Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26008 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar terġa toħroġ l-iskema sabiex ikunu rranġati l-gallarijiet fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta ser toħroġ din l-iskema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa l-iskema li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet estiża għall-Belt u l-Furjana u l-estensjoni ta` l-iskema tiġi kkunsidrata mill-ġdid wara li tagħlaq is-sena finanzjarja.

Port il-Kbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' opra tal-baħar oħra barra d-dgħajsa Maltija, li tista' tgħabbi u tħott passiġieri fil-Port il-Kbir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma hemm l-ebda tip ta' opra tal-baħar barra d-dgħajsa Maltija (tal-Pass) li tista' tgħabbi u tħott passiġġieri fil-Port il-Kbir.
Leg 9 PQ #25998 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vot

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta ttieħdet id-deċiżjoni li persuna trid tmur fl-uffċju elettorali fl-Evans sabiex tapplika għall-vot qabel tagħlaq 18-il sena? X'kien jiġri qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #25999 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karti ta' l-Identita

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn karti tal-identita li huma magħluqa? Meta ser jiġġeddu dawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26000 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipbuilding mis-sena 1990 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin il-ħaddiema illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema fil-Malta Shipbuilding mill-1990 sa llum, kienkif ġej: 1990 2,018 1991 1,916 1992 1,862 1993 1,807 1994 1,760 1995 1,087 1996 886 1997 853 1998 861 1999 842 2000 837 2001 814 (sa Mejju) It-814 il-ħaddiem li bħalissa hemm jaħdmu f'din l-azjenda ġejjin minn 56 belt u raħal ta' Malta.
Leg 9 PQ #26001 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fit-Tarzna ta' Bormla mis-sena 1990 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita ġejjin il-ħaddiema llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Jannar ta' l-1990, in-numru ta' ħaddiema fit-Tarzna ta' Malta kien ta' 3,975. It-total ta' ħaddiema sa l-24 ta' Mejju ta' din is-sena, fl-imsemmija azjenda kien ta' 2,734. Dwar is-snin bejn l-1991 u l-2000, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 23164 waqt is-Seduta numru 481. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ETC hux involuta fil-proċess ta' taħriġ u eventwalment għażla ta' personnel għall-Casino di Venezia fil-Kottonera? Jekk fl-affermattiv, kemm kienu dawk li applikaw u ġew aċċettati għal dan it-taħriġ, u minn liema lokalita ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mhix involuta fil-proċess imsemmi fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #25902 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortizza ta' Rikażli

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le li siġġijiet, imwejjed u aċċessorji oħra li kien hemm fl-iskola ta' Bighi qed jintefgħu fil-fortizza ta' Rikazli? Jista' sserraħ ras din il-Kamra, li bil-mod kif qed jintefgħu mhux tiġrilhom ħsara u allura jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għamara kollha li tista' tiġi utilizzata diġa' ġiet trasferita fi skejjel oħra. Informat ukoll li biċċiet oħra ta' għamara li temporanjament qed jiġu maħżuna ġo Forti Rikażoli huma tant fi stat ħażin li ma jistgħu jiġu utilizzati mkien.
Leg 9 PQ #25903 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet l-applikazzjoni li għandha riferenza CEA/NAT/39/99 rigward applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru ġiet miċħuda u l-persuna konċernata ġiet informata b`din id-deċiżjoni permezz ta` ittra mibgħuta fil-25 t`April, 2000.

Awtorita' tad-Djar?

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema sitta tal-Awtorita' tad-Djar li qed tkun riveduta u li suppost tkun lesta sa' Ottubru li ġej hux ser ikollu tibdil sinifikanti li jnaqqas xi forma ta' benefiċċju ossia sussidju minn dak oriġinali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ser tirrevedi l-iskema sitta biex tagħmilha iktar aċċessibbli għall-inkwilini li jgħixu fi proprjeta' tal-Gvern. Huwa prematur li nagħti aktar dettalji fuq l-iskema l-ġdida peress li l-Awtorita' tad-Djar qieghda fil-proċess ta' studju fuq din l-iskema.
Leg 9 PQ #25905 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-istudenti li sal-lum jattendu l-ispecial school ta' Santa Marija, Imsida? Ma jidhirlux il-Ministru li kellu jisma' x'qed jaħsbu u x'qed iħossu l-ġenituri li għandhom uliedhom jattendu din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-bidliet imsemmijin mill-Onor. Membru għadhom qed jiġu konsidrati.
Leg 9 PQ #25855 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru responsabbli mill-Korp. Enemalta jara li jsir dak ix-xogħol neċessarju fuq cables tad-dawl difettużi li jissuplixxu r-residenza Blk 14, Flat 1, ix-xatt ta' Bormla, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ fl-inħawi msemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.

