Legislature:
Category:
Reset
Active:

KMS — karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport għandiex għall-użu tagħha karozza tal-linja proprjetà tal-istess Kunsill Malti għall-Isport? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid: a) meta nxtrat jekk din kienet inxtrat; b) jekk inxtrat kemm qamet u mingħand min inxtrat; u ċ) kemm-il darba ntużat matul dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-KMS għandu għall-użu tiegħu karozza tal-linja li nxtrat mingħand Transport Malta fil-15 ta' Diċembru 2011 għall-prezz ta' €15,340.00. Din il-karozza tal-linja bdiet tintuża f'Jannar li għadda wara li sar ix-xogħol ta' manutenzjoni meħtieġ u l-vettura sarilha l-VRT. Minn Jannar li għadda din il-karozza tal-linja intużat seba' (7) darbiet għat-trasport tal-parteċipanti fil-programmi sportivi tal-KMS, kif ukoll intużat darba biex iġġorr atleti internazzjonali tal-weightlifting.

KMS — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) għandiex vetturi tagħha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ta' liema tip huma, meta nxtraw, kemm qamu u x'kienet ir-raġuni għaliex inxtraw f'kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS — tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw tenders mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Jannar 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid: a) għal liema servizz kienu dawn it- tenders ; b) meta ħarġet kull sejħa għal kull tender u kif ġiet reklamata; ċ) kemm applikaw għal kull tender; d) lil min kienu dawk li applikaw għal kull tender u l-offerta ta' kull wieħed minnhom; u e) min ingħata kull tender?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #777 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Fond Għall-Kawżi Ġusti — għajnuna mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew committed għajnuniet lill-għaqdiet differenti mill-Good Causes Fund bejn Awwissu 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid min kienu dawk li ġew imwiegħda minn din l-għajnuna u l-ammont għal kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #778 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza nħolqot mal-Heritage Malta bejn Awwissu 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid għal kull każ: a) x'kienet il-vakanza; b) meta u kif saret is-sejħa; ċ) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull sejħa; u d) min kien magħżul għal kull vakanza?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #779 Sitting 24 2013-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — inventarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u it-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Racing Club — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Marsa Racing Club bejn Jannar 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u kemm fuq bażi part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant ġiet impjegata persuna waħda fuq bażi full-time. Ġew impjegati wkoll żewġ persuni fuq bażi part-time. Dawn jaħdmu mhux aktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, jitħallsu b'rata fissa kull siegħa li jaħdmu u ma jirċievu ebda tip ta' bonus kemm statutorju u kemm xi tip ta' bonus ieħor. Infurmat ukoll li ġew impjegati seba' persuni oħra fuq bażi part-time u dawn jaħdmu biss waqt it-tiġrijiet u l-maġġoranza taghħom jaħdmu fuq roster.

KMS — xiri ta' għamara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtrat għamara ġdida mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Jannar 2013 u llum? Jista' jgħid ukoll kemm intnefaq fuq din l-għamara u min fejn inxtrat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS — xiri ta' monitors u televisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx monitors u/jew television mill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Settembru 2012 u Marzu 2013? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm inxtraw, ta' liema daqs kienu, kemm intnefaq f'kull każ u minn fejn inxtraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2012 u Marzu 2013 inxtraw żewġ 17" LCD TFT monitors mingħand Scan Ltd. għall-prezz ta' €141.55c l-wieħed. Fl-istess perjodu ma' nxtraw ebda televisions.

KMS — xiri ta' water dispensers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx water dispensersmill-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Settembru 2012 u April 2013? Jista' jgħid għal kull każ meta nxtraw, mingħand min inxtraw u kemm damu biex inxtraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Settembru 2012 u April 2013 inxtraw żewġ water dispensors mingħand Eco Pure, Premium Water Co. Ltd. L-ordni ghal dawn il-water dispensors saret fit-28 ta' Marzu 2013 u dawn waslu fit-03 ta' April 2013.

KMS — vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vakanza nħolqot mal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) bejn Awwissu 2012 u Frar 2013? Jista' jgħid għal kull każ: a) x'kienet il-vakanza; b) meta u kif saret is-sejħa; ċ) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull sejħa; u d) minn kien magħżul għal kull vakanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat fil-mistoqsija, inħolqu seba' (7) vakanzi mal-Kunsill Malti għall-Isport. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpless Sportiv tal-Kottonera — ħela ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li ma jkunx hemm ħela ta' dawl fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera? Jista' jgħid jekk hix prattika normali li l-main hall tal-istess kumpless tkun mixgħula anke meta mhux tintuża?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna responsabbli mill-Kumpless Sportiv tal-Kottonera huwa l-facility manager tal-istess faċilità li għandu r-responsabbilità kollettiva ta' kull ma jiġri fil-kumpless. Mhix prattika normali li l-main hall tal-istess kumpless tkun mixgħula anke meta mhux tintuża.

Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #424 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Familja u Soliderjetà Soċjali — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tagħha kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — kuntratti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tagħha kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-Informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Leg 12 PQ #427 Sitting 22 2013-05-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Racing Club — audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jiġu ppreżentati l-audited accounts tal-Malta Racing Club? Jista' jgħid ukoll min huma l-awdituri tal-istess Malta Racing Club?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat illi l-aħħar li ġew ippreżentati l-audited accounts tal-Malta Racing Club kienu dawk tas-sena 2011. L-awdituri tal-Malta Racing Club huma R.S. Attard-Moore Stephens Malta, Certified Public Accountants.

Malta Enterprise — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Malta Enterprise — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saru is-sejħiet għall-impjieg u kemm applikaw f'kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.