Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-ispiża finali sabiex tlestiet id-dar ta' l-anzjani f'Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ispiża finali biex tlestiet id-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla laħqet Lm2,064,000. Minn dan l-ammont madwar Lm150,000 għad iridu jitħallsu meta ssir il-verifika neċessarja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li ġew struck off minn fuq ir-reġistrar tul is-sena 2000, maqsuma xahar xahar? X'kienu r-raġunijiet għaliex inqatgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir sabiex il-pulizija u suldati li ta' kuljum ikunu xogħol mal-bini tal-Parlament, ikollhom x'jilqgħalhom kontra l-elementi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minħabba n-natura ta` xogħol tagħhom, il-Pulizija kollha huma pprovduti b`ġakketta water proof u ingwanti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-traffic impact assessment u l-enviroment impact assessment għall-proġett tal-Kottonera? Jekk huma lesti, jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej: -
L-ewwel abbozz tat-
Traffic Impact Statement
ġie sottomess lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, fit-22 ta` Jannar 2001. Dan diġa` ġie analizzat, u l-konsulent ser jiġi mgħarraf b`xi tibdiliet li jeħtieġ isiru sabiex jiġi ppreparat l-abbozz finali.
L-
Environmental Impact Assessment
għal Cottonera
yacht marina
qed jiġi ppreparat minn konsulenti indipendenti appuntati mill-iżviluppatur. L-EIA għadu ma ġiex sottomess lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' membri fil-Korp tal-Pulizija maqsuma skond il-grad? Jista' jaqsam dan it-total f'kategoriji skond kemm ilhom membri, bejn sena u għaxar snin, bejn 11 u 20 sena u 'l fuq minn 20 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` membri fil-Korp tal-Pulizija hu ta` 1,716. It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fit-tieni parti tal-Mistoqsija hu kif ġej:
Grad
`L fuq minn 20 sena servizz
Bejn 11 u 20 sena servizz
Bejn sena u 10 snin servizz
Kummissarju
1
-
-
Deputat Kummissarju
1
-
-
Assistent Kummissarju
6
-
-
Supretendent
17
6
-
Spettur
15
38
19
Surġent Maġġur
3
-
-
Surġent
114
118
47
Kuntistabbli
224
504
603
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Air Malta Group tul is-sena 2000? Jista' jaqsamhom xahar b'xahar u jgħid ma' liema sussidjarja ġew assenjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta, tul l-aħħar għaxar snin, kien hemm żidiet fil-ħlasijiet tad-drivers' licence?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-unika żieda li kien hemm fil-ħlas tal-liċenzja tas-sewqan driving lisence kienet fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista meta permezz ta' Avviż Legali Nru. 240/97, li kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16555 ta' 30 ta' Diċembru 1997, il-ħlas żdied minn Lm1.20 fis-sena għal Lm2 fis-sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Gvern, maqsuma xahar xahar, tul is-sena 2000? Jista' jgħid wkoll f'liema grad kienu mpjegati u fl'liema dipartiment ġew assenjati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2000, erba’ mija u sitta u sittin (466) persuna li qabel kienu jaħdmu bħala “Impressed Drivers” ħadu impjieg indefinit mas-Servizz Pubbliku, filwaqt li tmienja u sebgħin (78) ħaddiema li qabel kienu fl-AWTS ukoll ħadu mpjieg indefinit. Fis-sena 2000, spiċċaw mill-impjieg minn mas-Servizz Pubbliku tmien mija u tmienja u disgħin (898) impjegat. Fl-istess sena, in-numru ta’ mpjegati ġodda mas-Servizz Pubbliku kien ta’ ħames mija u ħamsa u sebgħin (575). Dettalji mitluba dwar impjegati ġodda jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' use classes order fejn huma maqsuma l-attivitajiet kummerċjali
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fl-Avviż Legali 53 ta` l-1994 li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 15,935 tad-29 ta` April, 1994, u li ġie amendat permezz ta` l-Avviż Legali 70 ta` l-2000 li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern Nru. 16,938 tal-25 ta` April, 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-PA tul is-sena 2000? Jista' jaqsamhom xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
B`żieda mat-tagħrif li jien tajt dwar dan is-suġġett fit-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21522, ninsab infurmat illi f`Diċembru, ġew impjegati żewġ (2) ħaddiema oħra ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dawn kienu 'replacements' fil-grad ta` Secretarial Assistants.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu mitluba jħallsu oriġinarjament l-anzjani residenti fid-dar ta' Bormla? X'inhu l-ħlas mitlub bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-anzjani fid-Dar ta' Bormla, l-istess bħall-anzjani fid-Djar Residenzjali ta' l-istat kollha, huma mitluba jħallsu 60% tad-dħul totali tagħhom, basta dan:
(a) l-ammont ta' kontribuzzjoni ma' jkunx iżjed minn Lm6 kuljum u
(b) r-resident jibqa' mhux b'inqas minn Lm550 fis-sena għad-dispożizzjoni tiegħu.
