Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29286 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' ser jiġri minn dawk l-istudenti li applikaw sabiex jidħlu fl-MCAST u baqgħu barra? Kemm hemm minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, it-tagħrif diġa` ġie ppubblikat u poġġut fuq il-Mejda tal-Kamra. F'kull sena dejjem kien hawn studenti li xtaqu jtejjbu l-edukazzjoni tagħhom jew jagħmlu xi kors Post Sekondarju u t-talba tagħhom ma setgħetx tintlaqa`. Bil-miżuri li ħa l-Gvern din is-sena inħolqu opportunitajiet ġodda aktar minn snin oħra.
Leg 9 PQ #28928 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Karmeli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-isptar Monte Karmeli? Jista' jgħid kemm minnhom għandhom permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja? Min jista' jibbenefika minn dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni meta tinġabar ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28881 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tieni Distrett Elettorali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew studenti għall-Junior Lyceum mill-iskejjel fit-Tieni Distrett Elettorali din is-sena? Jista' jaqsamhom skond il-lokalita?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' studenti li għaddew għall-Junior Luceum mill-iskejjel fit-Tieni Distrett Elettorali din is-sena hu kif ġej. Lokalita` Għaddew Birgu 17 Bormla 8 Fgura 87 Isla 7 Kalkara 19 Xgħajra 5 Żabbar 100 St Francis, Cospicua 61 Total 304 Dan it-tagħrif jinsab f'paġni 15 u 16 tar-Rapport ta' l-Eżami tal-Junior Lyceum 2001.
Leg 9 PQ #28882 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti ġodda li qed jattendu l-ewwel sena tal-Junior College, Msida? Minn liema lokalita ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti ġodda li qed jattendu l-ewwel sena tal-Junior College sal-lum ilaħħaq 1354. Ma dan trid iżżid in-numru ta' 149 li qegħdin jirrepetu l-ewwel sena. It-total ta' studenti ta' l-ewwel sena hu 1503. Lista għal-lokalita` li ġejjin minnha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28883 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-Junior College, Msida li din is-sena qed jirrepetu l-ewwel u t-tieni sena separatament? Jekk hu possibli jista' jgħid fhiex weħlu dawk li qed jirrepetu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Junior College din is-sena qed jirrepetu: 149 student fl-ewwel sena 112 student fit-tieni sena L-ewwel Sena Dawk li qed jirrepetu l-ewwel sena jista' jkun li weħlu f'aktar minn suġġett wieħed. F'tabella 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jidher in-numru ta' studenti li weħlu f'xi suġġett ta' Livell Avvanzat, waqt li f'tabella 3 wieħed isib in-numru ta' studenti li weħlu f'xi suġġett ta' Livell Intermedju. It-Tieni Sena Hawn 112 student li qed jirrepetu it-tieni sena tal-Junior College. Dawn qegħdin jirrepetu għax ma ġabux iċ-ċertifikat tal-Matrikola jew is-suġġetti li riedu jew biex jidħlu għall-kors ta' l-Universita` li għażlu. M'għandniex elenku tas-suġġetti li dawn l-istudenti weħlu fihom.
Leg 9 PQ #28885 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-ewwel sena fl-Universita'? Min liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' studenti li qed jattendu l-ewwel sena ta' korsijiet li jwasslu għal ċertifikat, diploma jew grad undergraduate fl-Universita` u mil-liema lokalita` ġejjin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28886 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum Maria Regina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Junior Lyceum Maria Regina, Ħamrun? Jista' jaqsamhom skond il-klassi u minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28926 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjoni tal-Cartipage