CDU

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament jingħata attenzjoni, peress li din il-familja qed tgħix f'żewġ t'ikmamar u dan qed joħloqilha problemi kbar u dan kollu hu konfermat bir-rapport li sar tal-każ minn social worker tac-CDU?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qiegħda tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #25898 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mwiet kawża ta' overdose tad-droga, sena b'sena, mis-sena 1990 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar, 1990, sat-30 t’April 2001, nirreferih għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 7712 u Nru. 25214. Għall-perijodu bejn l-1 u l-15 ta’ Mejju, 2001, ninsab infurmat illi kien hemm każ wieħed.
Leg 9 PQ #25899 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdiet il-kawża nru. 903/91F? X'inhi r-raġuni li għadha ma' kienx hemm deċiżjoni għal din il-kawża?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-kawza msemmija giet ipprezentata fir-Registru Superjuri fit-12 ta` Awissu 1991. Giet appuntata ghall-ewwel dehra ghas-seduta tat-3 ta` Dicembru 1991. Illum qeghda differita ghall-5 ta` Ottubru 2001 ghas-sentenza. Jiddispjacini li ma nistax nikkummenta fuq it-tieni parti tad-domanda peress li l-ezitu tal-kawzi jiddependi kompletament mill-process gudizzjarju.
Leg 9 PQ #25900 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shibuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom kuntratt ta' xogħol mal-Malta Shipbuilding? X'inhu xogħolhom? X' inhu s-salarju ta' kull wieħed, u jekk hemm x'inhuma l-fringe benefits li għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Malta Shipbuilding ma għandha l-ebda kuntratt ta' xogħol ma' barranin.
Leg 9 PQ #25901 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom kuntratt ta' xogħol mat-Tarzna ta' Bormla? X'inhu xogħolhom? X'inhu s-salarju ta' kull wieħed, u jekk hemm x'inhuma l-fringe benefits li għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent it-tarzna timpjega barrani wieħed li jokkupa l-kariga ta' Chief Executive. Din il-persuna għandha salarju annwali ta' mitt elf lira sterlina u bħala "fringe benefits" għandu allowance għall-akkomodazzjoni, assikurazzjoni medika u huwa ntitolat għal għaxar biljetti ta' l-ajru fis-sena. Huwa ntitolat ukoll għal użu ta' karozza tal-kumpanija. Tajjeb jingħad li taħt l-amministrazzjoni preċedenti kien hemm maħtura żewġ chief executives mal-Malta Drydocks b'kundizzjonijiet simili.

Tiswija ta' Bini

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dipartiment inkarigat minn tiswija ta' bini, jara li jiġi rranġat xi bieb ta' barra tal-anzjana hawn taħt indikata, li qed tgħix fil-biża li jidħol fuqha xi ħadd?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

CSA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-CSA issiru tal-post, bħal ma' sar mal-impressed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern qiegħed jeżamina l-proposta li Assistenti Soċjali Każwali, ma jitqisux aktar bħala self-employed, iżda bħala mpjegati part-time u b'hekk igawdu l-benefiċċji kollha li tagħti l-liġi, u dan skond il-wegħda elettorali li kienet saret.
Leg 9 PQ #25698 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Żabbar — Triq Alessio Erari

Question

Jista' l-Ministru jara li għalqa mitluqa li hemm fit-tarf ta' Triq Alessio Erari, Zabbar jittella madwarha ħajt, skond kif titlob il-liġi u dan sabiex jitnaqqas il-periklu li hemm bil-kwantita kbira ta' ġrieden li hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex rapporti dwar din l-art imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu l-Pulizija avzat lis-sid sabiex jerga' jittella dan ic-cint. Il-Pulizija avzat ukoll lill-Ispettur Sanitarju dwar dan l-ilment.