Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Freeport Corporation minn Settembru 1998 sal-lum?
Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema prezz reġgħu nxtraw mill-gvern ix-shares tal-Maltapost plc li kienu miżmuma mill-Mid-Med Bank plc? Kemm kien hemm shares? X'metodu ta' kalkolu ntuża biex waslu għal dak il-prezz?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf l-Onorevoli Interpellant li l-ishma tal-Maltapost li kienu mizmuma mill-Mid Med Bank u li nxtraw lura mill-Gvern kienu jammontaw ghal 225,000 u nxtraw bil-prezz ta' Lm 1.50 kull sehem. L-istima ta' dawn ix-shares gew stmati skond il-valur taghhom fil-kotba tal-Mid-Med Bank.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 21674 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe: Jista' l-Ministru jara li fi Sqaq il-Kubrit, Ħamrun titlesta it-tappiera kbira li hemm biex jiġu evitati ħsarat lill-karozzi li jkunu għaddejjin u jingħata xi forma ta' re-surfacing tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tappieri ma jaqghux taht ir-responsabilita' tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mal-Gozo Channel minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn l-1998 u din is-sena daħlu 73 impjegat ġdid mal-Kumpanija Gozo Channel.
Dawn il-ħaddiema ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Malta - H'Attard, Birkirkara, Bormla, il-Ħamrun, l-Ibraġġ, l-Iklin, il-Kalkara, l-Isla, il-Mellieħa, Raħal Ġdid, ir-Rabat, San Ġiljan, is-Swieqi, Ta' Xbiex, Ħal-Tarxien, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u ż-Żurrieq.
Għawdex - Għajnsielem, Kerċem, Marsalforn, in-Nadur, il-Qala, San Lawrenz, Ta' Sannat, Victoria, ix-Xagħra, ix-Xewkija u iż-Żebbuġ.
Barranin - Bulgarija, ir-Russja u l-Kraina (fuq kuntratt definit)
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-WSC minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1998 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma impjegatx ħaddiema ġodda. Is-sena ta' wara impjegat erbgħa - wieħed mill-Birgu, wieħed minn Birkirkara, wieħed minn Ħaż-Żabbar u ieħor minn Buġibba. Matul din is-sena il-Korporazzjoni impjegat tmien ħaddiema ġodda - tnejn mill-Ħamrun u wieħed minn kull wieħed minn dawn il-postijiet - Santa Luċija, San Ġwann, in-Naxxar, Saint Andrew's, Pembroke u San Ġiljan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda bħala Casual Social Assistents minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mat-Transport Authority minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn Settembru 1998 sa llum l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku mpjegat disa' persuni ġodda li l-lokalitajiet li ġejjin minnhom huma:-
Qormi - 1
Mosta - 1
Sta. Venera - 1
Msida - 1
Fgura - 1
Mellieħa - 1
Nadur (Għawdex) - 1
B'Kara - 1
Marsascala - 1
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-Housing Authority minn Settembru 1998 sal-lum?
Min liema lokalita' ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sas-6 ta' Diċembru 2000 daħlu sitt impjegati ma' l-Awtorita' tad-Djar. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
San Ġwann
Kappara
Tarxien
Żurrieq
Kalkara
Qormi
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-MDC minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul l-1998 il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta impjegat tlitt ħaddiema ġodda - wieħed minn Birżebbugia, ieħor mill-Mellieħa u ieħor minn Ħal-Għaxaq. Fl-1999 ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda, wieħed minnhom kien Student-Ħaddiem. Dawn it-tnejn huma mis-Swieqi. Matul din is-sena l-Korporazzjoni impjegat tlitt ħaddiema ġodda - wieħed barrani u tnejn minn tas-Sliema.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda mal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin iddaħħlu 10 ħaddiema ġodda kif jidher fl-Iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din il-lista ma tinkludix lil dawk ir-reklutati ġodda bħala “Trainee Correctional Officers” peress li l-ħatra tagħhom bħala “Correctional Officers” issir biss jekk jgħaddu mill-eżami li jridu joqogħdu għalih wara li jtemmu t-taħriġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu membri ġodda mal-Forzi Armati ta' Malta minn Settembru 1998 sal-lum?
Min liema lokalita' kienu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bejn Settembru 1998 u Novembru 2000 daħlu b’kollox 94 membri ġodda fil-Forzi Armati, li ġew minn ibliet u rħula kif jidher hawn taħt:
MALTA
Belt/Raħ
al
Nru
Nru
Nru
Attard
4
Marsa
3
Sliema
1
B’Kara
4
Mellieha
1
St. Julians
1
B’Bugia
2
Mosta
4
St. Paul’s Bay
1
Cospicua
3
Mqabba
2
Sta. Lucia
3
Dingli
1
M.Scala
2
Sta. Venera
3
Fgura
2
Naxxar
2
Tarxien
3
Floriana
1
Paola
1
Valletta
5
Gudja
1
Pembroke
1
Zabbar
4
Gzira
1
Qawra
1
Zebbug
2
Gharghur
1
Qormi
6
Zejtun
1
Hamrun
2
Qrendi
1
Zurrieq
2
Kalkara
1
San Gwann
4
Luqa
3
Siggiewi
2
Total
82
GĦ
AWDEX
Belt/Raħ
al
Nru
Nru
Nru
Gh’Sielem
1
Qala
1
Victoria
4
Kercem
1
Sannat
1
Xewkija
3
Nadur
1
Total
12
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Supplies minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu ndikat mill-Onorevoli Interpellant ġew impjegati tlitt ħaddiema ma' l-Air Supplies. Dan sar fl-1999. Il-ħaddiema huma minn Birkirkara, Ħal-Qormi u Ħal-Tarxien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-MIA minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlitt snin il-Kumpanija Malta International Airport impjegat 55 persuna mqassmin kif ġej.
Sena Numru Lokalita'
1998 2 1 minn San Ġwann u 1 minn H'Attard
1999 37 6 minn Birkirkara, 5 minn Ħal-Qormi,
3 mill-Ħamrun, 3 minn Ħal-Tarxien
2 mill-Fgura, 2 minn Valletta, 2 minn San Ġiljan
2 minn Santa Venera, 2 minn Birżebbuġia, u
1 minn kull wieħed minn dawn il-postijiet :
Ħal-Kirkop, Ħaż-Żabbar, il-Qrendi, iż-Żejtun,
is-Siġġiewi, ir-Rabat, il-Gudja, Raħal Ġdid,
Wied il-Ġħajn u l-Marsa.
2000 16 2 mir-Rabat, Għawdex, 2 miż-Żejtun,
2 minn Ħal-Qormi, 2 minn Birkirkara,
1 mill-Qrendi, 1 mill-Qala, 1 mill-Mqabba,
1 mill-Fgura, 1 mill-Mellieħa, 1 miż-Żurrieq,
1 minn Ħal-Luqa u 1 minn Ħal-Tarxien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Government Investments Ltd minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?