Dawn ir-rati ġodda daħlu fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2000. Qabel dik id-data l-ammont ta' kontribuzzjoni dovut mill-anzjani fid-djar tal-Gvern kien l-istess ta" 60% pero':
(a) l-massimu kien ta' Lm4 kuljum
(b) l-ammont minimu għad-dispożizzjoni ta' l-anzjan kien ta' Lm360 fis-sena
(c) l-ewwel Lm100 dħul minn imgħax ma kienx jiġi magħdud ma' l-ammont ta' dħul totali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm ilmenti li spetturi ta' l-ETC qed jaqtgħu nies mir-register anke fuq suspetti li qed jaħdmu u jirreġistraw? Ma jidhirlux il-Ministru li dawk li jinqabdu għandhom jiġu mgħarfa b'dan fejn jinqabdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni ma rċeviet l-ebda lment li xi spetturi qiegħdin jaqtgħu nies mir-reġistrar fuq suspetti. Persuni jinqatgħu minn fuq ir-reġistru wara li jkunu ġew investigati. Kull min jinqabad jaħdem u jirreġistra jkun infurmat b'ittra u jkun wkoll avżat bid-drittijiet tiegħu biex jekk ikun irid jappella mid-deċiżjoni ta' l-ETC. Dan billi jressaq il-każ tiegħu quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif l-ETC tippretendi li persuni jirreġistraw għax-xogħol iħallsu Lm 198 bħala deposit sabiex jieħdu course ta' l-istess ETC?
X'ser jiġri minn min ma jkollux biex iħallas u allura ma jattendix għall-course?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ titlob depożitu dwar dawk il-programmi ta' taħriġ li hi stess qiegħda tħallas għalihom. L-iskop tal-ħlas tad-depożitu hu biex dawk li jattendu dawn il-programmi jkunu kommessi li jattendu għall-programm kollu.
Ninsab infurmat ukoll li l-Korporazzjoni dejjem lesta tikkunsidra l-eżenzjoni minn dan il-ħlas lil dawk l-applikanti li qiegħdin jirreġistraw u ma jkunux f'pożizzjoni li jħallsu d-depożitu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex mhux ikunu aċċettati flus kontanti għall-ħlas ta' liċenzji tas-sewqan iżda mbagħad jiġu aċċettati għal ħlas tal-liċenzja tal-karozza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-formola li qed tintbagħat lil dawk li jkun imisshom jibdlu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom qed ikunu nfurmati biex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom flimkien mad-dokumenti l-oħra meħtieġa bil-posta. Dan qed isir biex dak li jkun ma jinħoloqlux l-inkonvenjent li jrid imur joqgħod fi queue. Kif jaf l-Onor. Interpellant, huwa llegali li tibgħat flus bil-posta, u għalhekk dawn l-individwi qed jintalbu jibagħtu cheque jew money order.
Min imbagħad ma jridx li jinqeda bil-posta u jippreferi li jiġi d-Dipartiment, ipprovdejna kaxxa apposta fejn wieħed jista' jitfa' l-applikazzjoni tiegħu.
L-istess isir fil-każ tal-liċenzji tal-karozzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma t-training providers li ġew magħżula mill-ETC sabiex jagħtu l-courses tan-NIFTE? Kemm kienu oriġinarjament dawk li applikaw sabiex iservu ta' training providers? Kif ġew magħżula? Jista' jgħid kif ser jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-training providers li ġew magħżula mill-ETC sabiex jgħatu l-courses tan-NIFTE huma:
Umberto Colosso Trade School
Mikiel Ang Sapiano Technical School
Dawn iċ-ċentri ġew magħżula fuq bażi ta' faċilitajiet li jippossjedu. Il-Korporazzjoni qiegħda tħallas lil dawn l-entitajiet edukattivi kif ġej, bejn Lm4 u Lm5 fis-siegħa għall-materjal u użu tal-post u Lm6 fis-siegħa għall-provvediment ta' taħriġ. Il-pagamenti kollha jsiru lill-istabbilimenti rispettivi.
Il-Korporazzjoni tagħmel użu wkoll miċ-ċentru ta' taħriġ tal-kumpanija ST Microelectronics Ltd. li jiġi provdut b'xejn .
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-uffiċju ta' l-ETC ta' Bormla? Jista' jgħid x'funzjoni jaqdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' impjegati fl-uffiċċju tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ f'Bormla huwa tnejn (2). Dawn jaqdu l-funzjoni ta' Placement Executive u Senior Clerk.