Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21295 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephone — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ikollha lura s-servizz tat-telefon li ilu maqtugħ mill-4 ta' Novembru, u ilha tirrapporta ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #21271 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Liċenzji tal-Kaċċa u l-Insib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji tal-kaċċa u l-insib għas-sena 2000 kif imniżżla fit-tabella li qed tintbagħat separatament min din il-mistoqsija skond l-ammont?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #21162 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Public Cardphone Boxes

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija meħtieġa fuq il-public cardphones li hemm tul ix-xatt tax-Xgħajra għaliex ma humiex jaħdmu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Djar — Xiri ta' dar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li applikat sabiex tixtri r-residenza tagħha u anke għamlet il-konvenju sitt xhur ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li jumejn wara li l-pesuna ndikata mill-Onor. Interpellant iffirmat il-konvenju, l-Awtorita' tad-Djar talbet lid-Dipartiment ikkonċernat għall-informazzjoni dwar il-provenjenza ta' l-art li fuqha hu mibni l-post in kwistjoni biex ikun jista' jsir il-kuntratt. L-Awtorita' tad-Djar għadha tistenna li tirċievi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21165 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Maria Regina Junion Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti tal-Form 4, tal-Junior Lyceum Marija Regina, huma mingħajr għalliem ta' l-Ingliż? Meta ser ikollhom għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti tal-Form IV ta' Maria Reġina Girls Junior Lyceum, Blata l-Bajda huma mingħajr għalliem ta' l-Ingliż peress li dan l-għalliem marad u ħareġ fuq sick leave. Huwa maħsub li din il-vakanza tintela' nhar it-Tnejn 20 ta' Novembru 2000.

ETC — FAS

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport magħmul mill-konsulenti Irlandiżi FAS lill-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tar-Risposta għall- Mistoqsija Parlamentari Numru 16643 li jien tajt f'Seduta 307, ninfurmaħ li b'Risposta għall-Mistoqsija Numru 21024, ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Business Plan ta' l-ETC għas-snin 2000-2003, li ħareġ mill-eżerċizzju tal-konsulenti Irlandiżi.
Leg 9 PQ #20911 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

St Anġlu — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jibqa' jkun hemm aċċess għall-pubbliku mill-Birgu, naħa ta' St. Anġlu għan-naħa l-oħra tħares lejn il-Kalkara, peress li jidher li qed ikun magħluq b'gates li tpoġġew riċentement?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant huwa nfurmat illi l-gradi li tpoġġew kienu approvati fil-'Construction Management Plan' sottomessa bħala parti mill-applikazzjoni għall-permess u li dawn tpoġġew biex jissalvagwardjaw lill-pubbliku mill-periklu. Meta jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni dawn jitneħħew kif ġie stipulat fil-kundizzjonijiet tal-permess kif maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #20906 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

L-Moll ta' St.Anġlu — Ġbid ta' Film

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx ħlas sabiex intuża l-moll ta' St. Anġlu u xi bini tal-madwar sabiex inġibed film ftit ġimgħat ilu? Min ħa dan il-ħlas? Kemm kien jammonta dan il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saru pagamenti liż-żewġ Consortia nvoluti fil-proġett tal-Kottonera. Saru wkoll pagamenti lid-Dipartiment ta' l-Artijiet u lil diversi Kunsilli Lokali. Rigward dawn ta' l-aħħar l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Anzjani — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-anzjani residenti fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' wkoll jagħti lista, lokal b' lokal, tal-persuni fuq il-waiting list biex jidħlu f'din id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #20908 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għaddiet bord minħabba sitwazzjoni medika, hix intitolata għal xi pensjoni mit-Teżor?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li l-persuna msemmija hija ntitolata għal xi pensjoni mit-Teżor.

Djar — Bormla - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir ix-xogħol neċessarju mal-faċċata tal-Blk Numru 1 Hubbard Flats, Bormla peress li minħabba l-ħsara li hemm ir-residenti qed igergru li jidħollhom ir-riħ u l-ilma meta tkun ix-xita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #20910 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Il-Moll ta' Sant Anġlu — Film

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jitnaddaf il-moll ta' Sant'Anġlu mit-trab li intefa' waqt il-ġbid ta' film?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq tindif tal-mollijiet inbeda l-ġimgħa l-oħra.
Leg 9 PQ #20797 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hi r-residenza ta' l-għalliema fl-iskejjel Primarji ta' Bormla, Birgu u Isla? Jista' jgħid kemm-il sena ilhom jgħallmu fl-istess skola kull għalliem?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma rċevitx iċ-cheque tal-mard ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #20799 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding Co Ltd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar xogħol ġdid għall-Malta Shipbuilding? Fhiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Malta Shipbuilding tinsab f'kuntatt ma' numru ta' klijenti prospettivi għal xogħol varju. Fost ix-xogħolijiet li qed ikunu kkunsidrati hemm il-bini ta' strutturi ta' l-azzar.