Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna għaliex persuni li jbatu minn depression u claustrophobia u ma jissaportux ġewwa, tant li għandhom ċertifikati f'dan is-sens, l-ETC ma tagħmel xejn dwarhom, u dawn it-tip ta' nies lanqas biss jiġu wżati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għandha sezzjoni apposta biex tieħu ħsieb persuni żvantaġġjati. L-Korporazzjoni għandha skemi apposta għal dawn it-tip ta' klijenti bħal Bridging The Gap u l-Employment Training Placement Scheme (ETPS).
Il-Korporazzjoni ilha għal diversi snin tħares lejn diversi kategoriji ta' klijenti li huma żvantaġġjati bħal per eżempju nies bi hxuna eċċessiva (obesity) u problemi soċjali, barra nies b'xi mard partikulari.
Propju bħal issa qed tiġi studjata l-possibilta' li jiġi introdott programm ġdid imsejjaħ Psycho-Social Education Prevention Group Sessions li għandu jgħin persuni b'kundizzjonijiet imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jekk l-Onor. Interpellant irid jindika lill-Korporazzjoni b'mod kunfidenzjali xi persuna li jaf biha u li tinħtieġ l-għajnuna, hu jista' jagħmel dan billi jikkuntattja lic-CEO, għax mhux dejjem il-Korporazzjoni tkun taf bil-kundizzjoni tal-individwu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi memo sabiex ikun hemm bidliet fix-xogħol tal-beach cleaners tas-south? Jista' jgħid ukoll jekk tneħħiex is-servizz tal-beach cleaners nhar ta' Ħadd mill-bajjiet ta' Rinella, Xgħajra u Kalkara?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma kien hemm ebda tibdil fix-xogħ
ol tal-
beach cleaners
għ
an-Nofsinhar ta’ Malta.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija s-servizz ta’ nhar ta’ Ħadd, bħas-soltu, beda dan ix-xahar bl-istess arranġamenti li kien hemm fi snin l-oħra. Il-bajjiet imsemmija huma inklużi f’dawn l-arranġamenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament l-applikazzjoni li kellu ma' l-awtorita' tad-djar komplitx tiġi proċessata jew jekk ġietx abbandunata? Għal liema raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mingħand il-persuna indikata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom neqsin il-mediċini Diamox u Indexol mill-ispiżeriji tal-Gvern? Meta ser ikunu available?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-pilloli Acetezolemide 250mg (Diamox) waslu fit-8/5/01 u tqassmu fl-Ispiżeriji tal-Isptarijiet u ċ-Ċentri tas-Saħħa bejn it-12 - 18/5/01.
Il-pilloli Propranolol 40 mg (Inderal) waslu fis-17/05/01 u tqassmu bejn it-18 u l-25/5/01.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema ma' l-Air Malta minn 1990 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin il-ħaddiema illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema permanenti ma' l-Air Malta fil-31 ta' Marzu ta' kull sena bejn l-1990 u s-sena kurrenti kien hekk
1990 1,444 1991 1,412
1992 1,391 1993 1,468
1994 1,554 1995 1,654
1996 1,715 1997 1,716
1998 1,709 1999 1,728
2000 1,745 2001 1,743
Dawn il-ħaddiema ġejjin prattikament minn kull belt u raħal ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mat-TeleMalta/Maltacom minn 1990 sal-lum? Jista' jgħid minn liema lokalita ġejjin il-ħaddiema illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta' impjegati tal-Maltacom sena b'sena mill-1990 sa llum kien hekk
SENA TELEMALTA/ XANDIR
MALTACOM MALTA
1990 1,609 273
1991 1,859 247
1992 1,805 245
1993 1,772 218
1994 1,753 208
1995 1,756
1996 1,773
1997 1,743
1998 1,686
1999 1,511
2000 1,401
2001 1,395
Il-ħaddiema li fil-preżent hemm jaħdmu mal-Maltacom ġejjin minn 67 lokalita' f'Malta u 15-il lokalita' f'Għawdex.
JIsta' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li bagħtu għalihom sabiex jagħmlu interview għal impjieġ ta' messenger/drivers mal-Malta Stock Exchange f'April/Mejju 2001? Min liema lokalita kien? Kemm kien ilu jirreġistra kull wieħed minnhom? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi uħud minnhom li kien jirreġistraw bħala disabled? Minn fejn kien min intgħażel, kemm kellu eta u kemm kien ilu jirreġistra għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li b'kollox kien hemm 48 persuna minn 23 lokalita' differenti li kienu jirreġistraw u li bagħtu għalihom għall-intervista dwar impjieg ta' messenger/driver mal-Malta Stock Exchnage f'April/Mejju 2001, li minnhom 23 kienu qed jirreġistraw bħala disabled.
