet. Hu mistenni li dan ir-rapport ikun finalizzat lejn tmiem Ottubru ta' din is-sena. Wara li jeżamina dan ir-rapport, il-Kunsill tat-Tarzna mistenni jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jinbeda dan il-proġett.
Leg 9 PQ #19435 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu rikjest sabiex persuna tingħata permess għal posta fuq il-Monti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-reviżjoni tal-pensjoni ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha jidhru separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, d-dettalji provduti mill-Onor. Interpellant ma jikkorispondux, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħtini aktar dettalji tal-persuna konċernata biex inkun nista' ninvestiga.

Emigranti Maltin — Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' emigranti Maltin li jirċievu xi tip ta' pensjoni tal-gvern Malti? F'liema pajjiż qed jgħixu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzioni mitluba fejn jirrigwarda pensjonijiet mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Għal dak li jirrigwarda pensjonijiet tat-Teżor, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent li qed ikollhom jgħaddu minnu r-residenti ta' Triq S. Gużepp u Triq il-Konservatorju minħabba storbju minn xi ġeneraturi jew xi tip ta' muturi fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ftit ħoss li jista' jikkawża l-inkonvenjent li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġej minn pompa ta' l-ilma li ttella' l-ilma fuq il-bejt. Ninsab infurmat ukoll li ngħataw struzzjonijiet lill-kuntrattur biex din il-pompa tiġi mgħottija b'"sound insulating material".
Leg 9 PQ #19099 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Vultaġġ Għoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi wara li xi numru ta' residenzi fil-Fgura sofrew ħsarat minħabba vultaġġ għoli f'April li għadda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Benefiċċji tal-mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed nibagħthom separatament ma rċevitx il-benefiċċju tal-mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #19101 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pre-School Education Course

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għall-course tal-Pre-School Education?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għall-kors tal-Pre School Education hu ta' erbgħa u tmenin.

Birgu (Fortini) — D.O.E.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'hemm imħejji li jsir flok il-post ex-D.O.E. fil-Fortini l-Birgu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'dan il-post ser jitwaqqaf "Community Resource Centre". Id-dettalji kollha kont ħabbarthom pubblikament f'konferenza stampa li nżammet fuq il-post, ftit tal-ġimgħat ilu. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-"News Release" li tispjega d-dettalji ta' dak li kont ħabbart.
Leg 9 PQ #19103 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

DROGA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga f'Ġunju, Lulju u Awissu 2000, xahar b'xahar? Kemm kienu l-ammonti u x'tip ta' droga kienet f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont u t-tip ta` droga li nqabdet mill-Pulizija bejn Ġunju u Awissu 2000 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — Referrals

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru referrals għall-impjiegi, xahar b'xahar, din is-sena mill-uffiċċju ta' l-ETC ta' Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19092 XAHAR FULL-TIME PART-TIME Settembru 1999 222 27 Ottubru 1999 327 50 Novembru 1999 337 53 Dicembru 1999 113 10 Jannar 2000 382 53 Frar 2000 376 34 Marzu 2000 334 39 April 2000 310 25 Mejju 2000 455 111 Ġunju 2000 314 78 Lulju 2000 382 84 Awissu 2000 268 62 TOTAL 3,820 626
Leg 9 PQ #19093 Sitting 372 2000-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Protezzjoni Ċivili — Postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti sabiex ikun hemm full complement tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm sejħa għall-ingaġġ ta' personell minn barra ċ-ċivil?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` personnel li hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa kkunsidrat bħala adekwat. Ovvjament is-sitwazzjoni tiġi riveduta minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #19095 Sitting 372 2000-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Ħaddiema tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li xogħol minn ħaddiema tal-gvern fil-Kottonera jinsab wieqaf għax hemm nuqqas ta' materjal fosthom siment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-present ma hemm l-ebda xoghol fil-Kottonera li jinsab wieqaf minhabba nuqqas ta' siment. Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili xi nformazzjoni li jista għandu sabiex ikun jista jsir l-istħarriġ meħtieġ.
Leg 9 PQ #19097 Sitting 372 2000-09-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IMPIEGI

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda maċ-ċivil u korpi parastatali minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19086 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-anzjan li ismu jidher separatament, intalab iħallas is-somma ta' Lm1,192 minħabba li qalulu li saret reviżjoni tal-pensjoni tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.