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjoni tal-cartipage għal kull professur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #28873 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Isla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola Primarja tal-Isla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja ta' l-Isla hemm dan in-numru ta' studenti: Kindergarten 1 16 Kindergarten 2 40 Year 1 58 Year 2 30 Year 3 41 Year 4 48 Year 5 35 Year 6 45
Leg 9 PQ #28875 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola Primarja ta' Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja ta' Bormla hemm dan in-numru ta' studenti: Kindergarten (Tliet Snin) 24 Kindergarten (Erba' Snin) 43 Year 1 37 Year 2 64 Year 3 49 Year 4 49 Year 5 73 Year 6 64
Leg 9 PQ #28876 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola primarja tal-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Birgu hemm dan in-numru ta' studenti: Kindergarten (Tliet snin) 16 Kindergarten (Erba' snin) 35 Year 1 15 Year 2 16 Year 3 17 Year 4 23 Year 5 21 Year 6 25
Leg 9 PQ #28877 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola Primarja tal-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Kalkara hemm dan in-numru ta' studenti: Kindergarten (Tliet snin) 16 Kindergarten (Erba' snin) 34 Year 1 52 Year 2 26 Year 3 37 Year 4 43 Year 5 35 Year 6 36
Leg 9 PQ #28879 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Fgura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola primarja tal-Fgura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tal-Fgura hemm dan in-numru ta' studenti: Fgura A Kindergarten (Tliet snin) 65 Kindergarten (Erba' snin) 66 Year 1 128 Year 2 117 Year 3 118 Fgura B Year 4 140 Year 5 134 Year 6 149
Leg 9 PQ #28880 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Primarja tax-Xgħajra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola primarja tax-Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja tax-Xgħajra hemm dan in-numru ta' studenti: Kindergarten (Tliet snin) 5 Kindergarten (Erba' snin) 17 Year 1 21 Year 2 19 Year 3 22 Year 4 16 Year 5 22 Year 6 14
Leg 9 PQ #28859 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżami ta' Skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew mill-eżami ta' skrivani maċ-Ċivil fl-aħħar sejħa? Kemm daħlu sa issa u sa liema pass wasalna?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li mill-eżami għall-iskrivani li sar fis-sena 2000, għaddew mija u sebgħa u sebgħin (177) kandidat. Mija u għoxrin (120) issejħu biex jibdew l-impjieg bħala Skrivan mas-Servizz Pubbliku. Mija u għaxra (110) minn dawn bdew jaħdmu, tnejn (2) talbu postponiment u t-tmienja (8) l-oħra m’aċċettawx l-impjieg.
Leg 9 PQ #28863 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Poliklinika ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi qed jingħataw mill-Poliklinika ta' Bormla? Jista' jagħti dettalji dwar ġranet u ħinijiet li fihom jingħataw dawn is-servizzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-servizzi li jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Bormla huma kif ġejjin: Speech Language Pathology Mon-Fri 7.30am-3.30pm Immunisation Mon-Fri 7.30am-2.30pm Sat 7.30am-1.00pm Medical Consultant Clinic Clinic day: Third Monday of each month, and First Friday of each month. Appointments: Monday- New Cases 8.00am-9.40am F/U 10.00am-10.50am Schedule V 11.00am-12.25pm Schedule V F/U till 2.30pm Friday- N/C 8.15am-10.05am ECG 7.30am-2.30pm Clinic Days: Third Monday of each month, and First Friday of each month. Physiotherapy 7.30am-3.00pm Clinic Days: Monday to Friday, Saturday alternate till 12.30pm Podology Mon-Fri 7.30am-2.30pm Sat 7.30am-1.00pm Clinic Days: Monday to Friday Diabetes Clinic Mon-Fri 7.30am-11.30am Clinic Days: Monday to Friday Dental Mon-Fri 7.30am-2.30pm Sat 7.30am-1.00pm Clinic Days: Monday, Wednesday, Thursday and Saturday Emergency cases for dental are accepted daily from Monday to Saturday. Dental Hygiene Tues-Fri 8.00am-3.00pm Gynaecological 7.30am-1.00pm Clinic Days: Saturdays Well Baby 7.30am-1.00pm Schedule given per month. Blood Investigation carried out at Treatment Room 7.30am-8.30am Clinic Days: Monday to Saturday GP Service Mon-Fri 8.00am-5.00pm Saturday 8.00am-1.00pm

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni (kap ta' familja) li bbenefikaw mic-children's allowance fis-sena 1998, 1999 u 2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' kapijiet ta' familji li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal għas-snin mitluba hu kif jidher hawn taht. SENA NUMRU TA' KAPIJIET TA' FAMILJI 1998 42,581 1999 41,570 2000 40,991

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inspections mill-ispetturi tal-ETC tul x-xhur tas-sajf? F'liema lokalita' saru, x'tip taż negozji ġie spezzjonat u x'kien ir-riżultat f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Ġunju sat 30 ta' Settembru 2001 l-uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għamlu 2,213 spezzjoni. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar il-lokalitajiet u t-tip ta' negozji spezzjonati. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija hi ta' natura kunfidenzajli hu għalhekk ma nħossx li għandha tiġi ppubblikata.