Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fil-Fgura ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħol li għadu kif tlesta` fil-lokalita` sar f'Dome Street, parti mit-Triq l-Iskola, parti minn Triq San Ġwann, parti minn Triq Scicluna u parti minn Triq id-Dejma. Xogħol sostanzjali dalwaqt jibda fi Triq Hompesch minn ħdejn il-mina ta` Hompesch sar-roundabout ta` Triq San Tumas.

Żabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Ħaż-Żabbar ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li xogħolijiet f`Ħaż-Żabbar għadu kif tlesta f`Triq Villabate Triq Bonavia u Triq Papa Alessandru VII, fil-waqt li għaddej xogħol fi Triq Bieb is-Sultan u Berebies. Id-Dipartiment tat-Toroq qed jara xi xi preparamenti hemm bżonn isiru biex tkun tista` tiġi asfaltata Triq Bursett. Xogħol ieħor fi Triq Redentur jinsab wieqaf minħabba li għadu ma nħariġx il-permess neċessarju mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #26878 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibblita' li ssir bozza fi Triq San Leonardu, limiti ta' Ħaż-Żabbar quddiem id-djar tal-Gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.

Fgura — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fil-Fgura? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li m`hemm l-ebda talba pendenti biex isiru pedestrian crossings fil-Fgura. Ta` min isemmi li qed isir upgrading ta` Triq Hompesċh u din tinkorpora diversi pedestrian crossings. Dawn ser jiġu nklużi mall-proġett innifsu.
Leg 9 PQ #26880 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors tal-Liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Malti fil-livell avanzat mhux se jibqa' suġġett obbligatorju sabiex wieħed isegwi kors tal-liġi fl-Universita'? Jekk fl-affermattiv, x'wassal sabiex ittieħdet din id-deċiżjoni? Minn meta ilu obbligatorju l-Malti (A level) għal dan il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26504.
Leg 9 PQ #26870 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Liena

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex tissewwa l-ħsara li hemm fid-drenaġġ fil-blocks il-ġodda li hemm f'santa Liena, Bormla bil-konsegwenza li qed joħroġ id-drenaġġ minn mal-blokk li hemm fit-taraġ ta' Triq Santa Liena, Bormla

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat jinvestiga dan il-każ.
Leg 9 PQ #26871 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Crane

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-crane il-kbir li hemm mal-baċir nru.1 ta' Bormla, jitneħħa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti ndikazzjoni meta dan jista' jseħħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-iżvilupp ta' l-area madwar il-baċir numru wieħed, il-krejnijiet li hemm ħdejn l-istess baċir jaf ikun hemm bżonn jitneħħew minn fejn huma. Dan isir meta jibda l-iżvilupp ta' l-imsemmija area.

Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Janar 2001 sal-lum? Kemm inqatgħu persuni mir-reġistrar xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26873 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol u Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u b'kemm ammont fi flus il-prezz tal-petrol u d-diesel għola mill-1990 sal-lum

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 11691 waqt is-Seduta numru 190.

Xgħajra

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fix-Xgħajra ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa tlesta xogħol ta' asfaltar ta' toroq f'parti minn Triq it-Tumbrell, parti minn Triq Orlando u Triq Leonard Mahoney. Fil-preżent id-Dipartiment qed jistudja s-suġġerimenti tal-Kunsill li titkompla parti oħra minn Triq It-Tumbrell u Triq Alof de Wignacourt. Ix-xogħolijiet f'dawn it-toroq isiru skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Dipartiemnt.

Trasport Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal grad ta' despatcher mat-Trasport Authority fil-aħħar sejħa li kien hemm? Minn fejn kien kull applikant, u kemm kellu żmien? JIsta' jgħid kemm intgħażlu u minn fejn kienu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-aħħar sejħa li saret mill-M.P.O. (Ċirkolari ta' l-M.P.O. Nru. 11/2001) kien hemm 16-il applikazzjoni. Il-lokalita' ta' kull applikant u l'eta' huma kif ġej: Lokalita' Nru. ta' Applikanti Eta' Msida 2 44, 48 Balzan 1 31 Żejtun 3 43, 37, 33 Fgura 1 41 Rabat 1 38 Gudja 1 44 Żebbuġ 2 35, 37 Marsaxlokk 1 41 Victoria, Għawdex 1 28 Senglea 1 31 Attard 1 42 Buġibba 1 43 Minn dawn is-16 applikant wieħed kellu eta' aktar minn dik stabbilita fl-istess ċirkolari, jiġifieri 45, waqt li l-applikant minn Victoria, Għawdex ma kienx persuna li huwa "Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz" u għalhekk ma kienx eliġibbli. Mill-bilanċ ta' 14 attendew 12 għall-interview u minn dawn intgħażlu 10 li huma minn dawn il-lokalitajiet: Marsaxlokk - 1 Buġibba - 1 Żejtun - 2 Fgura - 1 Rabat - 1 Gudja - 1 Qormi - 1 Żebbuġ - 2
Leg 9 PQ #26482 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fitness Test

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni fl-aħħar sejħa li saret għal reklutaġġ fil-Forzi Armati? Kemm għaddew mill-Fitness Test? Meta ser isir ir-written test?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-proċess ta’ l-għażla biex jiġu ngaġġati rekluti fil-Forzi Armati qiegħed jitmexxa mid-Direttur ta’ l-Eżamijiet u mill-Bord ta’ l-Eżamijiet Pubbliċi. Għalhekk, nirreferi lil-Onorevoli Interpellant lill-Ministru kkonċernat.

