Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani ta' 75

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk anzjani ta' 75 sena humiex intitolati li meta jmorru biex jinqdew ġewwa dipartiment tal-Gvern jew banek jaqbżu l-kju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani ta' 75 sena u li huma fil-pussess tal-Kartanzjan huma ntitolati li jaqbżu l-kju meta jmorru l-Isptar jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

Żabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tingħata wiċċ il-parti ta' Triq il-Baħrija kantuniera ma' Triq il-Kapuċċini, Żabbar, peress li qed toħloq inkonvenjent lir-residenti u peress wkoll li s-servizzi kollha huma mgħoddija u jonqos biss kisja tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex tinxtara l-art li hemm bżonn tittieħed biex Triq il-Baħrija tinfetaħ għal Triq Alessio Erardi biex b' hekk ukoll tittaffa l-inċidenza ta' għargħar f'din il-parti tat-triq. L-asfalt ta' din it-triq ikun jista' jsir meta l-art li semmejt tkun akwistata.

Pass Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25301 li oriġinarjament kienet lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu jittrakkaw sabiex jgħabbu t-turisti, d-dgħajjes tal-Pass Maltin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Numru 25689.
Leg 9 PQ #25691 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir investigazzjoni x'inhi r-raġuni għaliex żewġ anzjani li joqgħodu f'appartament f'Bormla u li għandhom account no. 690445700-8 tad-dawl u ilma, irċevew kont ta' Lm 114 ilma għal perjodu ta' 3 xhur bejn 2 Mejju 2000 sa 29 Awissu 2000 u Lm 101 għal 4 xhur bejn 29 Awissu 2000 sa 4 ta' Jannar 2001 peress li dan l-ammont hu esaġerat għal żewġ anzjani u allura żgur li hemm xi ħaġa mhux regolari

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #25692 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li t-tfal tal-Kottonera li jattendu l-iskola Ġuże D'Amato, isirilhom xi mezz ta' trasport lejn l-iskola u lura d-dar? Kemm hu n-numru ta' studenti mill-lokalitajiet tal-Kottonera, lokal b' lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġt itfal minn Bormla jattendu l-iskola sekondarja Ġuże` D'Amato tar-Raħal il-Ġdid. Huma qegħdin jattendu barra mill-catchment area tagħhom fuq talba tal-ġenituri. Meta saret din il-konċessjoni ġew infurmati li qed jingħatalhom dan il-permess fuq il-kundizzjoni li t-trasport ikun responsabbilta` tagħhom. Minkejja dan iżda, dawn it-tfal ġew provduti b'pass għal tariffi mraħħsa fuq il-karozzi tal-linja, u l-flus li jonfqu jiġu mħallsa lura lill-ġenituri mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #25693 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li nstabu xi armi tan-nar waqt logħob tal-football? Jista' jgħid x'logħba kienet qed tintlagħab u jekk sarux rapporti u allura aktar investigazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000, u t-30 ta` April 2001, instabet arma waħda. Dan kien nhar il-11 ta` Frar 2001 waqt logħba li kienet qed tintlagħab fil-ground tal-Mosta bejn is-St. George`s u San Ġwann. Ta` min jgħid li din l-arma (senter) instabet ġo vettura li kienet ipparkjata viċin l-istess ground. Sid din il-karozza ser jitressaq il-Qorti.
Leg 9 PQ #25695 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-bozza li hemm fuq il-bieb 107, Triq P.P. Caruana. Bormla, għaliex minkejja li persuni tal-Enemalta marru fuq il-post, għadha ma tixgħalx?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #25310 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax Bands

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bidliet fil-bands tal-ħlasijiet tal-Income Tax mill-1987 sal-lum? Jista' f'kull każ jgħid kemm kien in-numru ta' tax payers?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1987 sar tibdil fit-tax bands ħames darbiet. Dawn saru f’dawn is-snin: 1987 (Att VIII tal-1987) 1989 (Att XXXI tal-1998) 1990 (Att XXXVI tal-1990) 1996 (XX tal-1996) 2000 (Att XI tal-2000) Mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija sena b’sena, imma n-numru totali ta’ taxpayers individwi llum huwa 211,058. Dan it-total jinkludi numru ta’ individwi mejtin jew miżżewġin jew nies li m’għadhomx residenti f’Malta u li l-account tagħhom għadu ma ngħalaqx. Għalhekk it-total reali huwa inqas.
Leg 9 PQ #25417 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Permess ta' Hawker

