Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27322 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — PWD - Apprendisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm daħlu apprendisti mal-PWD f'Diċembru 1975 u Ġunju 1976? Jista' jgħid jekk dakinhar kienx hemm xi kundizzjonijiet speċjali, bħal garanzija li ser jidħlu mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se titla' quddiem il-bord ta' l-appell il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, peress li nqatgħet mir-reeġistrar għax intbagħtet taħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni meta hi tbati minn kundizzjoni fiżika li ma tippermettilhiex tagħmel dan ix-xogħol ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata ġie appuntat għas-smigħ quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-Awtorita' Nazzjonali ta' l-Impjiegi għall-31 ta' Lulju 2001.
Leg 9 PQ #27214 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista isir sabiex il-problema tad-drenaġġ li hemm fl-indirizz li qed jintbagħat separatament tkun tista' tisolva, peress li kull meta tagħmel ħalba xita, d-drenaġġ jidħol ġewwa u dan minbarra l-intejjen ta' drenaġġ kuljum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tender biex jinbidel il-main tad-drenaġġ fit-triq imsemmija ġiet ippubblikata u x-xogħlijiet ser jibdew dalwaqt.
Leg 9 PQ #26908 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Tar-Rabbat — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman wara blokk f Tar-Rabbat housing estate, Hamrun?

Response (GATT, AUSTIN)

BHal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #26910 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fil-Birgu fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s'issa l-Korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal lampi ġodda fi Triq tal-Ħawli ħdejn il-Blokki A, B u Ċ, il-Birgu. Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.

Djar — Bormla - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment tat-tiswija u bini ta' djar jara li jitneħħa l-periklu li taqa' biċċa kbira minn gallerija li hemm fi blok A Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla, fil-faċċata tal-blokk, liema gallerija tiġi fuq il-gallerija tal-club ta' St Georges li dejjem ikun hemm in-nies fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #26897 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fl-area magħrufa bħala St Peter's Ħaż-Żabbar fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' ta' Ħaż-Żabbar, inkluża z-zona magħrufa bħala "St. Peters". Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #26899 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq f'Bormla fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' ta' Bormla. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #26900 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Isla — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fl-Isla fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s'issa l-Korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal żewġ lampi ġodda fi Triq l-Arkati, l-Isla. Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.
Leg 9 PQ #26902 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fix-Xgħajra fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' tax-Xgħajra. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #26905 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fil-Fgura fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tevalwa diversi talbiet li għandha għal twaħħil ta' lampi ġodda fil-lokalita' tal-Fgura. Wara li titlesta din l-evalwazzjoni, ikunu jistgħu jiġu identifikati t-toroq fejn ikun ser isir ix-xogħol.
Leg 9 PQ #26907 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma t-toroq fil-Kalkara fejn ser ikunu nstallati bozoz ġodda sa l-aħħar tas-sena 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s'issa l-Korporazzjoni Enemalta ipproġettat li twaħħal lampi ġodda fi Triq Agostino Portelli u fi Triq San Ġużepp (ħdejn it-taraġ), il-Kalkara. Dan ma jfissirx li sa tmiem din is-sena ma jistgħux jitwaħħlu aktar lampi ġodda f'toroq oħra f'din il-lokalita'.

Kalkara — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fil-Kalkara? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hawn talba għal żewġ pedestrian crossings bil-Pelican Lights f` Triq Marina fil-Kalkara. Il-Bord għall-kontoll tat-Traffiku talab lil Kunsill Lokali biex jissottometti l-pjanti neċessarji għall-konsiderazzjoni tal-Bord.

Housing

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26591, jista' l-Ministru jwieġeb għar-rigward ta' Block F?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar għamlet spezzjoni fuq Blokk F, u jirriżulta illi t-tromba hija dejqa wisq biex jiġi nstallat lift. Lift iżda jista jiġi nstallat minn barra fuq in-naħa ta' wara, wara illi jinġieb il-permess tal-Planning Authority kif ukoll wara illi ssir l-esproprijazzjoni neċessarja. L-Onor. Interpellant irid jinnota iżda, illi din l-iskema hija applikabbli għal Belt, Furjana u Kottonera. F'postijiet oħra, bħal ma hu dan il-każ, tista tapplika biss persuna illi għandha diżabilita'.

Bormla — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing f'Bormla? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sar meta għandhom isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva pedestrian crossings f'Bormla fi Triq ix-Xatt, Triq San Nikola u Triq San Ġwann t'Għuxa. Ġew approvati wkoll li jsiru pelican lights fuq tlett pedestrian crossings eżistenti fi Triq Ġdida (ħdejn l-Għassa tal-Pulizija), Triq ix-Xatt (quddiem il-Monument tal-Gwerra) u Triq San Pawl. Id-Dipartiment tat-Toroq ġie mgħarraf bix-xogħolijiet li jridu jsiru.

Birgu — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fil-Birgu? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm żewġ talbiet biex isiru pedestrian crossings fil-Birgu. Waħda hija fi Triq Kottonera ħdejn l-entratura prinċipali ħdejn De La Salle College (din bil-Pelican Lights) u l-oħra hija fi Triq San Lawrenz. It-tnejn ġew approvati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u d-Dipartiment tat-Toroq ġie mgħarraf bix-xogħolijiet li jridu jsiru.

Isla — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fl-Isla? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li m'hemm ebda talba pendenti biex isiru pedestrian crossings fix-Xgħajra.

Xgħajra — Pedestrian Crossing

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet li ssir xi tip ta' pedestrian crossing fl-Isla? Jista' jgħid liema minn dawn diġa' ġew approvati mit-traffic control board u sa meta għandhom isiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 26891.

Kalkara — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema toroq fil-Kalkara ser isiru din is-sena mid-dipartiment tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat lid-Dipartiment tat-toroq b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali tal-Kalkara qed jaraw x'hemm bżonn isir fi Triq Rinella u Triq Santa Liberata, ta' l-ewwel minħabba d-diffikultajiet li jinħolqu meta tagħmel ix-xita u ta' l-aħħar għall-importanza li din it-triq għandha fil-lokalita. Xogħlijiet f'dawn it-toroq irid isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.