Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29550 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Courses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita' li jsir course (p/time) għal min għandu diġa B. Educ li jwassal għall-PGCE?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-programm ta' studju li jwassal għall-B.Ed (Hons) jinvolvi taħriġ professjonali estensiv bħala għalliem ta' l-iskola fil-livell primarju jew sekondarju. Il-PGCE huwa programm ta' studju li jipprepara gradwati f'suġġett mgħallem fl-iskejjel tagħna sabiex ikunu jistgħu jgħallmu dan is-suġġett. Ġaladarba kemm il-B.Ed (Hons) kif ukoll il-PGCE iwasslu sabiex wieħed ikun jista' jgħallem f'pajjiżna, m'hemm ebda ħtieġa tat-taħriġ indikat mill-Onor. Membru.

Birgu — Xiri ta' Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu jżomm milli jsir il-kuntratt finali ta' xiri ta' appartamenti li hemm f' 75 Triq San Lawrenz, Birgu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kuntratti finali ta' xiri ta' appartamenti li hemm f'75 Triq San Lawrenz Birgu ma jistgħux jiġu ppubblikati għalissa peress illi l-Awtorita' tad-Djar ma għandhiex titolu legali fuq l-art.
Leg 9 PQ #29537 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Ċens

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm sabiex jitħallas iċ-ċens dovut għall-post imsemmi under separate cover?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda diffikulta` biex jitħallas iċ-ċens dovut li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Għalhekk l-enfitewta jista` jmur l-Uffiċċju Konġunt biex iħallas iċ-ċens.
Leg 9 PQ #29539 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru 1 — Crane

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jiżżarma l-crane l-kbir li hemm fil-baċir nru 1?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa l-ħsieb tat-Tarzna ta' Malta li jitneħħew iż-żewġ krejnijiet li bħalissa hemm fil-baċir numru wieħed.
Leg 9 PQ #29543 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir xi ħaġa, sabiex dawk l-individwi gradwati bil-B. Educ, u ma għandhomx ċans ikomplu jistudjaw full-time, ikunu jistgħu jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-Liġi ta' l-Edukazzjoni ta' l-1988, gradwati bil-B.Ed (Hons) għandhom id-dritt għall-warrant ta' l-għalliema u għaldaqstant jistgħu jgħallmu fl-iskejjel f'pajjiżna. Naturalment l-iskejjel ta' l-Istat u mhumiex jingaġġaw skond il-ħtiġijiet tagħhom fid-diversi suġġetti li jgħallmu.
Leg 9 PQ #29545 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel tal-knisja, u kemm hi l-popolazzjoni ta' l-istudenti għal kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' Skejjel tal-Knisja huwa 58. Lista bin-numru ta' studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Knisja f'kull skola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29287 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żbroff tad-Drenaġġ — Isla

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex jieqaf l-iżbroff tad-dranaġġ li hemm ix-Xatt ta' l-Isla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li bħalissa ma jeżistix xi żbroff kontinwu fix-xatt ta' l-Isla. Pero, kien hemm dan l-aħħar, għal xi darbtejn, żbroff żgħir li ġie kkontrollat immedjatament malli saru r-rapporti u dan il-każ kien fejn il-gabbana quddiem Triq Sant'Anna fejn it-taraġ. Sar tindif dan l-aħħar tal-main tax-xatt permezz tal-jetting/suction bowsers.
Leg 9 PQ #29329 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Ilma b'riħa ta' Chlorine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waslulux ilmenti li l-ilma f'Bormla qed ikollu riħa ta' chlorine? Jista' jgħid jekk tistax issir xi ħaġa sabiex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29330 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Żieda fil-Ħlas tal-Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fil-ħlas tal-permess sabiex stabbiliment joħroġ imwejjed barra? Jekk fl-affermattiv kemm kienet din iż-żieda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda żieda fil-ħlas tal-permessi biex stabbiliment joħroġ imwejjed barra fuq art pubblika.
Leg 9 PQ #29332 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Żieda fil-Ħlas tal-Permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fil-ħlas tal-permess sabiex stabbiliment joħroġ imwejjed barra? Jekk fl-affermattiv kemm kienet din iż-żieda?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Intern.
Leg 9 PQ #29333 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bdil ta' Cable tad-Dawl

Question

Peress li f'risposta parlamentari, l-Ministru kien qal li cable tad-dawl ma Blokk 14, Triq ix-Xatt, Bormla (naħa tal-Baċir) kellu jinbidel, jista' l-Ministru jgħid meta ser issir dan ix-xogħol peress li issa għadda żmien mhux ħażin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol li hemm bżonn isir għandu jitlesta flimkien ma' xogħolijiet simili oħra fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #29334 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M.S.C. — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'termini ta' ġimgħat baqa' xogħol fil-M.S.C. (shipbuilding) ? X'ser jiġri wara li jitlesta dan ix-xogħol? U x'ser ikun il-futur tal-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, bħalissa l-Malta Shipbuilding qed tkompli t-tielet vapur għall-Gozo Channel. Ix-xogħol fuq dan il-vapur mistenni jitlesta fi Frar li ġej u għaldaqstant fadal madwar sittax-il ġimgħa xogħol xi jsir. Fil-preżent il-Kumpanija għaddejja b'kuntatti kontinwi ma' diversi klijenti prospettivi li jistgħu jipprovdulha xogħol u għaldaqstant wieħed jittama li sakemm ikun tlesta x-xogħol attwali, il-Malta Shipbuilding tkun rebħet kuntratti ta' xogħol oħra.

Ġeneraturi ta' Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-inkonvenjent ta' ħsejjes li ġej minn ġeneraturi ta' vapuri li hemm marbuta ma' St. Anġlu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tlett bastimenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant siefru.
Leg 9 PQ #29281 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Recreation Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu jżomm sabiex biċċa art wara Blk F Fuq tal-Ħawli Birgu tkun tista' tinbidel f' recreation area?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tinsab mikrija lil terzi sal-11 ta` Novembru 2001 u fil-fatt diġa` ingħata avviż mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern li l-kera mhux ser tiġi mġedda wara din id-data. Peress li l-art in kwistjoni fiha daqs konsiderevoli ta` 2,065 metru kwadru, kif ukoll għandha faċċata fuq it-triq, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tikkunsidra l-proposta għal ġnien pubbliku fid-dawl ta` l-aħjar użu li jista` jsir minnha.
Leg 9 PQ #29282 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Recreation Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu jżomm sabiex biċċa art wara Blk F Fuq tal-Ħawli Birgu tkun tista' tinbidel f' recreation area?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.