Jista' l-Ministru jara li ssir l-extension tad-drenaġġ għal mal-postijiet u garages ġodda li hemm fi Triq R. Taylor kantuniera ma' Alessandra Street bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qed titlesta 'tender' biex issir l-estenzjoni tad-dranaġġ fi triq R. Taylor, Bormla. Din tkun tista titwettaq wara li tiġi pubblikata fil-Gazzatta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-kumpens xieraq lill-persuna hawn taħt indikata, tal-posta li ttieħdilha sabiex sar bini ġdid floku?
Response (BORG, TONIO)
Skond ir-riċerki li għamel id-Dipartiment ta` l-Artijiet, il-persuna indikata mhix is-sid tal-proprjeta` li d-dettalji tagħha ingħataw mill-Onorevoli Membru taħt Separate Cover Section. Il-kuntratt tax-xiri tal-proprjeta` imsemmija ġie iffirmat mas-sid fit-28 ta` April 1999.
Jiena nfurmat li mija u sitta u għoxrin (126) skrivan bdew jaħdmu mal-Gvern wara l-aħħar sejħa.
Minn dawk li għaddew baqa’ tletin (30) kandidat li għadhom ma ġewx imsejħa. Dawn jiġu mpjegati skond il-ħtieġa tas-servizz.
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex ma jibqax joħroġ dranaġġ fit-Triq quddiem l-iskola ta' Bighi (Ċentru tar-Restawr), żbroff li ilu ħiereġ għal numru ta' ġimgħat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret fil-post flimkien ma rapreżentant tad-Departiment tas-Saħħa instab li kien hemm zewġ 'house connections' miżdudin u r-raprezentant tad-Dipartiment tas-Saħħa ser jordna biex dawn jitranġaw.
Jekk jinstab illi d-drenaġġ xorta baqa jiżbroffa, tiġi mghoddija it-T.V. Camera fis-sistema tad-drenaġġ biex jiġi iċċekjat hemmx xi ħsara fis-sistema.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilta li l-persuna minn Ħal-Tarxien li dettalji dwarha jidhru under separate cover, tingħata r-refund tat-taxxa peress li trid tagħmel operazzjoni u allura r-refund jgħinha ttaffi mill-ispejjeż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu pprogrammat li jitlesta x-xogħol fi Triq Hompesch, Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond it-termini tal-kuntratt oriġinali x-xogħol kellu jieħu tletin ġimgħa u b'hekk kellu ppjanat li jitlesta' fl-1 ta' April 2002.
Minħabba l-azzjonijiet ġudizzjarji li ttieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Fgura x-xogħol waqaf għal diversi ġimgħat. Dan ser ifisser li x-xogħol jitlesta f'xi żmien wara d-data oriġinali. Dan iż-żmien ser jiddependi wkoll dwar meta jiġi deċiż li tinbeda t-tieni fażi tax-xogħol, billi issa hu mistenni li x-xogħol jieqaf għall-perjodu tal-Milied.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fit-tarf ta' Triq l-Irlandiżi kantuniera ma' Triq San Mark, Bormla li ilha maqtugħa ħafna?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu skrivani mal-Gvern wara l-aħħar sejħa? Kemm għadhom ma' daħlux minn dawk li għaddew? Meta hemm il-ħsieb li dawn jidħlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna mill-Belt hawn taħt indikata tingħata r-refund tat-taxxa bejn 1993 u 1-1998?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienxu hemm xi applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal xi xogħol f'Baċir No. 1? X'kien dan ix-xogħol u x'kien l-eżitu għal kull applikazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni għal Master Plan għall-iżvilupp ta` Dock No. 1. L-iżvilupp jikkonsisti f`"Conversion and Rehabilitation" tal-bini eżistenti f`appartamenti u anke lokali kummerċjali. L-applikazzjoni għadha pendenti u għalhekk sa issa għad ma kienx hemm deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjoni tal-cartipage għal kull professur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjoni tal-cartilage hi kif ġej:
Konsulent
Arthroscopy
Mr. F. Zammit Maempel
over 300
Mr. A. Bernard
154
Mr. C. Grixti
84
Mr. C. Sciberras
over 400
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjoni tal-cruxiate għal kull professur
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjoni tal-cruciate hi kif ġej:
Konsulent
Cruciate
Mr. F. Zammit Maempel
25
Mr. A. Bernard
10
Mr. C. Grixti
Mr. C. Sciberras
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-isptar Monte Karmeli? Jista' jgħid kemm minnhom għandhom permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja? Min jista' jibbenefika minn dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li sat-8 ta` Novembru 2001 kien hemm 497 pazjent ġewwa l-Isptar Monte Karmeli u 227 li kienu qegħdin bil-'leave'.
Infurmat ukoll li hu numru żgħir minn dawk li qegħdin ġewwa li m'għandhomx permess li f'xi jum jingħaqdu mal-familja minħabba li minn żmien għal żmien ikunu disturbati ħafna. Fil-fatt, 409 pazjent jibbenifikaw billi f'xi jum jingħaqdu mal-familja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi rakkomandazzjoni li l-work force fil-M.S.C.L. titnaqqas? X'numru ta' ħaddiema hu propost li jibqa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern appunta Task Force biex tiddiskuti r-ristrutturar tat-tarznari. Ix-xogħol ta' din it-Task Force għadu għaddej, u għaldaqstant għadu prematur biex wieħed jagħti dettalji dwar din il-materja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq proġetti tal-Gvern jew ażjendi tal-Gvern il-MSCL tingħatax preferenza għal xogħol li tista' tagħmel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar snin, ix-xogħol li għamlet il-Malta Shipbuilding konness ma' azjendi tal-Gvern kien il-kuntratt għall-bini tal-vapuri għall-kumpanija Gozo Channel li l-gvern preċedenti kien ipprova jikkanċella.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li ser isir xi xogħol ta' estensjoni fuq krejniijiet fil-Freeport? Kif ser jingħata dan ix-xogħol, b'tender jew direct order?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' estensjoni fuq krejnijiet fil-Port Ħieles ser isir mill-kostruttur oriġinali għal dawn ir-raġunijiet:
1. ir-responsabbilta' legali u professjonali li jġorr il-kostruttur oriġinali tul il-ħajja kollha tal-krejn.
2. ir-regolamenti ta' sigurta' internazzjonali, fejn il-proċedura titlob l-approvazzjoni tal-kostruttur oriġinali għal kwalunkwe tibdil.
3. ix-xogħol jinkludi rivalwazzjoni ta' l-istrutturi eżistenti li jinħtieġu tisħiħ minħabba l-ammont ta' ċikli ta' użu - il-kostruttur tal-krejnijiet biss huwa f'pożizzjoni li jindirizza speċifikament u effiċjentement dawk il-partijiet ta' l-istruttura li jkollhom bżonn intervent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet din is-sena mid-dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali? Fejn kienu l-postijiet ċivili ta' kull min ibbenifika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din is-sena ġew allokati 141 post mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.
Peress li ta' kull sena, qabel tasal il-festa tal-Kunċizzjoni jinżabru s-siġar li hemm fi Triq S. Tereża, Bormla, jistax il-Ministru jara li dan ix-xogħol isir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li s-siġar fi Triq S. Tereża jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.