Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza uffiċjali tal-Ministru għandha n-numru GM15. Hija tat-tip BMW 3 Series 320.Il-karozza hija mikrija.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-karozza uffiċjali tal-Ministru hija l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GM17. Il-karozza msemmija ma nxtratx imma hi mikrija bl-istess termini u kundizzjonijiet innegozjati mill-amministrazzjoni preċedenti.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — karozzi uffiċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Tista' tgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza ufficcjali tal-Ministru tal-Politika Socjali hija Toyota Avensis DQZ 526. Il-vettura hija mikrija bir-rata ta’ €18 + VAT kull ġurnata.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — karozzi uffiċjali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċċjali li qed nuża hija ta’ tip BMW 01 2005. Din il-karozza kienet tintuża mill-Ministru preċedenti ta’ l-Affarijiet Barranin. Il-karozza nxtrat fl-2006 għall-prezz ta’ €29,117.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-vettura uffiċċjali tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin hija 'BMW Saloon 320D' b'numru ta' reġistrazzjoni CBR565. Il-vettura msemmija ma nxtratx minn dan il-Ministeru, imma ġiet ittrasferita mill-Ministeru għal Għawdex, liema trasferiment ġie ffinalizzat fl-24 t'April 2013.
Il-vettura kienet oriġinarjament mixtrija mill-Ministeru għal Għawdex fit-8 t'April 2009 għall-valur ta' €30,974.00
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (VELLA, KARMENU)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza uffiċjali bħalissa hija karozza tat-tip BMW 5 series, bin-numru tar-reġistrazzjoni BQZ - 714 (GM 06). Din il-karozza hija mikrija u mhux mixtrija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma nxtrat l-ebda karrozza uffiċjali iżda qed tintuża dik mikrija taħt il-kuntratt eżistenti li sar taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — karozza uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema hi l-karozza uffiċjali tal-Ministru? Jista' jgħid meta nxtrat u kemm qamet meta nxtrat?
Response (MIZZI, JOE)
Il-karozza tal-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura kienet tintuża mill-ex Ministru tat-Turiżmu. Din inxtrat fit- 3 ta’ Novembru 2009 għas-somma ta’ €32,305.00.
Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ma kellux vetturi tiegħu peress illi dan huwa Ministeru ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-vetturi kollha tal-Ministeru għas-Saħħa huma irreġistrati fil-Fleet Management System li hija Software li amministrat mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-offiċju tal-Prim Ministru u mid-Dipartiment inkorċernat, għaldaqstant ma’ irriżultax li kien hemm vetturi nieqsa. Il-kundizzjoni tal-vetturi tirrifletti it-tali żmien ta kemm ilha mixtrija il-vettura.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — informazzjoni dwar vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — informazzjoni dwar vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall Mistoqsija Parlamentari numru 59. Ninforma lill-Onor Interpellant li mal-ħatra tiegħi ma kelli l-ebda vettura tal-Ministeru.
Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li mal-ħatra tiegħi bħala Ministru għal Għawdex, il-vetturi li kellu il- Ministeru kienu konfermati misjuba fil-Ministeru u kienu f'kundizzjoni tajba, ħlief għal waħda li kienet tiġi wżata mis-Segretarjat Privat tal-Ministru preċidenti. Rigward din il-vettura se jitwaqqaf bord sabiex jiġi kkonfermat jekk din il-vettura hix f'qagħda li tintuża iżjed
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Ministeru preċedenti kellu erba' karozzi. Tnejn kienu 'roaming cars' għas-Segretarjat u tnejn tal-Ministru. Dawn ġew ritornati lura f'Marzu 2013 lil En Route-Malta Drive Ltd. u lil Burmarrad Commercials Ltd minn fejn kienu ġew leased.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat illi l-entità responsabbli mill-vetturi taħt il-Ministeru preċedenti kien il-Manufacturing and Services Department (MSD) li issa jinsab taħt id-dekasteru tal-Ministeru tat-Transport li għandu spiċċaw il-parti kbira tal-vetturi u inġenji. Ninsab infurmat ukoll li taħt il-Ministeru tiegħi spiccaw numru żgħir ta’ vetturi li bosta minnhom inxtraw qabel l-2008 u huma qodma.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (MIZZI, JOE)
Peres li ma kienx hemm informazzjoni sodisfaċenti, sar eżerċizzju fejn instabu xi vetturi li ma kienux qed jiġu utilizzati kif suppost u xi wħud minnhom ma kienux f’ kundizzjoni kif wieħed jixtieq. Għaldaqstant ittieħdu l-passi neċessarji.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (CARDONA, CHRIS)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li teknikament, kull Ministeru ta’ din il-leġislatura huwa wieħed ġdid u m’għandu x’jaqsam xejn mal-Ministeri li kien hemm fil-leġislatura l-oħra. Dan huwa stat ta’ fatt mhux biss mill-aspett legalistiku iżda wkoll mill-aspett amministrattiv għaliex il-kompożizzjoni tal-Ministeri l-ġodda hija ferm differenti minn dik li kien hemm fil-leġislatura preċedenti. Jien infurmat li eżatt qabel l-aħħar elezzjoni, bħalma hija l-prassi normali, l-vetturi li kienu jintużaw mill-Ministeri differenti għaddew għand id-Direttur Servizzi Korporattiv rispettiv, ħlief għall-karozzi Ministerjali li ngħataw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li mbagħad refagħhom fid-depot tal-pulizija f’Ta’ Kandja, u ħlief ukoll għal dawk il-karozzi li kienu jintużaw mill-Kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri u mis-segretarji privati ta’ kull Ministru ta’ dak iż-żmien, li kienu ingħataw id-dritt li jixtru l-karozza li kienet għandhom skont il-kuntratt tax-xogħol li kellhom. Dan iffiser li l-uniċi karozzi li nżammu mid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeri preċedenti kienu, jew dawk il-karozzi li kienu għall-użu ġenerali tas-segretarjat privat tal-Ministru, jew inkella karozzi li ma nxtrawx mill-kap tas-segretarjat.
Fil-każ ta’ dak li kien il-Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li kien jokkupa il-binja fejn illum hemm il-Ministeru tiegħi, jien infurmat li d-Direttur għas-Servizzi Koporattivi rispettiv kien ta karozza waħda, dik li kienet tal-ex-Ministru lill-OPM, filwaqt li karozza waħda li kienet tintuża għal skopijiet ġenerali kienet inżammet mill-istess Direttur, sabiex ingħatat service u wara l-elezzjoni ingħatat lis-Segretarjat tiegħi.