Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20191 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Titqib — Influenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu ntitolat li jieħu t-titqiba kontra l-influwenza? Huwa veru li persuni ta' 59 sena qed tiġi rifjutata li li tingħata lilhom din it-titqiba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni li huma intitolati sabiex jieħdu l-vaċċin ta' kontra l-influwenza mingħajr ħlas miċ-Ċentru tas-Saħħa huma: Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f'istituzzjonijiet Persuni li għandhom aktar minn 65 sena Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa Persuni ta' kull eta' li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun mard kroniku tal-Qalb mard kroniku tal-Fwied mard kroniku tal-Kliewi Ażma kronika Dijabete u Immunodeficenza
Leg 9 PQ #20192 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Primary School - Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala għad ma' hemmx għalliem tal-Klassi Year 1 f'iskola primarja Bormla? Meta se jkun ipprovdut dan l-għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li l-għalliema oriġinarjament magħżula kienet indisposta gravement u b'effett mit-12 ta' Ottubru 2000 intbagħtet għalliema oħra.
Leg 9 PQ #20049 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, ikollu s-servizz ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Infomat li l-każ qiegħed fil-proċess biex jiġi assessjat.

Bormla — Zebra Crossing

Question

Jista l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir zebra crossing minn mal-blokk tad-djar tal-gvern ta' Polverista Street, Bormla għal mas-swar fejn hemm il-bus stop?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #20052 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm quddiem Dar it-Tama, Triq M. Grima, Bormla għax ilha fuq xahar ma tixgħel?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #19097 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IMPIEGI

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda maċ-ċivil u korpi parastatali minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u l-aħħar ta’ Awissu 2000 ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku 1839 impjegat ġdid. Fl-Entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, tul l-istess perjodu ġew impjegati 77 ħaddiem ġdid. Informazzjoni dwar impjiegi ġodda ma’ korpi parastatali oħra għandha tiġi mitluba lill-Ministri konċernati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista li turi n-numru ta’ l-impjegati u l-grad.
Leg 9 PQ #19785 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Cottonera Ltd — Consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa ffurmat il-consortium Port Cottonera Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fgura — Triq L. Scicluna - Tiswija

Question

Peress li r-residenti ta' Triq L. Scicluna, Fgura ilhom ħafna jilmentaw dwar l-istat diżastruż tat-triq tagħhom, jista' l-Ministru jara li jieħu passi flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Fgura sabiex din it-triq tingħata attenzjoni immedjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul is-Sajf id-Dipartiment tat-Toroq ta kuntratt biex dawn ix-xogħolijiet neċessarji f'din it-triq ikunu jistgħu jsiru. Ix-xogħol ma setax jinbeda mill-ewwel minħabba li l-Korporazzjoni ta' l-Ilma kienet qiegħda tipprepara biex isiru x-xogħolijiet f'din it-triq. Ix-xogħol mistenni li jibda il-ġimgħa d-dieħla.
Leg 9 PQ #19776 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Abbużi mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każi ta' abbuż mid-droga fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, minn liema livell edukattiv kien kull abbuż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kellniex rapporti ta' każi ta' abbuż mid-droga fl-iskejjel.

Djar — Bormla - Spezzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir inspection u jekk ikun il-każ tissewwa l-gallarija li hemm f'Numru 17, Blokk 2, Fuq San Pawl, Bormla, peress li qed jaqa' xi ġebel minnha u allura qed tkun ta' periklu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #19781 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Karta ta' l-Identita' — Bdil

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19522, li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': tista' tgħid jekk għall-persuni residenti f'dar għall-anzjani, hijiex obbligatorja li jibdlu l-karta ta' l-identita' mill-indirizz tar-residenza privata tagħhom għad-dar ta' l-anzjani?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond l-Att dwar il-Karti ta` l-Identita` (kap. 258), fost il-partikolarijiet li għandu jkun fiha l-karta ta` l-identita` hemm l-indirizz tal-lok ewlieni ta` residenza fejn il-persuna li lilha tkun ħarġet dik il-karta ta` l-identita` abitwalment torqod. Skond l-istess Att, meta għal xi raġuni xi waħda mill-partikolarijiet jew xi tagħrif ieħor li jkun jinsab f`karta ta` l-identita` ma jkunx jew ma jibqax aktar korrett, id-detentur tal-karta għandu, mingħajr dewmien, jirraporta l-fatt lill-uffiċjal awtorizzat u għandu jikkonsenja l-karta mhux korretta, u jagħti dak it-tagħrif kollu li jkun meħtieġ minn, lil dak l-uffiċjal.
Leg 9 PQ #19783 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cottonera Waterfront Group — Consortium

