Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ser isir fihom xi xogħol fil-Fgura u l-ispiża tintrefa' mill-gvern ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-Fgura qed isiru xogħolijiet fi Triq il-Koppla, Scicluna, San Ġwann u l-Iskola, u fil-preżent qed isir xogħol ta' l-aġġudikazzjoni fuq il-kuntratt ta' bini mill-ġdid ta' Triq Hompesch.

Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati totali maqsuma skond id-dipartimenti u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għax-xahar ta' Settembru minn 1995 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23731 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana maċ-Ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw sabiex jagħmlu l-eżami ta' skrivana maċ-ċivil? Jista' jaqsumhom skond is-sessi? Jista' jgħid wkoll kemm ser ikunu ngaġġati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li kien hemm 503 applikanti biex joqogħdu għall-eżami fil-grad ta’ “Clerk” fis-Servizz Pubbliku. Minn dawn 152 kienu rġiel u 351 kienu nisa. In-numru ta’ dawk li ser ikunu ngaġġati jiddependi mill-esiġenzi tas-servizz sakemm tiskadi l-validità ta’ l-eżami li hi ta’ sena minn meta jiġu ppublikati r-riżultati.
Leg 9 PQ #23732 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati totali maqsuma skond id-dipartimenti u aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23733 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tiġi rranġata s-sitwazzjoni ta' leakages ta' drenaġġ minn mat-taraġ li minn Triq W Rosato jagħti għal Sqaq S. Liena, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li parti mis-sistema tad-drenaġġ fi Triq Santa Liena għaddejja minn main intern ta' ħamest'idjar li wara jgħaddu minn taħt propjeta' oħra li qiegħda fi Triq il-Kunċizzjoni għat-taraġ li jagħti għal Triq W Rosato. Fuq dan il-main peress li l-ħsara fi propjeta' privata, l-manutenzjoni trid issir mill-istess terzi persuni u mhux mid-Dipartiment tad-Drenaġġ.

Bormla — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li matul din is-sena ser isir xi xogħol fuqhom f'Bormla u l-ispiża tintrefa' mill-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent ma jirriżultax li hemm toroq ġodda biex jiġu asfaltati f'dan il-lokal.

Reorganisation — Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna indikata separatament min din il-mistoqsija hux ser tibbenefika b'xi żieda fil-pensjoni tagħha u dan permezz tal-reorganisation li saret fiċ-ċivil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22849 f'Seduta 473 u partikolarment għall-aħħar parti ta' dik it-Tweġiba.
Leg 9 PQ #23723 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati totali li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħol fl-Isla

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ser isir fihom xi xogħol fl-Isla u l-ispiża tintrefa mill-gvern ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 22451.

Xogħol fil-Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li ser isir fihom xi xogħol fil-Kalkara u l-ispiża tintrefa mill-gvern ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent qed isir xogħol fi Triq Straubenzie, iżda għaddejien diskussjonijiet ukoll mal-Kunsill sabiex jitwettaq proġett biex titranġa t-triq u jitneħħa l-għargħar f'Bighi Road, asfaltar fi triq Ġianni Raimondo u pjan għat-titjib ta' Triq Santa Liberata. Meta dan il-pjan jiġi ffinaliżżat, ix-xogħol isir skond il-prijoritajiet ta' xogħol li jkollu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #23729 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Extension tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir l-extension tad-drenaġġ fi Triq R.Taylor, Bormla, u dan għall-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed titlesta tender biex issir l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq R Taylor, Bormla. Din tkun tista' titwettaq wara li tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #23480 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ingaġġ ta' Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm ingaġġ ta' suldati mal-Forzi Armati? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li matul dan ix-xahar ser joħorġu fil-Gazzetta tal-Gvern żewġ sejħiet għal applikazzjonijiet għall-ingaġġ fil-Forzi Armati ta’ Malta, waħda fil-livell ta’ “Gunner” u l-oħra fil-livell ta’ Uffiċjal Kadett.

ETC — Rapporti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti mill-ETC minn Ottubru 1998 sal-lum? Jista' f'kull każ jgħid minn min saru u kemm qamu? Jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn Ottubru 1998 sallum, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ ikkummissjonat rapport wieħed. Dan ir-rapport sar mill-aġenzija FAS ta' l-Irlanda u sewa Lm32,921.26. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21023 f'Seduta Numru 422.
Leg 9 PQ #23484 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Maltapost tul is-sena 2000? Jista' jaqsamhom, xahar xahar?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Jannar 21 Frar u Marzu Xejn April 10 Mejju 6 Ġunju 10 u 5 studenti ħaddiema għal perjodu ta' tlitt xhur Lulju 6 u student ħaddiem għal perjodu ta' tlitt xhur Awissu 4 Settembru 4 Ottubru 1 Novembru 4 Diċembru 21 Total 87 u 6 studenti ħaddiema Tajjeb jingħad li f'ħafna każi dawn kienu replacements għall-ħaddiema li marru lura mal-Gvern.