Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22472 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Applikazzjoni A 2815/00

Question

Jista' l-Ministru jara meta se tintlaqa' t-talba għal servizz ġdid ta' l-elettriku li saret f'Settembru li għadda bl-applikazzjoni numru A2815/00?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-fatt is-servizz li qed issir riferenza għalih ingħata.
Leg 9 PQ #22474 Sitting 471 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sta. Luċija — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa' tibda tixgħel bozza li hemm f'Oleander Avenue ma' Tower Promenade, Sta. Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza msemmija diġa' saret.

Bormla — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Bormla li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Kalkara — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Kalkara li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Xgħajra — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fix-Xgħajra li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.
Leg 9 PQ #22459 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati inċidenti tat-traffiku tul Diċembru 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 2000 ġew irrapurtati lill-Pulizija 1,141 inċident tat-traffiku.
Leg 9 PQ #22460 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu — Logħob

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar logħob u rebħ fuq Super 5, tiritombla, lottu, lotterija nazzjonali tul is-sena 2000? Kemm kienu dawk ir-rebħiet li ma ssarfux?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru 22521.
Leg 9 PQ #22461 Sitting 470 2001-01-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Logħob tal-Pools

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm logħob tal-pools tal-football fiż-żmien li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma hemmx ħsieb li d-Dipartiment tal-Lottu jintroduċi xi logħob tal-pools tal-football.

Pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli l-proċess li kien inbeda minn Gvern Laburista sabiex dawk il-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura dwar il-pensjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta se jitkompla dan il-proċess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15843.

Fgura — Triq Hompesch

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol biex Triq Hompesch, Fgura tinqala' u tinbena mill-ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar- risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 22605.

Birgu — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Birgu li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Isla — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fl-Isla li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ser jagħmel wiċċ ġdid f'dawn il-lokalitajiet:- Pjazza Gorġ Mitrovich Triq l-Arċisqof Mattei Pjazza Papa Benedittu XV Triq il-Vitorja Misraħ 4 ta' Settembru Pjazza Franċesco Zahra.

Żabbar — Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Ħaż-Żabbar li se isirilhom resurfacing din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 22449.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun tilfet il-pala ta' idejha, hijiex intitolata għal xi benefiċċju? X'tip ta' benefiċċju hu dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna li tkun tilfet il-pala ta' idejha ma hi ntitolata għall-ebda benefiċċju partikulari, li hu marbut mal-kundizzjoni fiżika tagħha. Madankollu d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jħallas diversi benefiċċji, kemm kontributorji u kemm mhux kontributorji, li l-persuna kkonċernata tista' tkun intitolata għalihom jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet marbuta magħhom. Huwa għalhekk ssuġġerit li l-persuna tirrikorri għand l-Uffiċċjal Distrettwali tad-Dipartiment inkarigat mill-Customer Care jew fl-Uffiċċju Distrettwali tal-lokal tagħha fejn tingħata parir dwar liema benefiċċji jistgħu japplikaw fil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #22439 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lorenzo Gafa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-iskola Lorenzo Gafa'? Meta se jitlesta kull xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet ta' ġebel u konkos fuq il-blokk il-ġdid huma lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi elettriċi u mekkaniċi. Sejra tkun ippublikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura biex jitlesta dan il-blokk u ssir ir-riabilitazzjoni ta' l-eżistenti. Hu previst li x-xogħol kollu jitlesta sa l-aħħar ta' din is-sena.

Kottonera — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li ssir rotta diretta mill-Kottonera lejn l-isptar San Luqa kull filgħodu hekk kif isir f'lokalitajiet oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba nuqqas ta' patrunaġġ fuq din ir-rotta, dan il-vjaġġ mhux qiegħed fuq skeda regolari. Madankollu, jien infurmat li jekk tinħass il-ħtieġa dan il-vjaġġ ikun jista' jsir.
Leg 9 PQ #22441 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal din is-sena għal xogħol fuq Bieb is-Sultan, Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kottonera Rehabilitation Committee.

Unemployment benefits

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu f'unemployment benefits fis-sena 2000 f'kull uffiċċju distrettwali, uffiċċju b'uffiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lokalita' ta' fejn wieħed joqgħod mhix kundizzjoni li biha persuna tikkwalifika għall-Benefiċċju tad-Disimpjieg u għaldaqstant ma tinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Dwar l-ammont ta' benefiċċji tad-Diżimpjieg imħallsa s-sena li għaddiet, l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment sallum hija li bejn Jannar u Novembru 2000 tħallsu Lm444,510 bħala Benefiċċju għad-Disimpjieg u Lm293,956 bħala Benefiċċju Speċjali għad-Disimpjieg.