Dawn l-48 persuna kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal perijodi li kienu jvarjaw bejn dsatax-il sena u tlitt xhur.
Ninsab infurmat ukoll li min intgħażel hu minn Ħal-Qormi, għandu 29 sena u kien ilu jirreġistra għax-xogħol mit-2 ta' Ġunju 1997.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex tkun implimentat il-ftehim milħuq mal-G.W.U. f'April 1970 u ppublikat fil-Memo Nru 344 sabiex dawk l-impjegati li kienu mal-Malta Electricity Board u issa fil-Korp Enemalta jingħataw il-pensjoni kif kien miftiehom f'dak il-Memo?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21375 waqt is-Seduta numru 435 - liema mistoqsija kienet titratta l-istess materja.
Jista' l-Ministru jara li l-Grupp li qed jagħmel xogħlijiet fuq il-proġett tal-Kottonera u għalaq il-Mina li mix-Xatt tal-Birgu twassal sa Sally Port (it-Toqba), jiftaħ din l-istess mina għall-areas tal-pubbliku kull filgħaxija wara li jieqaf ix-xogħol? Jaqbel il-Ministru li din hi caħda lin-nies tal-Kottonera minn mixja li mdorrijin jagħmlu ħafna residenti tal-Kottonera fis-sajf? Jista' l-grupp jara li, jekk wara kollox l-iskuża hi sigurta', fuq saħħet in-nies u l-inġenji użati, ikollhom nies imqabbda apposta għas-sigurta' tal-inġenji u ilqugħ għall-perikli għal-saħħet in-nies biex il-mina terġa' tinfeteħ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħal kull proġett ta' din in-natura, ikun hemm ċirkostanzi li joħolqu inkonvenjent fl-inħawi ta' fejn ikun qed isir ix-xogħol. Din hija xi ħaġa temporanja sakemm isir ix-xogħol u allura l-post ikun jista' jitgawda ferm aħjar minn kif kien qabel. Il-kwestjoni li qajjem l-Onorevoli Interpellant hija proprju waħda minn dawn il-każijiet. Allovalja l-mina ma tiffurmax parti mill-Enfitewsi illi għaddiet għand il-konsorzju 'Cottonera Waterfront Group' jibqa' l-fatt iżda, illi kif eżattament toħroġ minn ġol-mina, tiġi fuq art illi tifforma parti mill-Enfitewsi li għaddiet f'idejn l-istess Konsorzju. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant fuq dan is-sit qegħdin isiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni u għalhekk tista' tiġi klassifikata bħala sit ta' kostruzzjoni li normalment siti simili ma jkunux aċċessibli għall-pubbliku.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant illi skond l-istess kuntratt ukoll, il-Konsorzju huwa obbligat illi jerġa' jiftaħ l-aċċess għall-pubbliku, la darba jitlesta x-xogħol.
Jista' l-Ministru jara li jittellgħu ħitan mal-plots mhux mibnija li hemm fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar, u dan kif wara kollox titlob il-liġi?
Response (BORG, TONIO)
B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onorevoli Membru, irid jingħad li l-Att ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ma jobbligax lis-sid biex ittella` ħitan madwar kull plots vojta. Pero` Sezzjoni 50 ta` l-istess Att tgħid: "Jekk l-Awtorita` jidhrilha li l-ġmiel jew siwi ta` żona huwa mħassar bid-dehra jew kundizzjoni ta` xi art, li tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, l-Awtorita` tista` tinnotifika lis-sid ta` l-art jew lil min ikun jokkupaha b`avviż li fih ikun meħtieġ li jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara li tiġi speċifikata fl-ordni".
A bażi ta` din il-parti tal-liġi ser jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex is-sidien ta’ dawn il-plots jiġu identifikati u ordnati jnaddfuhom u jtellgħu boundary walls.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li jekk anzjan li jkun qed jieħu pensjoni non-kontributorja u jkollu valur kapitali ta' aktar minn Lm 4,000 titwaqqafflu din il-pensjoni? Għad-dipartiment tas-sigurta' soċjali x'inhu ikkunsidrat bħala valur kapitali? F'dak il-każ li persuna jkollha Lm 4,500, din titwaqqfilha l-pensjoni? U jekk fl-affermattiv, allura trid tonfoq dawn il-flus biex terġa tikkwalifika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, biex persuna weħida (ġuvni jew xebba) tkun intitolata għall-pensjoni mhux kontributorja, l-assi kapitali tagħha ma jridux ikunu jaqbżu l-Lm4,000.
