Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom id-dritt għal mediċina b'xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' pazjenti li huma ntitolati għall-mediċina b'xejn skond l-Iskedula V ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali (Kartuna Safra) huwa 24392.
Ma' dawn iridu jiżdiedu l-persuni li għandhom Karta Roża maħruġa mid-Direttur tas-Servizzi Soċjali u d-Dijabetiċi li dettalji dwarhom għandhom jintalbu lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Djar ta' l-Anzjani — Karta ta' l-identita tar-residenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk għall-persuni residenti f'dar għall-anzjani, hijiex obbligatorja li jibdlu l-karta ta' l-identita' mill-indirizz tar-residenza privata tagħhom għad-dar ta' l-anzjani?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Peress li l-Kummissarju tal-Pulizija huwa l-uffiċjal awtorizzat li joħroġ il-karta ta’ l-identità, nitlob l-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li tingħata l-attenzjoni sabiex arblu tad-dawl li hemm fi Triq R. Taylor, Bormla kantuniera ma' Triq Hanover ma jibqax imil peress li qed joħloq ħsara lir-residenza fil-faċċata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-arblu li għalih qed issir riferenza ma jirriżultax li qed jagħmel ħsara fil-bini kif ingħad fil-mistoqsija. Qegħdin isiru arranġamenti ma' entita' oħra biex dan l-arblu issirlu l-manutenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li ma ngħatawx rċevuta tal-VAT mid-dħul tagħha mill-ġdid? F'liema kategorija ta' negozju kien kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 1999 sa’ llum, kien hemm 2,467 każ li ġew rapportati dwar abbuż fl-għoti ta’ irċevuti fiskali tal-VAT. Il-kategoriji ta’ negozju involuti f’kull każ kienu kif jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-anzjan li ismu jidher separatament, intalab iħallas is-somma ta' Lm1,192 minħabba li qalulu li saret reviżjoni tal-pensjoni tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jiriżultax li l-persuna msemmija, pensjonant tat-Teżor, intalab iħallas lura s-somma ta' Lm1,192 minn dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jirċievi r-refund għal ħlas żejjed tat-taxxa li sar mill-persuna li isimha jidher separatament? Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata s-sitwazzjoni pererss li l-iżball sar mill-bank wara misunderstanding u ittra fin-numru ta' l-identita' nbidlet ma' ta' ħaddieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informażżjoni konfidenżjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtoriżżat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru raids mill-ispetturi ta' l-ETC, għall-ħaddiema bla ktieb fix-xahar ta' Ġunju, Lulju u Awissu 2000 fi stabbilimenti ta' l-ikel, divertiment u lukandi? X'kienu r-riżultati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' spezzjonijiet li saru bejn Ġunju u Awissu 2000, mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fi stabbilimenti ta' l-ikel, divertiment u lukandi, huwa kif ġej:
88 matul Ġunju 2000 (Ara fig. 1.)
275 matul Lulju 2000 (Ara fig. 2.) u
201 matul Awissu 2000 (Ara fig. 3)
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna inqabdet dieħla mill-ajruport u kienet fil-possess tad-droga dawn l-aħħar ħames snin? X'kienet id-droga f'kull każ u x'kien l-ammont? X'sar mill-persuni arrestati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel privati f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid ukoll liema huma u kemm minnhom huma nurseries, kindergarten, primarji u sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jgħid x'inhi r-raġuni għaliex bini tal-Gvern mibni ġdid fil-Kottonera jistgħu jsirulu aperturi u gallarijiet ta' l-aluminium, mentri għall-postijiet tal-privat dawn it-talbiet ikunu miċħuda u kull xogħol ta' bdil ta' aperturi u gallarijiet iridu jsiru ta' l-injam?
Response (BORG, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispeċifika liema bini qed jirreferi għalih.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni tilfu x-xogħol, xahar b'xahar, minn Jannar 2000 sal-lum? Jista' jgħid ukoll minn liema qasam kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li titneħħa l-karozza abbandunata (Green Renault HAL872) li ilha hemm fi Triq ix-Xatt, Bormla peress li fiha qed isiru anke abbużi ta' droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tneħħiet.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza fuq il-bieb 132, Triq Matty Grima, Bormla peress li kemm-il darba ġiet irrappurtata?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Persuni li jbatu bid-dyslexia
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni kif ukoll ma' dipartimenti oħra li jbatu mid-dyslexia iżda jafu jiktbu u jaqraw ikunu jistgħu javvanzaw fi grad ogħla milli jkollhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Inħoss li l-ewwel jinħtieġ insaħħu u nkomplu nibnu s-servizz ta' Specific Learning Difficulties li jagħti għajnuna lil studenti dyslexic, li qegħdin kemm fl-iskejjel primarji kif ukoll fis-sekondarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna inqabdet dieħla mill-ajruport u kienet fil-pussess tad-droga tul din is-sena? X'kienet id-droga f'kull każ u x'kien l-ammont? X'sar mill-persuni arrestati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-25 ta` Settembru 2000, kien hemm tnax-il persuna li nstabu li kellhom id-droga mal-wasla tagħhom bl-ajru f`Malta. Id-droga f`kull każ kienet kif ġej:
Cannabis Resin
354.937grms
Cannabis Resin
1kg 314.6grms
Heroin
400grms
Ecstacy
2,024 tablets
Ecstacy
LSD
2,353 tablets
460 micro dots
Heroin
1.1kgs
Cannabis grass
personal use
Heroin
924.1grms
Heroin
465.9grms
Cannabis plants
Cannabis resin
Cannabis seeds
3 plants
0.9grms
4 seeds
Heroin
356.5grms
Cannabis resin
personal use
Ninsab infurmat ukoll li disa` minn dawn il-persuni jinsabu taħt arrest preventiv, filwaqt li tlieta ġew deportati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga li pprovat tiddaħħal f'Malta minn fuq il-baħar tul dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' droga kienet u x'kienu l-ammonti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jiena tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10629, sa l-aħħar ta` l-1999 inqabdet ukoll 491.9 grammi ta` Cannabis Resin mill-port, filwaqt li matul l-2000 ma kien hemm l-ebda qbid ta` droga mill-portijiet.