Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mal-Malta National Tourism Organisation minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita ġejjin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab informat li minn Settembru 1998 sal-lum ma' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għal Malta u, b'seħħ mill-1 ta' Settembru 1999, ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, ġew impjegati b'kollox 46 persuna li minnhom 11 temmew l-impjieg.
Informat ukoll li dawn l-impjegati huma residenti ta' dawn il-lokalitajiet:
San Gwann, San Ġiljan, Żurrieq, Għargħur, Żabbar, Gżira, Sliema, Żejtun, Pembroke, Iklin, Marsascala, Tarxien, Fgura, Buġibba, Santa Venera, San Pawl tat-Tarġa, Birkirkara, Mellieħa, Qormi, Mosta, Ħamrun, Rabat, Qawra, Żebbuġ, San Pawl il-Baħar, Luqa, Siġġiewi u St. Andrews.
Jista' l-Ministru jara li tinstab entratura (li xi snin ilu kienet tintuża) għal ġol-ground ta' Verdala sabiex ikun hemm dħul separat mill-entratura prinċipali ta' l-iskola?
Minn min qed jintużaw l-entraturi li jeżistu? Dawn għandhom xi kirja għall-użu ta' dawn l-entraturi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-entratura ta' l-Iskola Ġużeppi Despott Junior Lyceum Verdala tintuża mill-għalliema, studenti u impjegati oħra fl-iskola.
Is-St George's F.C. jużaw l-entratura prinċipali bil-permess tal-Kap u l-Kunsill ta' l-iskola. M'hemm ebda kirja involuta.
Jista' l-Ministru jgħid min għandu dritt, minbarra l-istaff u l-istudenti tal-Junior Lyceum ta' Verdala u St Geroge's FC., li juża l-entratura prinċipali ta' l-istess skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nurmu 20428 ta' l-istess Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?
Jista' jaqsamhom skond il-kategorija ta' xogħol?
Jista' jgħid ukoll kemm hemm, jekk jeżistu, persuni li għandhom aktar minn reġistrazzjoni waħda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' persuni attivi registrati mad-Dipartiment tal-VAT ghall-fini ta' l-Att ta' l-1998 dwar it-Taxxa Fuq il-Valur Mizjud skond il-kategorija ta' l-attivita' ekonomika taghhom hu kif jidhru fid-Dokument li qed inqieghed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Safejn hu maghruf, kull persuna jew entita' ghandha biss numru ta' registrazzjoni wiehed.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Public Works ilhom ma jieħu r-ration għal ħafna xhur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema kollha tal-Works Division ġew provduti regolarment bil-ħtiġijiet personali tagħhom.
Il-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi damu ma ħadu r-'ration' tas-sapun minħabba xi problemi min-naħa tal-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jara jistax issir xi ħaġa sabiex fil-każ ta' persuni separati li jħallsu manteniment lill-mara wara deċiżjoni mill-qorti, jiġi kkalkulat il-ħlas tal-manteniment qabel jiġu ntaxxati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-formola tat-taxxa u “self-assessment” tipprovdi fejn persuna separata tkun tista’ titlob tnaqqis fil-kaz li tkun hallset ghall-manteniment tal-konjugi. L-Onor. Interpellant jista’ jaqra l-ktejjeb ta’ taghrif li jintbaghat mal-formola lil kull taxpayer.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett li ser isir fl-ex DOE il-Birgu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-post hux ser iservi ta' residenza għall-persuni bi problemi soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt xahrejn ilu għall-Mistoqsija simili Numru 19102 li kien għamilli.
Jista' l-Ministru jara li fi Sqaq il-Kubrit, Ħamrun titlesta it-tappiera kbira li hemm biex jiġu evitati ħsarat lill-karozzi li jkunu għaddejjin u jingħata xi forma ta' re-surfacing tat-triq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li ftit tal-ġimgħat ilu, il-Ministru żar ix-xogħol fuq il-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla u peress li issa jidher li x-xogħol ser jingħata lill-kuntrattur, u peress wkoll li fi ftit ġranet oħra ser tkun iċċelebrata l-festa tal-Kunċizzjoni f'Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx possibbilta' li tal-anqas titlesta l-bankina sabiex f'dawn il-ġranet ta' festa jitneħħew it-trabijiet u l-periklu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tindif ser isir qabel il-festa minn ħaddiema fis-Central Districts Office fit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ix-xogħol fuq il-bankina, li ser isir mill-kuntrattur, ser jinbeda wara l-festa, anki minħabba l-armar ta' l-istess festa.
Peress li l-ħaddiema tal-Gvern ħadmu ħafna u b'sengħa kbira fuq il-ħajt tat-Tarzna ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol ser jitkompla minn kuntrattur privat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għandu kontenut qawwi ta' provvista ta' materjal li jiġi prokurat mingħand il-kuntratturi. Għal dan il-għan tqies opportun li x-xogħol tal-bankina l-aħjar li jsir b'sejħa għall-offerti.
Peress li skond il-figuri maħruġa mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika, jidher li f'Settembru 2000 kien hemm 16179 self-employed, jista’ l-Viċi Prim Ministru jaqsamhom skond ix-xogħol li jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fuq 72, Triq PP Caruana, Bormla, peress li qed isiru vendikazzjonijiet ma' faċċati tal-persuni f'din it-triq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il - Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bit - talba ta' l - Onorevoli Interpellant. Il - Korporazzjoni qed tikkunsidra din it - talba flimkien ma' talbiet simili oħra.