Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31721 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Far — Għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-suldati li jagħmlu l-Għassa fl-ewwel reġiment (Ħal Far) jagħmlu l-għassa bil-lembuba meta il-post huwa diżabitat u s-suldati ta' Ħal Safi (3 Regiment), l-għassa jagħmluwha bil-pistola meta dan huwa post diżabitat ukoll? Għaliex is-suldati li jagħmlu l-għassa fil-Barracks ta' Ħal Luqa jagħmlu l-għassa b'rifle (FAL) li jiżen 7 kilos u trid tagħmel 4 sigħat għassa bih meta dan iwassal distanza ta' 800 metru u l-post huwa ċċirkondat bil-bini?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni għandha tkun ippublikata.
Leg 9 PQ #31777 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bonus Supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, pensjonant tal-armata, li qed jaħdem xogħol part-time mad-Dipartimen tal-Edukazzjoni qed jirċievi tnaqqis fil-bonus supplimentari?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna konċernata hija mpjegata bħala Casual Cleaner mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-bonus ta' ħaddiema f'din il-kategorija jinħadem pro rata skond in-numru ta' siegħat li jkunu nħadmu fis-sitt xhur ta' qabel.
Leg 9 PQ #31482 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skrivana tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hemm min għadda mill-eżami għall-skrivan mal-gvern u għadu ma daħalx?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien nfurmat li minn dawk li għaddew mill-eżami għall-iskrivan li sar fis-sena 2000, fadal sittax-il kandidat (16) li għadhom ma ġewx imsejħa biex jibdew l-impjieg.
Leg 9 PQ #31501 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Provvista tal-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jara li tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku fi Triq il-Magħsar, Zabbar peress li r-residenti qed jilmentaw li qed isibu diffikultajiet kbar sabiex ċerti appliances jaħdmu kif suppost ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja, u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #31516 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kirkop — Triq in-Nejder

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwassal is-servizz tal-elettriku f'Arc En Ciel, Triq in-Nejder Kirkop, fejn il-kliejent ilu li ħallas għas-servizz aktar minn 4 snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #31571 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna/MSCL

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta persuna impjegata it-Tarzna jew MSCL, issib impjieg u tiddeċiedi li tapplika għall-iskema ta' irtirar kmieni? Jista' jitlaq mill-ewwel, jew irid jagħmel xi żmien wara li jappliku? Jekk hu l-każ, kemm irid idum jistenna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond il-ftehim milħuq mit-Task Force l-applikazzjonijiet għandhom jiġu trattati mill-aktar fis. Il-management tat-Tarzna ser jibda jagħti deċiżjonijiet, fejn hu possibbli, fi żmien ġimgħatejn jew tlieta mid-data li jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, pero' mhux aktar tard mit-terminu ta' l-iskadenza kif ġie miftiehem mit-Task Force.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament qed titnaqqsilha taxxa minn ras il-għajn mill-pensjoni anke jekk din ħallset fis-self assessment tat-taxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #31391 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kif inhuma klassifikati kategorija kategorija kull tip ta' negozju għall-Awtorita' tal-Ippjanar? X'inhu rikjest sabiex isir change of use ta' negozju?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant jista` jirreferi għal LN 70/2000 'Use Classes Order' fejn huma kklassifikati l-użi kummerċjali. F`każ ta` 'change of use' trid tiġi sottomessa applikazzjoni formali.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament hux qed tirċievi pensjoni anqas milli suppost għax persuni fl-istess grad tagħha qed tirċievi aktar minnha? Hemm lok għal reviżjoni tal-pensjoni tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #31415 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Slum Clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba għall-kumpens dovut lill-persuna indikata separatament li twaqqgħalha l-post biex sar il-proġett ta' slum clearance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jiġi aċċertat min hu legalment is-sid tal-fond li l-persuna indikata separatament twaqqgħalha biex sar il-proġett ta` slum clearance.

Dranaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir t-tiswija neċessarja fis-sistema tad-dranaġġ li hemm f'appartamenti tal-gvern, peress li qed joħolqu nkonvenjent liż-żewġ anzjani li joqgħodu Blk 10, Dr 11, Leo Str, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #31249 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jissewew il-bozoz li ilhom maqtugħa għal ħafna xhur li hemm fuq il-post li jagħti għal Triq Alessandra Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant. Din, min-naħa tagħha, ser tagħmel l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #31250 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fuq il-bozza maqtugħa li hemm fit-tarf ta' Tria il-Polverista Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #31290 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Rekluti Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ir-rekluti l-ġodda tal-AFM baqgħu bla paga f'Jannar li għadda? Jaf il-Ministru li fost dawn ir-rekluti hemm irġiel miżżewwġa li jridu jmantnu lill-familja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li d-data ta’ l-għeluq tat-transazzjonijiet bejn il-Forzi Armati u t-Teżor kienet is-7 ta’ Jannar 2002, u li dawn ir-rekluti ġew ingaġġati f’din l-istess data. Għalhekk ma kienx possibli li jitħallsu f’Jannar stess.
Leg 9 PQ #31166 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Sportiv fil-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi wasal ix-xogħol fuq il-proġett ta' Ċentru Sportiv fil-Kottonera? It-time frames qed jinżammu? Meta hu pprogrammat li jitlesta x-xogħol u allura jinfetaħ dan iċ-ċentra sportiv?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-proġett taċ-Ċentru tal-Kottonera wasal fil-fażi fejn hu mistenni li tibda l-kostruzzjoni tas-saqaf. Ix-xogħol miexi skond il-programm. Hu mistenni li l-proġett jitlesta għall-bidu tas-sena 2003.
Leg 9 PQ #31168 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Abbuż tad-Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu każi ta' abbuż mid-droga fix-xahar ta' Diċembru 2001? X'tip ta' droga u kemm inqabdet ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xahar ta` Diċembru 2001 kien hemm 15-il każ konnessi ma` abbuż ta` droga. It-tip ta` droga u l-kwantita` li nqabdet hi kif ġej:- Cocaine 1 kg 955 grms Heroin 395 grms Cannabis Resin 9.9 grms Ecstasy 1 tablet
Leg 9 PQ #31169 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

National Insurance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif iċċaqlaq il-ħlas tal-bolla tan-National Insurance għall-kategorija differenti (impjegati/self-employed) tul dawn l-aħħar 10 snin?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għad-diversi kategoriji ta' mpjegati u self-employed/self-occupied għas-snin 1992 sa l-2002.