Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Klabb tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li għandhom id-dgħajjes tagħhom marbuta quddiem il-club tar-Regatta ta' Bormla, hux se jibqgħu jkunu jistgħu jużaw dan il-berth meta jsir il-proġett tal-Marina?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19572.
Leg 9 PQ #19752 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Waterfront Group — Shareholders

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu x-shareholders tal-Cottonera Waterfront Group meta sar il-kuntratt dwar il-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li meta sar il-kuntratt ix-'shareholders' tal-Port Cottonera Waterfront Group kienu: Ballut Blocks Services Ltd., Blokrete Ltd., Hal Mann Holdings Ltd., Vassallo Builders Group Ltd., B. & C. Ltd., Alberta Projects Ltd., Raniolo Ltd., Applied Economics Consulting Ltd.
Leg 9 PQ #19753 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir il-ħlas lura tal-kera mħallsa żejda mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li saret referenza għaliha mill-Onor. Interpellant dalwaqt ser tirċievi l-pagament ta` ħames liri Maltin u tnejn u erbgħin ċenteżmu (Lm5.42), liema ammont kien tħallas iżjed bħala kera.

Djar — Requisition

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li għad għandhom ir-requisition fuqhom? F'liema lokal qegħdin? Kemm kien in-numru ta' postijiet li tneħħitilhom ir-requisition f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin tneħħew 3008 rekwiżizzjoni.
Leg 9 PQ #19755 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Triq S. Lazzru - Fond Nru. 43

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection f'43, Triq S. Lazzru, Bormla peress li l-ġirien qed jilmentaw minħabba ħmieġ kbir u ġrieden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li wara spezzjoni minn uffiċċjali tad-Dipartiment ta-Saħħa fil-lok indikat, irriżulta li l-ilment jirreferi għal Nru. 8, Sqaq San Lażżru, Bormla u mhux għal Nru. 43, Triq San Lażżru. Irriżulta li l-fond No. 8 li fil-preżent mhux abitat, jaqa` taħt ir-responsabbilita` tal-'Joint Office'. Peress li jeżistu xi akkumuli fl-istess fond, l-istess 'Joint Office' ġie infurmat diversi drabi biex inaddaf. L-area ta` madwar kif ukoll il-fond indikat ġie ttrattat bil-velenu għal kontra il-ġrieden illum 5 ta` Ottubru 2000, minn uffiċjali tar-'Rodent Control'. Ser jibqa` jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.

Anzjana — Għajnuna Supplimentari

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma rċevitx l-għajnuna supplimentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #19630 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti ta' l-ewwel sena fil-Junior College? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19631 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn lukandi liċenzjati f'Malta, lokal b'lokal?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi dik li tidher fid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19632 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bars liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn liċenzji għal bars, lokal b'lokal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19633 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Call bl-Operator — Kont

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi riżolta l-kwestjoni dwar telephone call tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ċemplet l-Ingilterra permezz ta' l-operator u rċeviet kont għall-telephone call il-Marokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex isiru l-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ isir l-aġġustament relattiv.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jirċievi l-pensjoni li qed jirċievi? Jista' jgħid jekk hux intitolat għal pensjoni tat-Teżor? Jista' jgħid jekk hux se jibbenefikaw minn żieda meta jasal għal eta' ta' 61?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu indikata ġiet infurmata bil-miktub biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm xi tnaqqis fil-ħlas fix-xahar li qed titnaqqas mill-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tħoss il-ħlas ta' somma ta' Lm48 fix-xahar bħala piż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #19570 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19087?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija ingħatat fil-mistoqsija parlammentari numru 19087 f'seduta 377.
Leg 9 PQ #19571 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Uffiċini wżati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19090?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: PERJODU AMMONT minn Lulju 1992 sa Novembru 1993 Lm69,025 minn Diċembru 1993 sa Novembru 1994 Lm63,259 minn Diċembru 1994 sa Novembru 1995 Lm69,103 minn Diċembru 1995 sa Novembru 1996 Lm69,103 minn Diċembru 1996 sa Novembru 1997 Lm73,454 minn Diċembru 1997 sa Novembru 1998 Lm75,354
Leg 9 PQ #19611 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti finanzjati direttament mill-gvern li se jsiru fil-Kottonera fi 3 tliet li ġejjin? Meta hemm il-ħsieb li jibda kull proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghall-'Business Plan' tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonra li kopja tieghu diġa tqiegħdet fuq il-mejda tal-Kamra f' Seduta numru 329, mistoqsija numru 16975.
Leg 9 PQ #19627 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex l-istudenti li qed jattendu l-J.L. ta' Verdala, Bormla ma jkomplux jerfgħu l-piż finanzjarju għall-ħlas ta' ħafna photo copies, fejn f' numru ta' każi ntalbu jitħallsu (s'issa) aktar minn Lm5?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #19629 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti tat-tieni sena fil-Junior College? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #19451 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Stipendju

Question

Jista' l-Ministrtu jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li kellhom l-istipendju fis-sena skolastika li għaddiet? X'kienet l-ispiża biex tħallas dan l-istipendju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li kellhom l-istipendju u għotja ta' manteniment fis-sena skolastika li għaddiet jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 1999 sal-15 ta' Lulju 2000 kien ta' 4307. Informat ukoll li l-ispiża biex tħallas dan l-istipendju laħqet l-ammont globali ta' Lm4,733,921.09, sa Lulju.