RAF

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji jidhru hawn taħt, li qatta' numru ta' snin fil-RAF, u spiċċa mis-servizz b'pensjoni Ingliża, għad għandu pensjoni mid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali baxxa ħafna? Jista' jgħid jekk persuni bħal dan l-individwum, hu ser jiggwadanjaw mill-miżura li kienet saret minn Gvern Laburista?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata tal-pensjoni li qiegħda tirċievi.

Ex-Serviceman

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pensjonanti, ex-serviceman, li għadhom mhux qed jibbenefikaw minn dak il-miżura meħuda minn Gvern Laburista tal-1996 sabiex ikun hemm bidla fil-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Mard

Question

Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid jekk id-direttur tal-akkomodazzjoni soċjali għadux bil-policy li postijiet substandard jiġu allokati? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega kif ġie allokat post (kantina) f'Bormla lil Koppja anzjana minn tas-Sliema, fejn ir-raġel ibati minn mard kroniku u jinsab fuq siġġu tar-roti mingħajr possibilita li joħroġ wiċċu l-barra? Jista' allura jinforma jekk hemmx possibilta li dan il-kaz uman ikun jista' jkollu l-intervent tal-Ministru sabiex din il-koppja ma tibqax tgħix fil-miżerja li qed tgħix fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuni ndikati ġew allokati appartament tal-Gvern li jinsab fil-pjan terran propju minħabba l-mard li għandhom. Huma kienu wkoll qabel ġew offruti appartament ieħor tal-Gvern Raħal Ġdid u lanqas biss riedu jmorru jarawh.
Leg 9 PQ #26283 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir bħalissa fil-Malta Shipbuilding? Jista' jgħid kemm baqa' xogħol (f'termini ta' xhur) fuq kull biċċa xogħol? X'xogħol hemm ipprogrammat għall-istess azjenda għax-xhur li ġejjien, wara li jitlesta x-xogħol li hemm għaddej bħalissa, u dan sabiex ikun garantit l-impjieg tal-ħaddiema ta' l-istess Malta Shipbuilding?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-Malta Shipbuilding għaddejja bil-bini tat-tielet vapur għall-Kumpanija Gozo Channel. Ix-xogħol huwa maħsub li jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena. Fl-istess waqt qed isir ukoll xogħol fuq bini ta' barkun għal sidien barranin. Dan ix-xogħol għandu jitlesta sa nofs Lulju li ġej. Hemm ukoll xogħol ta' fabrikazzjoni u twaqqif ta' "flare tower" għall-F.P.S.O. li qed jinħadem fit-Tarzna ta' Malta. Hu maħsub li dan ix-xogħol jitlesta fi żmien sitt ġimgħat. Fir-rigward ta' xogħol ieħor għat-tarzna, qiegħed isir sforz sabiex jiġi attirat xogħol ġdid li jkun vijabbli. Hemm diversi proġetti li l-Malta Shipbuilding ikkwotat għalihom u qed isiru diskussjonijiet aktar fil-qrib ma' sidien li jistgħu joffru xogħol għal din it-tarzna.
Leg 9 PQ #26284 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Vapur Northia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu fuq il-vapur Northia li hemm fit-tarzna bħalissa? Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema għandhomx is-salarju tagħhom ġej mill-MDD? Jekk fl-affarmettiv, x'inhu dan is-salarju u jekk hemmx xi benefiċċji oħra? Kemm kien stmat li ser iqum ix-xogħol fuq in-Northia u kemm kellu jdum? Jista' jindika xi profitti ser tagħmel it-tarzna u jekk inżammitx it-target date li jitlesta x-xogħol, u allura jekk fin-negattiv jekk it-tarzna hux ser tbat konsegwenzi finanzjarji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li meta daħlet għall-kuntratt tan-Northia, it-Tarzna ħtiġilha tqabbad sub-contractors barranin biex jipprovdu servizzi speċjalizzati. It-Tarzna ftehmet fuq ħlas għal dawn is-servizzi u m'għandhiex x'taqsam ma' ħlasijiet li s-sub-contractors jagħmlu lill-impjegati tagħhom. It-Tarzna ma għandha l-ebda tort fid-dewmienli kien hemm fuq dan il-proġett. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant mhux fl-interess ta' l-istess azjenda li din tingħata.

Benefiċċji Soċjali — Pensjoni

Question

Peress li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament twaqqfitilha l-pensjoni ta' l-eta' għax qed ikun allegat mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li għandha valur kapitali aktar minn Lm4,000, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jkun hemm investigazzjoni aktar dettaljata peress li hi qed tallega li għandha ħafna anqas dħul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ fil-kwistjoni ġie rivedut favorevolment u l-pensjonanta ġiet infurmata bid-deċiżjoni.