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha permess ta' hawker sabiex tbiegħ il-ħxejjex, jistax ikollha wkoll permess li tbiegħ il-preserves? Jekk fl-affermattiv, xi trid tagħmel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejjiegħ fit-toroq jista` jbiegħ dawk l-oġġetti skond ma jkunu indikati fuq il-permess. Biex persuna li jkollha permess ta` bejjiegħ fit-toroq tbiddel il-ġeneru jew iżżid jew tnaqqas mill-ġeneru li tbiegħ, din għandha tagħmel talba (applikazzjoni) bil-miktub fl-uffiċċju tal-Liċenzji, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Furjana.
Leg 9 PQ #25418 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Diamox & Indexol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom neqsin il-mediċini Diamox u Indexol mill-ispiżeriji tal-Gvern? Meta ser ikunu available?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għall-ETC persuna tirreġistra bħala bajjad ifissirx li trid taċċetta xogħol bħala kaħħal u jew bennej (ċioe fil-kostruzzjoni) għax inkella tinqata' mir-reġistrar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jiġu offruti mpjieg skond il-preferenzi li huma jirreġistraw għalihom. Jekk, wara ammont ta' żmien ma jsibux xogħol, jew dak ix-xogħol li huma jkunu rreġistraw għalih ma jkunx hawn fis-suq, il-Korporazzjoni tista' toffri xogħol li huwa relatat. Jekk l-individwu ma jkollux il-ħiliet meħtieġa, il-Korporazzjoni tgħinu billi tibgħatu għat-taħriġ jew jekk ikun eleġibbli ddaħħlu fi skemi li toffri l-Korporazzjoni. Ix-xogħol ta' bajjad huwa parti mis-settur tal-kostruzzjoni u għalhekk persuni jistgħu jintbagħtu, dejjem skond il-kriterji mitlubin minn min iħaddem u skond il-proċeduri tal-Korporazzjoni. Ta' min jgħid u jfakkar illi l-ewwel obbligu qiegħed fuq l-individwu biex isib xogħol. Kull min jirrifjuta offerta ta' xogħol jew taħriġ mingħajr raġuni valida jinqata' minn fuq ir-reġistru.

Barklora Maltin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25301 li oriġinarjament kienet lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid fejn hu possibli (ċioe f'liema portijiet) li jaħdmu l-barklora Maltin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li tradizzjonalment il-barklora joperaw mill-landing places li jinsabu l-Birgu, l-Isla u d-Dwana l-Qadima. Minn żmien għal żmien kienu joperaw ukoll bejn tas-Sliema u x-Xatt tal-Belt, ġewwa Marsamxetto.
Leg 9 PQ #25303 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħlas Amministrattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jintalab ħlas amministrattiv ta' Lm 25 meta xi cheque ma jissarafx għall-ħlas ta' kont tad-dawl? X'jiġri jekk fil-każ ikun sar żball mill-personnel tal-istess korporazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma titlob ħlas amministrattiv ta' Lm25 meta ċekk li jsir biex ikopri l-ħlas tal-kont tad-dawl u l-ilma ma jissarrafx minħabba li ma jkunx hemm flus biżżejjed fil-kont bankarju tal-konsumatur. Dan il-ħlas amministrattiv ikopri l-ispejjeż li l-Korporazzjoni tagħmel biex treġġa' lura l-ammonti u tibbilanċja l-kont u biex ikopri wkoll l-ispejjeż li tidħol fihom il-Korporazzjoni Enemalta meta tibgħat il-Compliance Officers biex jiġbru dan l-ammont ta' flus mingħand il-konsumatur. Naturalment, jekk jirriżulta li l-iżball ma jkunx tal-konsumatur, il-ħlas amministrattiv ma jiġix mitlub.
Leg 9 PQ #25304 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Elessio Erardi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress sabiex tkun installata bozza fin-naħa ta' isfel ta' Triq Elessio Erardi, Żabbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fit-triq imsemmija, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #25305 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-Katarretti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti għal kull professur responsabbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti għal kull professur hija kif ġej:- Mr. Thomas Fenech - 518 Dr. Jan Janula - 647

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ser isir fuq toroq din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba minn l-Onor. Interpellant kif inhi sa llum (għaliex il-proċess tax-xogħol fit-toroq hu wieħed kontinwu) ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25307 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir sabiex jissaħħaħ l-pressa tal-ilma fi Triq San Ġwann, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' ħarġet il-kuntratt biex jibda xogħol fuq is-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma fl-inħawi ta' Triq San Ġwann, Bormla.

Pedestrian Crossing

Question

Peress li Vjal Kottoner Fgura saret triq traffikuża ħafna, jista' l-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing u dan sabiex minbarra r-residenti ta' Vjal Kottonera, ikunu jistgħu jinqdew wkoll ir-residenti tat-toroq V.Maculano, Carapechia,Gallu, Mondion, San Ġwann u oħrajn u dan biex jonqos il-periklu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.