Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma kellhom l-ebda kuntratt fis-seħħ fi Frar 2013.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għaddewlna, qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub, miġbur f’Tabella ‘A’.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MIZZI, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Ministeru tiegħi ma kienx jeżisti fi Frar 2013, u peress li r-responsabbilta’ ministerjali tal-Ministeru tiegħi kif imwaqqaf wara l-aħħar elezzjoni ġenerali hija differenti minn kif kienu l-Ministeri qabel, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti li jiena sibt in vigore u kif applikabbli għall-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #422 Sitting 21 2013-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #303 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri tal-Kabinett — salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 118 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien it-total taż-żieda fis-salarji li ħadu l-membri tal-Kabinett bejn Mejju 2008 u Diċembru 2010? Jista' jgħid kemm kien it-total taż-żieda fis-salarji li ħadu bejn Jannar 2001 u Jannar 2012? Jista' jgħid kemm kienet is-somma sħiħa li l-membri tal-Kabinett taw lura minn dawn iż-żidiet li ħadu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li t-total taż-żieda fis-salarji li ħadu l-membri tal-Kabinett bejn Mejju 2008 u Diċembru 2010 kien ta’ €1,331,318.45, filwaqt li bejn Jannar 2011 u Jannar 2012, din iż-żieda kienet ta’ €355,558.83 bejniethom. Ninsab infurmat ukoll li s-somma sħiħa li l-membri tal-Kabinett taw lura kienet tammonta għal €299,566.13.
Leg 12 PQ #412 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Pakkett finanzjarju ta' individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju li kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn Marzu 2004 u Marzu 2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju li kellu l-individwu msemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, bejn Marzu 2004 u Marzu 2013 huwa kif ġej: Marzu 2004 : Kap tas-Segretarjat (Segretarjat Privat tad-deputat Prim Ministru u Ministru tal-Politika Soċjali) Salarju Bażiku: Skala 4 (LM 10,279 f’2004) Allowance : 25% ta Skala 7 (LM 1,972 p.a. f’2004) Expense Allowance ekwivalenti ta’ Skala 4 (LM 700 p.a.) Użu ta’ karozza inkluz il-fuel Faċilita’ ta’ telefon b’xejn April 2004: Kap tas-Segretarjat (Segretarjat tal-Prim Ministru) Salarju Bażiku: Skala 3 (LM 11,329 f’2004) Allowance : 25% ta Skala 7 (LM 1,972 p.a. f’2004) Expense Allowance ekwivalenti ta’ Skala 3 (LM 900 p.a.) Użu ta’ karozza inkluz il-fuel Faċilita’ ta’ telefon b’xejn March 2008: Kap tas-Segretarjat (Segretarjat tal-Prim Ministru) Salarju Bażiku: Skala 2 (€ 31,873 f’2008) Allowance : 25% ta Skala 7 (€ 5,074 p.a. f’2008) Expense Allowance ekwivalenti ta’ Skala 2 (ara nota * isfel) Użu ta’ karozza inkluz il-fuel Faċilita’ ta’ telefon b’xejn *L- Expense Allowance ekwivalenti ta’ Skala 2, li kienu jirċievu dawk l-uffiċċjali f’pożizzjoni marbuta ma’ Performance Agreement fuq Skala 2, żdiedet minn € 2795.25 għal € 6,000 mis-16 ta’ Settembru 2008. Dir-reviżjoni, effettiva mis-16 ta’ Settembru 2008, ġiet applikata wkoll fil-kaz tal-pakkett remunerattiv tal-individwu msemmi f’Ġunju 2012.
Leg 12 PQ #413 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-uffiċċju tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-tweġiba se tingħata f’xi seduta ohra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettieq tal-Manifest Elettorali — kuntratti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (VELLA, GEORGE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Leg 12 PQ #416 Sitting 20 2013-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #275 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Emerġenza - persuni fuq stretcher

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni li damu fuq stretcher fl-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei għal iktar minn 24 siegħa sakemm issejħu biex jingħataw sodda, xahar b'xahar, matul l-2012?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #276 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — referal applications

Question

Jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar numru ta' referal applications li nżammu fl-Isptar Mater Dei qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni dovuta għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #277 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ċimiterju tal-Addolorata — bejgħ ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar leġiżlatura fuq bejgħ ta' oqbra ġodda fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata u x-xogħol sar fuq il-proġett tat-tkabbir tal-istess Ċimiterju? X'kienet l-ispiża minfuqa fl-aħħar leġiżlatura fuq dawn iż-żewġ inizjattivi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ir-risposta tingħta f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #278 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm refunds mogħtija liċ-ċittadin mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dħul li kien ilhom pendenti għal ħafna snin fl-ewwel xahrejn tal-2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 u 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli nterpellant illi refunds mogħtija liċ-ċittadini fl-ewwel xahrejn għas-snin 2003 sa 2013 huma murija fit-tabella t’hawn taħt. Id-dettalji jirreferu għall-refunds li tħallsu wara l-iskadenza tad-data meta dawn kienu dovuti. Sena Numru Ammont € 2003 170 318,944 2004 2,317 4,500,074 2005 14,316 10,170,957 2006 10,606 9,521,780 2007 6,106 8,948,011 2008 137 99,439 2009 316 283,026 2010 1,024 256,861 2011 643 530,062 2012 6,104 9,054,913 2013 1,594 885,510
Leg 12 PQ #279 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet mogħtija b'encroachment

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, sena b'sena, inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 bid-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, din il-lista ma tinkludiex encroachments li għandhom dettalji li huma ta’ natura personali jew kummerċjali, iżda ma nsib l-ebda diffikulta sabiex ngħaddi din l-informazzjoni lill-Onorevoli Membru b’mod kunfidenzjali.
Leg 12 PQ #302 Sitting 19 2013-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IPSL — salarji ta' diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 117 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min kienu jew huma llum id-direttur/diretturi tal-IPSL? X'inhuma l-ħlas/ħlasijiet li qed jirċievi/u? Hemm xi ħlasijiet oħrajn fil-forma ta' allowances? Saru xi kuntratt/kuntratti għal din il-kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proċess tal-ħatriet tad-Diretturi fl-IPSL għadu għaddej u l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-IPSL titħabbar fil-mument opportun.

proġett ta' Smart City — operat ta' kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Smart City? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet humiex on schedule? Jista' jgħid kemm huma l-kumpaniji li qed joperaw fi Smart City u kemm huma l-impjegati li jħaddmu magħhom? F'liema setturi joperaw dawn il-kumpaniji?

Response (MIZZI, JOE)

Il-Kumpanija in kwistjoni mhiex tal-Gvern għajr għas-sehem minoritarju li l-Gvern għandu.