Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jinbidel il-cable tad-dawl li hemm ma' Block 11 Hubbard Flats Bormla, peress li ilu jiġi rrapurtat ix-xhur u f' risposta mill-Ministru ntqal li kellu issir investigazzjoni li fil-fatt saret, il-ħsara nstabet u ġiet konfernata,u xorta ma' sar xejn b' detriment għar-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħsara li hemm fil-linja msemmija kienet ġiet irranġata dakinhar stess li ġiet irrapurtata. Hemm il-ħsieb li l-linja tinbidel. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-kumpens dovut lil Antonia Schembri u Mary Cutajar ta' 123 St. Joseph Street Paola, u dan għall-post li kellhom f' 93 Triq San Gwann Bormla u ġie esproprjat mill-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b' kuntratt definit tistax jkollha l-impjieg terminat qabel mingħajr ebda raġuni valida? X' Ghandha tagħmel persuna li tħoss li ġralha hekk, fejn għandha tirrikorri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara meta ser jittieħdu l-passi meħtieġa billi jinħareġ Avviż tat-Twettiq ECF 702/01 u dan hekk kif tgħid il-Mistoqsija Parlamentari no. 26593?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Avviż tat-Twettieq ECF 702/01 inħareġ fil-25 ta` Ġunju 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-aħħar sejħa ta' kuntistabbli? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel? Jista' jgħid f' kull każ x' għandhom kwalifiċi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 229 applikant għall-aħħar sejħa għal ingaġġ ta` kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn 122 huma rġiel u 107 nisa. Il-kwalifiċi huma kif jidhru fuq it-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jissewwew il-bozoz li hemm fuq il-bibien 77 u 107 fi Triq P. P. Caruana Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq il-bieb 4 Sqaq Xandru Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid x' ser jiġri meta ser ikun ipprivattizat il-Lottu Pubbliku, minn dawk il-Banek tal-Lottu hekk imsejjaħ tal-Każini tal-Baned? Jista' il-Ministru jiggarantixxi li d-dħul li jgawdu l-Baned minn dawn il-Banek tal-Lottu jibqgħu jieħduh anke meta l-Lottu jingħat lill-Privat?
Jista' l-Ministru jara li jinbidel il-cable tad-dawl li hemm ma' Block 11, Hubband Flats, Bormla, peress li r-residenti qed isofru ħsarat fl-appliances.
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jara li jkun irranġat id-dawl li hemm fuq l-avukati fix-Xatt ta' Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-ħsara li hemm fejn id-dawl qed jibqa' jixgħel lejl u nhar fil-Kortina San NIkola Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi nvestigata u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pensjonanti, ex-serviceman, li għadhom mhux qed jibbenefikaw minn dak il-miżura meħuda minn Gvern Laburista tal-1996 sabiex ikun hemm bidla fil-pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifika li għamlet it-taqsima tal-pensjonijiet ma jidhirx li hemm xi każi ta' reviżjonijiet pendenti wara l-miżuri li daħlu fis-seħħ fl-4 ta' Ottubru ta' l-1997. Skond din il-verifika, r-reviżjonijiet fil-każ ta' 3882 il-pensjonanti li għandhom pensjoni tas-servizzi Ingliżi saru kollha u fejn kien dovut żieda din tħallset ukoll.
Kemm il-darba l-Onor. Interpellant għandu xi każ partikolari fejn ma sarux r-reviżjonijiet nitolbu jgħaddi l-informazzjoni lid-Direttur tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27320?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif diġa' weġibt għall-Mistoqsijiet Numru 13941 u 19706, f'Awissu ta' l-1998 il-Klabb tax-Xgħajra Tornadoes kienu ħadu għajnuna ta' Lm2500 biex jiġi rranġat il-ground u f-fence ta' madwar. Minflok li dawn il-flus intefqu għal dan l-iskop intefqu fuq affarijiet oħra. Infurmat li saret talba uffiċjali mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari lid-Dipartiment tat-Toroq biex jibdew ix-xogħlijiet biex jissewwa l-ħajt ta' wara l-lasti. Ġejna nfurmati li dan ix-xogħol ser jinbeda fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27322?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li n-numru ta’ apprendisti li daħlu mal-“Public Works Department” f’Diċembru 1975 kien ta’ 169 u f’Ġunju 1976 kien ta’ 220.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Gazzetta tal-Gvern “Skema ta’ Apprendistat fis-snajja tal-Bini” maħruġa fid-29 ta’ Lulju 1975 li tinkludi fost affarijiet oħra il-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-ingaġġ għal dawn l-apprendisti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li l-ground tax-Xgħajra jingħata l-upgrading li għandu bżonn? Jista' jgħid ukoll jekk il-ħajt li hemm wara l-lasta hemmx il-ħsieb li jinbena?