Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'persuni li sfaw issensjati mill-impjieg tagħhom tagħhom minn Jannar 2002 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid minn liema settur kienu ġejjin u l-etajiet ta' kul persuna li tilfet l-impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' persuni, skond is-settur fejn kienu mpjegati u maqsuma skond l-eta' ta' taħt jew fuq il-25 sena, li marru jirreġistraw għax-xogħol f'Jannar, Frar u Marzu 2002, wara li ġew redundant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32720 u cioe, jista' jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li sfaw issensjati mill-impjieg tagħhom tagħhom minn Jannar 2002 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid minn liema settur kienu ġejjin u l-etajiet ta' kull persuna li tilfet l-impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32720 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ma' l-universita' minn Settembru 1998 sal-lum?
F'liema grad daħlu, u minn liema lokalita' ġejjin?
Kemm kien hemm persuni għal kull grad li ġew intervistati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mat-Tug Malta minn Jannar 2001 sal-lum?
F'liema grad daħlu, u minn liema lokalita' ġejjin?
Kemm kien hemm persuni għal kull grad li ġew intervistati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul is-sena li għaddiet u l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew impjegati ħmistax-il persuna mal-kumpanija Tug Malta. Id-dettalji mitluba dwar dawn l-impjegati ġodda huma kif ġej:
IMPJEGATI GRAD LOKALITA' INTERVISTATI
1 Accounts Clerk San Pawl il-Baħar 14
1 Junior Marine Fitter Fgura 16
1 Operations Officer Fgura 32
3 Greasers Vittoriosa (2), Mosta 13
1 Secretary Msida
1 Asst. to Secretary Birkirkara 51
1 Seaman/Greaser Marsascala
2 Seaman B'Bugia, Marsascala
4 Seaman/Maintenance Qormi, Zejtun, Rabat, B'Kara 43
Jista' l-Ministru jgħid jekk tul din l-aħħar sena, kienx hemm xi tip ta' ilmenti minn residenti fid-dar ta' l-anzjani Bormla?
X'tip ta' ilmenti kienu u x'sar sabiex ġew irranġati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'din l-aħħar sena ma kien hemm l-ebda tip ta' ilmenti mir-residenti fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma ppostjati dawk il-persuni li kkwalifikaw bħala health and safety officers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dawk l-istudenti li jsegwu l-kors tad-Diploma (OHS) fl-Universita' ta' Malta, ninsab infurmat li għall-korsijiet li bdew bejn is-snin 1997 u 1998 intbagħtu tmin spetturi mit-taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u dawn preżentement qed jaħdmu ma' l-Awtorita' dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol. Ninsab infurmat ukoll li dawk li attendew il-korsijiet li bdew bejn is-snin 1999 u s-sena 2001 kienu ġejjin mis-settur privat, ażjendi parastatali jew fuq inizjattiva personali tagħhom infushom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li inħatru bħala health and safety officers, sena b'sena, f'dawn l-aħħar 5 snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-numru ta' persuni li nħatru bħala Safety and Health Officers, sena b'sena, f'dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
1998 - 0
1999 - 4
2000 - 2
2001 - 0
2002 - 0
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi parkeġġ riservat għall-membri parlamentari fl-isptarijiet statali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li fil-grounds ta` l-iSptar San Luqa hemm tliet (3) postijiet riservati għal V.I.Ps (inklużi Membri Parlamentari).
M'hemmx ħtieġa ta` postijiet riservati fi sptarijiet oħra ta` l-iStat.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokalita' ġejjin l-istudenti li jattendu l-iskola Maria Goretti Tarxien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lokalitajiet minn fejn ġejjin l-istudenti li jattendu l-iskola Maria Goretti, Tarxien huma kif se nsemmi:
B'Bugia
M'Xlokk
Paola
Sta Lucia
Tarxien
Żejtun
Hemm tfajliet oħra mill-Gudja u minn Ħal Għaxaq li jattendu fil-Form III, IV u V.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm delegazzjonijiet mill-ETC li siefru fuq xogħol tul dawn l-aħħar sentejn?
Kemm kien il-kontinġent f'kull każ?
Fejn marru u x'kienet il-missjoni u kemm qamet kull safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li trid tittieħed sabiex isir change of use ta' negozju f'class 4 għall-istess klassi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-liċenzji tan-negozju fil-preżent huma fir-responsabbilta' tal-pulizija, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kontravenzjonijiet mhux ta' traffiku rapportati mill-gwarjani lokali tul is-sena 2001?
Jista' jaqsamhom lokal b'lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza li hemm fuq 39 Sqaq Bormla, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu
separatament, tkun tista issirilha l-operazzjoni li għandha bżonn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.