Biex jiġi stabbilit il-valur ta' l-assi kapitali jiġu meqjusa;
1. depożiti l-bank;
2. flus miżmuma d-dar; u
3. kull proprjeta' mobbli u immobbli, barra d-dar residenzjali, dar ta' villeġġjatura u karozza għall-użu personali.
Ir-risposta għat-tielet parti tal-Mistoqsija hi fl-affermattiv. Fil-każ indikat, il-persuna terġa tikkwalifika għall-pensjoni meta l-assi kapitali tagħha jinżlu għal Lm4,000 jew anqas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-Enemalta minn 1990 sal-lum sena b'sena? Jista' jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-impjegati illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta' ħaddiema, sena b'sena, impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta bejn l-1990 u l-31 ta' Mejju ta' din is-sena kien hekk:
1990 1884 1991 1925
1992 1982 1993 2015
1994 2047 1995 2050
1996 2063 1997 2064
1998 2010 1999 1976
2000 1981 2001 1944
Il-ħaddiema li bħalissa huma mpjegati mal-Korporazzjoni ġejjin prattikament minn kull lokalita' ta' Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema mal-W.S.C. mill-1990 sal-lum sena b'sena? JIsta' jgħid minn liema lokalita' ġejjin il-ħaddiema illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qabel xejn, tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma twaqqfet fl-1992, In-numru ta' ħaddiema impjegati mal-Korporazzjoni sena b'sena bejn dik is-sena u s-sena kurrenti kien kif ġej:
1992 1669 1993 1548
1994 1453 1995 1398
1996 1356 1997 1316
1998 1259 1999 1200
2000 1194 2001 1178
Il-ħaddiema li bħalissa hemm jaħdmu mal-Korporazzjoni tista' tgħid li ġejjin minn kull lokalita' ta' Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir b'mod konkret sabiex it-tfal li ma ikunux jafu jiktbu u jaqraw jonqsu? Kif jistgħu jagħmlu l-ġenituri li jkollhom xi wild li sa year 5 ma jafx jikteb u jaqra, sabiex iżommuh jirrepeti sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal dawn l-aħħar snin ħadet u għadha tieħu inizjattivi fuq livell ta' skejjel, klassijiet u individwi biex isiru magħrufa dawk it-tfal li baqgħu lura fit-tagħlim u qed jittieħdu passi biex dawn l-istess tfal tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa biex javvanzaw.
Fost dawn il-passi:
A) Qed jingħata servizz ta' Edukazzjoni Kumplementarja fit-tieni sena tal-Primarja. Marbuta ma' dan is-servizz hemm dawn l-inizjattivi:
* Jitqassmu riżorsi lill-għalliema ta' l-Edukazzjoni
Kumplementarja;
* Jittieħdu inizjattivi biex kull għalliem/a joħloq programmi li
jindirizzaw il-bżonnijiet edukattivi speċifiċi ta' dawn it-tfal;
* Jiġu organizzati korsijiet ta' aġġornament (induction training u
in-service cources) lill-għalliema ta' dawn it-tfal;
* Isiru żjarat ta' sikwit fil-klassijiet ta' dawn l-istudenti;
* L-għalliema joħolqu l-metodi ta' tagħlim b'mod individwali
kif ukoll fi gruppi;
* Jiġu organizzati laqgħat ta' tagħrif ma' diversi gruppi ta' ġenituri
flimkien ma' uliedhom li jieħdu s-servizz ta' Edukazzjoni
Kumplimentarja, fuq il-qari u l-kitba (Hands on experience).
B) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita` ta' Malta qed jaħdmu id f'id biex iwettqu proġett dwar 'Literacy' f'dawn l-iskejjel:
Primarji:- Cospicua, Kerċem (Gozo), Vittoriosa, Ħamrun (Vinċenzo Buġeja Street), Ħamrun (School Street), Victoria (Gozo), Birkirkara, Floriana, Għargħur, St Julian's, Msida, Sliema u Senglea.
Sekondarji:- Furtu Selvatico Boys' Secondary School, Naxxar u Maria Teresa Nuzzo Girls' Secondary School, Ħamrun.
C) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta1 ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita` ta' Malta qed jaħdmu id f'id biex iwettqu proġett bl-isem 'Let Me Learn' f'dawn l-iskejjel: Valletta Primary, Mosta Primary 'A' u Fra Diego Bonanno, Marsa.
D) Hemm il-Klabb Sajf għal tfal ta' Year 2 li, waqt is-sena skolastika, jibbenefikaw mis-servizz ta' complementary teachers. Klab Sajf jiffoka fuq il-kisba ta' ħila fit-taħdit, smigħ, qari u kitba.
E) Tfal li d-diffikulta` tagħhom ġejja mill-fatt li għandhom bżonnijiet speċjali jgħaddu minn proċess ta' statementing u jingħataw għajnuna skond il-ħtieġa.
F) Numru ta' klassijiet jinżammu b'numru żgħir ta' tfal biex it-tfal jingħataw iżjed għajnuna individwali.
G) Wara konsultazzjoni bejn ġenituri u l-kap ta' l-iskola, tista' tittieħed deċiżjoni li ċertu tfal jirrepetu sena sabiex jissudaw u jkunu f'qagħda aħjar li jkampaw is-sena ta' wara. Tfal li jibqgħu repeaters f'Year 5 mhux neċessarjament ser jitgħallmu jiktbu u jaqraw.
H) Fil-ġejjieni, dawn it-tfal se jkunu jistgħu jsegwu programm ta' appoġġ wara l-ħin ta' l-iskola waqt li l-ġenituri tagħhom ukoll se jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ li jgħinhom irawmu ħila ta' komunikazzjoni, kitba u qari. Dan l-appoġġ se jingħata mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-postijiet li tqassmu mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali minn Ottubru 1998 sal-lum? Jista' jgħid f'liema lokalita' kienu dawn il-postijiet, kif wkoll fejn kienu rreġistrati dawk li bbenefikaw minn dawn il-postijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri li qed jintużaw sabiex isir maintenance fuq air-conditioners fl-isptarijiet? Jista' jgħid jekk din inbidlitx fl-aħħar xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li jsir maintenance regolari bħal per eżempju tindif regolari ta' filters u checks tas-sistema ta' rifriġerazzjoni kull 4 sa 6 xhur, u dan jiddependi fuq l-użu tal-unit.
F'każ ta' Units antiki dan isir mas-sezzjoni ta' l-Air Conditioners fid-Diviżjoni tax-Xogħolijiet (Marsa Garage). F'każ ta' units ġodda u taħt il-garanzija dan isir mill-kuntrattur.
Din il-proċedura ilha stabbilita għal madwar tlettax-il sena.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu dawk li għaddew mill-eżami għall-iskrivani maċ-ċivil, issa li saru l-intervisti? Jista' jgħid meta jaħseb li ser ikun hemm l-ewwel ingaġġ minn dawk li għaddew?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li mill-eżami għall-skrivani għaddew mija u sebgħa u sebgħin (177) kandidat.
L-ewwel reklutaġġ mistenni jsir sa’ nofs Ġunju 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jelenka x'inhuma l-ispejjeż involuti sabiex persuna tapplika għal xi skema tal-Awtorita' tad-Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Applikant taħt l-Iskemi T,W,X,Y,Z u 5 jħallsu Lm20 bħala administrative charges. Fil-każ ta' Skemi 7 u R applikanti jħallsu Lm5 u f'każ ta' Skema S jħallsu Lm10.
Peress li l-Awtorita' tad-Djar hija one stop shop, l-Awtorita' tad-Djar toffri li tordna riċerki f'isem l-applikanti. L-ispejjes għal dawn ir-riċerki huma s-segwenti.
Koppja miżżewġa - Lm9.00
Persuna waħidha - Lm3.00
Mara separata - Lm6.00
Armla - Lm6.00
Armel - Lm3.00
Isiru denunzji f'isem l-applikanti f'każ li dawn ikollhom ġenituri mejtin. Dawn id-denunzji jiswew Lm1 għal kull ġenitur mejjet.
F'każ ta' bżonn ta' workbook entries, l-Awtorita' tad-Djar tagħti l-opportunita' li tikseb dawn l-entries f'isem l-applikant. Dawn jħallsu Lm1.50.
Dan kollu jsir sabiex l-Awtorita' tad-Djar tassigura ruħa li ma jsirux abbużi u li dawn l-għajnuniet jingħataw lil min verament għandu bżonn.