Jista' l-Ministru jinvestiga t-tnaqqis li qed ikollha mill-pensjoni l-persuna indikata under separate cover u dan peress li f'ittra mibgħuta lilu mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali fl-24/11/01 qalulu li ma kienx għad fadallu arretrati xi jħallas?
Jikkonferma l-Ministru li anke kieku kellu jagħti, (għalkemm fil-fatt ma għandux) tnaqqis ta' Lm96 minn pensjoni ta' Lm130 huwa esaġerat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħidli għar-rigward tal-public service commission fil-preżent
i) x'inhi l-kompożizzjoni tagħha
ii) in-numru ta' deċizzjonijiet fis-sena 2001
iii) u jekk għadiex tiffunzjona?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
1. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku hija komposta kif ġej:
“Chairman”
Is-Sur Joseph J M Curmi MPA DPA FCIPD
“Deputy Chairman”
Il-Brigadier (Rtd) John Spiteri MOM
Membri
Is-Sinjura Yvonne Micallef Stafrace BA(Hons) MA
Dr Janet Mifsud B Pharm(Hons) PhD
Is-Sur John A Scicluna DPA
2. Matul is-sena 2001, il-Kummissjoni ssottomettiet 759 rakkomandazzjoni lill-
Prim Ministru , 701 dwar ħatriet, eċċ u 58 dwar dixxiplina.
3. Fis-Sena 2001 il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku iltaqgħet ħamsin
(50) darba.
Il-Kummissjoni ħarget 277 sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta’ vakanzi
fis-servizz pubbliku. Minn dawn, 159 sejħa dehru fil-Gazzetta tal-Gvern
filwaqt li l-118 l-oħra kienu Ċirkularijiet interni.
Jekk l-Onorevoli Membru ikun jixtieq iżjed informazzjoni dwar il-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku nistiednu jara r-Rapport li toħroġ il-Kummissjoni kull sena, u li kopja tiegħu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ġeneralment għal ħabta ta’ April.
Peress li l-ex-ħaddiema tal-ATCC ġarrew magħhom il-kundizzjonijiet kollha meta saru parti mill-MIA, jista' jispjega għaliex uħud minnhom tilfu d-dritt li jieħdu ż-żidiet marbuta mar-re-organizzajoni tal-pagi taċ-ċivil?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw il-propjeta tagħhom fl-iskema li ġiet imnedija dan l-aħħar għal reġistrazzjoni ta' propjeta fuq mod volontarja? Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31894?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa llum minn dan il-proġett tlestiet il-parti ta' quddiem id-Dar ta' l-Anzjani u l-parkeġġ fil-livell ta' taħt. Bħalissa qed isir xogħol fuq l-installazzjoni tad-dawl fl-istess sit.
Il-pjanijiet oriġinali għal din il-pjazza jeħtieġu xi modifikazzjonijiet. Hu maħsub li x-xogħol fuq dawn il-pjanti jitkompla aktar tard din is-sena jekk jiġi kkonfermat li l-fondi meħtieġa għal dan il-proġett huma disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid peress li l-ground ta' l-iskola Primarja ta' Bormla itteħditlu biċċa minnu u peress li din il-parti tħalliet abbandunata, jista' jikkunsidra li dan il-ground żgħir li kien jitġawda ħafna miż-żagħżagħ ta' Bormla, jerġa jinġieb għall-istat li kien fih qabel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ground imsemmi jagħmel minnu d-Dipartiment ta' l-Ambjent u għaldaqstant tlabt li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi dan l-ilment ma' dak id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li t-tifel li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jingħata s-servizz ta' facilitator u dan wara li ġie assesjat mic-Child Development Assessment Unit?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord ta' qabel kien ra l-każ ta' dan it-tifel u ddeċieda li ma kienx każ ta' facilitator. Is-CDAU kien jagħmel parti minn dan il-Bord.
Jista' l-Ministru jgħid hux ġustifikat l-ilment tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, li qed tgħid li qed tirċievi pensjoni baxxa ħafna ħdejn dak li qed jirċievu ex-kollegi tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mara li tkun ħadmet għal numru ta' snin bħal part-time, jekk hijiex intitolata għall-pensjoni? Min hu ntitolat għall-pensjoni u kemm iridi ikun ħadem dejjm għal-livell ta' part-time?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 31898 f'Seduta 707, partikolarment għat-tieni paragrafu ta' dik it-Tweġiba.
Peress li l-ex-ħaddiema tal-(ATCC) Air Traffic Control Corps saru parti mill-MIA, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn (f'ħafna każi wara għexierien ta' snin servizz) humiex intitolati għal-titjib li kien hemm fil-pagi wara r-re-organizzazjoni li saret ftit ilu?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-mediċina Gleevec għadha mhux available fl-ispiżeriji tal-Gvern?
Jista' l-Ministru jara kif jiġu megħjuna persuni li għandhom bżonn din il-mediċina li tiswa mijiet ta' liri?
Peress li hemm persuni li magħhom ma taqbilx it-titqiba Interferog, jistgħu dawn jingħataw l-alternativa Gleevec?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċina Gleevac ġiet ikkunsidrata u diskussa mid-Drugs & Therapeutics Committee tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-meeting li kellu fit-28 ta` Jannar 2002. Ir-rakommandazzjoni tiegħu, li ġiet approvata mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Saħħa, kienet li għalissa din il-mediċina ma tiġix introdotta fl-ispiżerija tal-Gvern, iżda li l-kumitat jerġa` jikkunsidra l-introduzzjoni ta` din il-mediċina aktar tard din is-sena. Dan biex ikun hemm aktar informazzjoni dwar l-effetti ta` din il-mediċina. Bħal issa, in-National Institute of Clinical Excellence (NICE) tar-Renju Unit qiegħed ukoll jagħmel l-istudji tiegħu fuq din il-mediċina u hu previst li joħroġ bir-rakkomandazzjonijiet tiegħu aktar tard din is-sena (Awissu 2002).
Barra mill-Interferon il-marda tal-chronic myeloid leukaemia tista` tiġi ttrattata wkoll bil-hydroxyurea, kif ukoll b'bone marrow transplant f'pazjenti iżgħar minn 60 sena u li jkollhom donor li kun adattat.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fix-xatt tal-Isla ħdejn il-ground tal-Ponta, li issa ilha ħafna ġimgħat maqtugħa fejn minbarra li ma tixgħelx hi ta' periklu?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fuq is-sit fejn qed jinbena l-isptar San Raffaele Tal-Qroqq, hemmx xi persuni bħal nurse/tabib li jkunu stand by għal meta jinqala' xi inċident?
Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fuq is-sit ta` l-Isptar il-Ġdid f'Tal Qroqq m'hemm l-ebda tabib jew infermier/a stand-by għal meta jinqala` xi inċident matul il-perjodu tal-bini tiegħu.
Iżda, konformi ma` l-Occupational Health & Safety Act 1994 - Avviż Legali 198 ta` l-1995, fuq is-sit ta` l-iSptar il-Ġdid hemm numru ta` First Aid Posts imqassma f'postijiet strateġiċi u mgħammra b'apparat ta` l-ewwel għajnuna. Dawn huma mmexxija minn first aiders kwalifikati.
Dawn il-first aiders jaqgħu taħt is-sezzjoni tas-Saħħa u Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol taħt ir-responsabbilta` tal-kuntrattur konċernat.
Jista' l-Ministru jara li jissewwew iż-żewġ bozoz li hemm maqtugħa fi Triq Dwardu, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.