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min huwa ffurmata il-consortium Cottonera Waterfront Group?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19757 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Liċenzji — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ħallsu liċenzji kif ġej:(a) Lm6 biex jaqbdu l-għasafar biss; (b) Lm7 biex iżżomm senter biss; (ċ) Lm19 biex iżżomm senter u tikkaċċja fuq l-art; (d) Lm25 biex iżżomm senter, kaċċa fuq l-art u nsib; (e) Lm49 biex iżżomm senter, kaċċa fuq l-art u l-baħar; (f) Lm35 biex iżżomm senter, kaċċa fuq l-art u l-baħar u nsib; u (g) Lm25 biex iżżomm senter, kaċċa fuq l-art u kaċċa għall-fenek?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, għall-perijodu l-1 ta` Jannar sat-30 ta` Settembru 2000, huwa kif ġej : Rata Tip ta` liċenzja Numru ta` liċenzji Lm 6 Għat-tehid ta` għasafar 3,309 Lm 7 Għaż-żamma ta` arma jew armi tan-nar 8,877 Lm19 Għaż-żamma ta` arma jew armi tan-nar u ġarr ta` arma tan-nar għall-isport jew għall-kaċċa fuq l-art (barra mill-kaċċa għall-fenek selvaġġ) 7,854 Lm25 Għaż-żamma ta` arma jew armi tan-nar, ġarr ta` arma tan-nar għall-isport jew għall-kaċċa fuq l-art (barra mill-kaċċa għall-fenek selvaġġ) u tehid ta` għasafar 45 Lm49 Għaż-żamma ta` arma jew armi tan-nar, ġarr ta` arma tan-nar għall-isport jew għall-kaċċa fuq l-art (barra mill-kaċċa għall-fenek selvaġġ) u ġarr ta` arma tan-nar għall-kaċċa minn fuq opra tal-baħar, tlett kilometri barra mill-kosta 11 Lm55 Għaż-żamma ta` arma jew armi tan-nar, ġarr ta` arma tan-nar għall-isport jew għall-kaċċa fuq l-art (barra mill-kaċċa għall-fenek selvaġġ), ġarr ta` arma tan-nar għall-kaċċa minn fuq opra tal-baħar, tlett kilometri barra mill-kosta u tehid ta` għasafar xejn Lm24 Għaż-żamma ta` arma jew armi tan-nar, ġarr ta` arma tan-nar għall-isport jew għall-kaċċa fuq l-art (barra mill-kaċċa għall-fenek selvaġġ) u ġarr ta` armi tan-nar għall-kaċċa tal-fenek selvaġġ 3
Leg 9 PQ #19758 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u x'tip ta' droga inqabdet fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin minn Jannar 2000 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sas-6 ta` Ottubru kien hemm tlett (3) okkażżjonijiet meta nstab xi trab suspettuż ġewwa l-ħabs. Ninsab infurmat ukoll li t-tlett każi ġew mgħoddija lill-Pulizija u f`kull każ saret inkjesta maġisterjali. Dawn il-każi għadhom qed jiġu nvestigati.
Leg 9 PQ #19764 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti dwar kwantita' kbira ta' ġrieden bejn il-ħajt li qed jinbena u dak li qed jitwaqqa' mal-baċir Nru. 1, f'Bormla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li llum 5 ta' Ottubru 2000 l-areas indikati ġew spezzjonati minn uffiċjali tar-'Rodent Control' tad-Dipartiment tas-Saħħa w saru trattamenti neċessarji għal kontra l-ġrieden. Għaldaqstant, peress li għadu għaddej ix-xogħol fuq dan il-ħajt, ser jibqa' jiġi mqiegħed velenu fuq bażi regolari fil-lok indikat sakemm tiġi kkontrollata l-problema.

Żabbar — Triq Papa Alessandru

Question

Peress li ilhom isiru lmenti dwar l-istat ħażin ta' Triq Papa Alessandru, Żabbar, u peress li l-familji li jgħixu f'din it-triq qed ikollhom jiffaċċjaw l-inkonvenjent li qed joħloq l-istat ta' din it-triq, jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar din it-triq tingħata wiċċ diċenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19707.
Leg 9 PQ #19769 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li jagħmlu parti mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati daħlu minn barra s-servizz ċivili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni li jagħmlu parti mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hu ta` mija u tlettax-il persuna (113). Fost dawn l-impjegati hemm erba` (4) persuni li qegħdin mad-Dipartiment b`kuntratt ta` xogħol u li kollha ġew minn barra s-servizz ċivili.
Leg 9 PQ #19771 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq Gridle - Tindifa

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir tindifa tajba fi Triq Gridle, Żabbar peress li hemmhekk sar qisu miżbla? Jista' jara wkoll li ssir spezzjoni bis-serjeta' biex dan l-abbuż jinqata'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għalh qed jirreferi l-Onor. Interpellant hi waħda minn dawk mogħoddija lill-Kunsill Lokali, nissuġġerili li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsil Lokali koncernat.
Leg 9 PQ #19750 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Port Cottonera Ltd — Shareholders

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu x-shareholders tal-Port Cottonera Ltd meta sar il-kuntratt dwar il-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li meta sar il-kuntratt ix-'shareholders' tal-Port Cottonera Ltd. kienu: Abonmarche Investments Inc., Jost Merten, John Ripard & Co. Ltd., John Ripard, Trader Marine Yacht Services Ltd., Trader Marine Cottonera Ltd., Cassar Marine Holdings Ltd., Realco Projects Ltd.