Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk ix-xogħlijiet li saru matul is-sena 2000 fil-lokalitajiet tat-2 Distrett minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Ambjent u li ma tħallsux mill-Kunsill Lokali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fil-lokalitajiet tat-2 Distrett mill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Distretti u li għadhom ma tħallsux mill-Kunsilli Lokali huma:
Job No. Lokalita' Sit Xogħol
23106 Wied il-Għajn Ġnien - Bajja ta' San Tumas Tisbieħ
23513 Kalkara Bajja tar-Rinella Tisbieħ
24355 L-Isla Toroq differenti Irranġar
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li nqabdu jabbużaw mid-droga tul Diċembru 2000? X'eta' kellha kull persuna li nqabdet tabbuża u x'tip u x'ammont ta' droga kellha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 2000, kien hemm 23 persuna li l-eta` tagħhom kienet ta` bejn is-16 u 45 sena li nqabdu jabbużaw mid-droga. L-ammont ta` droga maqbuda kien kif ġej:-
Cannabis
2.5 grms
Ecstacy
980 tablets
Heroin
407 grms
Cocaine & Heroin
24 sachets
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn fix-xahar ta' Diċembru 2000 mill-Health Centres separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-total ta' siringi li tqassmu b'xejn miċ-Centri tas-Saħħa lil dawk il-persuni li jsofru mill-vizzju tad-droga fix-xahar ta' Diċembru 2000 huwa dan:
Floriana
1900
Qormi
841
Gzira
3483
Paola
4000
Cospicua
800
Mosta
1742
Rabat
770
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilta' li din is-sena Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu, Fgura tingħata kisja tarmak minħabba l-inkonvenjent li qed tikkaġuna lir-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi mall-Joint Office sabiex l-art meħtieġa biex it-triq tinfetaħ kollha tiġi mgħoddija lid-Dipartiment, u hekk ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet se jsiru din is-sena fuq il-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din is-sena ser isir it-tieni fażi tal-Proġett li hija l-'link' bejn il-parti ta' isfel u l-parti ta' fuq u ser titkompla s-sistema ta' dawl għal pjazza.
Peress li l-Met Office huwa responsabbli, għal fost l-oħrajn, tbassir tat-temp għall-pubbliku in ġenerali, tbassir tat-temp għall-attivitajiet fuq il-baħar (sajd, jottijiet, tħaffir għaż-żejt, baħħara, eċċ), tbassir u twissijiet għall-Protezzjoni Ċivili, tbassir tat-temp għall-avjazzjoni ċivili u militari, u t-tħaris ta' arkivju estensiv ta' informazzjoni li nġabret fuq aktar minn 50 sena, dan jista' jitqies bħala patrimonju nazzjonali; u peress li dawn kollha jistgħu ma jiffurmaw parti mill-policy ta' kumpannija privata naturalment tħares lejn kif se jkollha aktar profitt, jista' l-Ministru jgħid meta l-MIA tiġi pprivatizzata, x'garanzija se jkollu il-gvern li jibqagħlu kontroll fuq il-Met Office?
X'sinifikat se jkollha l-World Meteorological Organization (Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li tagħha Malta għandha r-Rappreżentat Permanenti) meta l-MIA tiġi pprivatazzata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000? Mil-liema lokalita' kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' persuni li tilfu l-impjieg għax-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000? Minn liema qasam kienu ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-figuri ta' persuni li sabu mpjieg ġdid meta kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000? F'liema qasam instab dan l-impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-engagement forms li daħlu l-ETC sal-11 ta' Jannar 2001, in-numru ta' persuni li sabu xogħol waqt li kienu qiegħdin jirreġistraw bejn Settembru u Novembru 2000 kien kif ġej:
Settembru 617
Ottubru 496
Novembru 340
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Issa li jidher li x-xogħol fuq il-kumpless sportiv tal-Kottonera beda, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex trakkijiet mgħobbija bil-ħamrija u terrapin ma jibqgħux iħammġu t-toroq tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li l-kuntrattur qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex ma jinħoloqx inkonvenjent fl-inħawi.
Issa li jidher li x-xogħol fuq il-kumpless sportiv tal-Kottonera beda, jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex trakkijiet mgħobbija bil-ħamrija u terrapin ma jibqgħux iħammġu t-toroq tal-Kottonera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li waħda mill-kundizzjonijiet li kien hemm fit-'tender' kienet li l-kuntrattur li jiġi magħżul biex jieħu x-xogħol ikollu l-obbligu li jara li kull inġenji li joħorġu mis-sit ikunu mnaddfa qabel ma dawn joħorġu fit-triq. Għaldaqstant minħabba li din il-klawżola ġiet imposta fuq il-kuntrattur, hi r-responsabilita` diretta tiegħu li jippreveni dan milli jsir, jiġifieri li t-trakkijiet mgħobbija bil-ħamrija u terrapien iħammġu t-toroq.
Il-kuntrattur qed ikun imfakkar regolarment dwar dan.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21952?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Settembru 1998 u t-12 ta' Diċembru 2000 ġew impjegati 58 persuna mal-Korporazzjoni Enemalta. Minn dan it-total, 34 huma xufiera impressed li ġew impjegati fuq bażi permanenti. L-impjegati ġodda huma minn dawn il-lokalitajiet:
Siġġiewi 7 Birkirkara 4 Xagħra 4
Żurrieq 4 Mosta 3 Ħaż-Żebbuġ 3
Raħal Ġdid 3 Attard 3 Safi 2
Qrendi 2 Rabat 2 Qormi 2
Qawra 1 San Ġwann 1 Żejtun 1
Mqabba 1 Sannat 1 Qala 1
Dingli 1 Żabbar 1 Tarxien 1
Fgura 1 Għaxaq 1 Mġarr 1
Santa Luċija 1 Għajnsielem 1 Victoria 1
Ħal-Far 1 Marsa 1 Nadur 1
Xewkija 1
Matul l-istess perjodu ġew ingaġġati 17-il apprentist li huma minn dawn il-lokalitajiet:
Luqa 2 Qrendi 1 Msida 1
Cospicua 1 Żabbar 1 Dingli 1
Qormi 1 Lija 1 Mosta 2
Naxxar 1 Marsaskala 1 Vittoriosa 1
Żejtun 1 Fgura 1 Żabbar 1
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21945?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu li qed issir riferenza għalih ġew impjegati 14-il persuna mal-Maltacom. Dawn il-ħaddiema ġodda huma minn dawn il-lokalitajiet:
Żejtun 4 Mosta 2 Burmarrad 1
Għaxaq 1 Santa Venera 1 Naxxar 1
Marsaskala 1 San Pawl il-Baħar 1 Santa Luċija 1
Sliema 1
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21950?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998 u l-31 ta' Diċembru 2000 ġew impjegati 1,078 ħaddiem ma' l-Air Malta Group. Dan l-ammont jinkludi 753 ħaddiem li ġew impjegati fuq bażi part-time u għal żmien limitat. Kif jindika n-numru, l-ħaddiema mpjegati huma minn kull belt u raħal ta' Malta.