Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28162 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' impjiegi ġodda li kien hemm minn Jannar 2001 sal-lum, fil-Ministeru u Dipartimetni/Aġenziji li jaqgħu taħt id-Dekasteru ta' l-Edukazzjoni, huwa kif ġej: Office of Review - 3 EUPU - 4 Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni - 282 Dipartiment ta' l-Eżamijiet - 2 Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji - 7 Dipartiment tal-Mużewijiet - 2 Teatru Manoel - 1 MCST - 3 Mediterranean Conference Centre - 1 Malta Centre for Restoration - 4 Full time 2 Part time MCAST - 19 Universita` ta' Malta - 73 li minnhom 4 irriżenjaw
Leg 9 PQ #28163 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #28164 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjiegi ġodda bejn Jannar 2001 sa llum kien ta' erbgħa.
Leg 9 PQ #28166 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għal mistoqsija parlamentari nru. 25564 f'seduta 553 li kienet tkopri l-informazzjoni mitluba sa Mejju 2001. Minn Ġunju 2001 l'hawn, kien hemm 15 l-imgieg ġdid fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Rigward impjiegi ġodda fis-Servizz Pubbliku ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tingħata mil-MPO ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #28168 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenzji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għal dak li għandu x'jaqsam ma' impjiegi ġodda fil-Ministeru u dipartimenti li jiffumaw parti mid-dekasteru tiegħi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba għall-mistoqsija numru 25560 waqt is-Seduta numru 553. Ninforma lill-Onorevoli Membru li ebda aġenzija ma' tifforma parti mid-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #28127 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministru u dipartiment/agenziji li jaqgħu taħt minn Jannar 2001 sa issa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #28158 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartimenti/Aġenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn Jannar 2001 sal-lum kien hemm tlettax-il impjieg ġdid mal-Ministeru u Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru.
Leg 9 PQ #28107 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpens — Surge tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara meta ser jirċievi l-kumpens dovut il-persuna hawn taħt indikat għall-ħsarat li sofra meta kien hemm surge tad-dawl f' Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kumpens li qed issir riferenza għalih f'din il-mistoqsija diga' sar.
Leg 9 PQ #28108 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Triq Hompesch — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu pprogrammat li jdum ix-xogħol fuq Triq Hompesch Fgura? Jista' l-Ministru jgħid jistax isir xi ħaġa sabiex il-ħwienet f' din it-triq ibatu l-anqas inkonvenjent possibbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #28109 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dranaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa fir-residenza 3 'Toniana' Triq il-Farfett tal-Fejgel, Zabbar peress li kull meta tagħmel ħarba xita, din ir-residenza jidħlilha d-dranaġġ? Jista' l-Ministru jara li dan il-każ jingħata attenzjoni immedjata peress li issa waslet biex tibda x-xitwa u allura l-istaġun tal-maltemp?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li kienet identifikata ħsara fil-main prinċipali li għaddej minn din it-triq , u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, anki permezz ta' CCTV camera, inħarġet tender biex isiru x-xogħlijiet relatati mat-tiswija. Ix-xogħlijiet qegħdin preżentament isiru minn kuntrattur.

St Vincent De Paul — Waiting List

Question

.Jista' l-Ministru jgħid meta ser tkun tista tidħol S.V.P.R. l-persuna li d-dettalji qed jibtbagħtu serparatament, anzjana ta' 94 sena? X' inhi l-waiting list ta' persuni jistennew biex jidħlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata ġiet sottomessa lill-Admissions Board u qiegħda tiġi kkunsidrata fuq il-meriti tagħha bħall-applikazzjonijiet oħra. L-Admissions Board ta l-attenzjoni kollha meħtieġa għal din l-applikazzjoni u ġiet impoġġija fil-Lista tal-Prijoritajiet. Il-waiting list preżenti għad-dħul ġewwa San Vinċenz hija ta' 675.
Leg 9 PQ #28120 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministru u Dipartimenti/Agenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 tal-lum?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minn Jannar 2001 sal-lum l-impiegi ġodda mal-Ministeru u Dipartiment tat-Turiżmu u Entitajiet li jaqgħu taħtu huma kif ġej: Dipartiment tat-Turiżmu 1 Principal 1 Clerk 1 Part-Time Clerk Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu 2 Managers 2 Senior Executives 2 Clerks *2 Senior Executives *1 Clerk *impjegati li ġew trasferiti mill-HCEB Istitut għall-Istudji Turistiċi 1 Assistant Lecturer
Leg 9 PQ #28125 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Impjiegi Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjiegi ġodda mal-Ministru u Dipartiment/Agenziji li jaqgħu taħtu minn Jannar 2001 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Minn Jannar 2001 sal-lum kien hemm erbgħa (4) impjiegi ġodda bil-kuntratt fil-Ministeru tiegħi u Dipartimenti li jaqgħu taħti, kif jidher hawn taħt: Jesmond Saliba Communications 19.02.2001. Co-Ordinator Marilou Gatt E.U. Translation Unit 01.05.2001. Co-Ordinator Dr Caruana Colombo E.U. Translation Unit 01.04.2001. Legal Revisor Paul Borg Olivier E.U. Translation Unit 10.09.2001. Rigward impjiegi ġodda maċ-Civil (Servizz Generali) ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tingħata mil-MPO ta` l-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #28087 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Lottu Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jiġi pprivatizzat il-lottu Pubbliku, hux ser ikollhom faċilita jorganizzaw logħob ieħor bħal Pools tal-Football, tlielaq ta' żwiemel u karozzi? Jekk fl-affermattivi, jista' jgħid jekk l-għaqdiet sportivi lokali hux ser ikollhom xi gwardjan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Adjudicating Committee mwaqqaf għal dan l-eżerċizju qiegħed jeżamina il-proposti u għalhekk ma jkunx propizju li wieħed jitkellem dwar il-kontenut tal-proposti f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #28091 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kont tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' azzjoni ttieħdet għall-kont tal-ilma esaġerat li reċiviet il-persuna mill-Isla li dettalji tagħha jidhru hawn taħt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-ilment dwar il-kont in kwistjoni diġa' ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mill-persuna indikata fil-mistoqsija jew rappreżentant tagħha. Jekk dan huwa l-każ, nassigura lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni qed teżamina l-kont u jekk jinstab li fih żball isir l-aġġustament relattiv.