Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra t-talba għal post tal-persuna li għandha file H117 u dan peress li hi single parent b'żewġt itfal u tgħix mal-ġenituri tagħha flimkien ma' ħutha f'post li issa sar żgħir ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni H 117 ma tirrigwardax single parent, u ilha kkanċellata mill-1993.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Id-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta jieħdu intake ta’ Summer Workers.
Fil-każ tad-Dipartiment dawn l-għazliet isiru mill-iStudent Maintenance Grants Board tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, filwaqt li l-Awtorita’ tieħu intake ta’ Summer Workers skond il-ħtieġijiet identifikati mid-Direttorati u d-Dipartimenti tagħha. Ġeneralment, l-istudenti jintgħazlu mill-kors tat-turiżmu li jsir fl-Universita’ ta’ Malta, u studenti oħra mill-Universita’.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' l-area ta' l-HOS Sur Santa Liena Bormla qed ikollhom pressa baxxa għall-aħħar fis-sistema tal-ilma?
Jista' jara li dan l-inkonvenjent jitneħħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dettaljata lill-persuna under separate cover għal liema raġuni qed tintalab li tħallas lura s-somma ta' lm 1800 meta hi dejjem informat lid-dipartiment b'kull dħul li kellha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32971 u cioe, jista' jgħid liema xogħlijiet ser isiru mid-dipartimenti tiegħu fil-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għandu programm vast u ambizzjuż għat-tliet snin li ġejjin. Dan il-programm jiddependi fuq il-finanzjament li jingħata l-proġett aktar tard. Fost il-proġetti li hemm:
Master Plan għall-Kottonera
Heritage Trail
Dwal fis-swar u bini mportanti.
Birgu: Tkomplija tal-proġett ta' Couvre Porte
Restawr ta' l-istatwa tal-Vitorja
Tkomplija ta' pavimentar fil-Collachio
Mużew fl-Armerija
Paviment f'Misraħ ir-Rebħa
Bormla: Tkomplija ta' Pjazza Santa Margherita
Playing field San Ġwann t'Għuxa
Paviment fi Pjazza P Vassallo u l-area tal-madwar
Toilets pubbliċi fi Triq il-Pellegrinaġġ
Misraħ barra Bieb Santa Liena
Isla: Restawr, paviment eċċ Mina Sant'Anna
Paviment ħdejn il-Gardjola
Kalkara: Restawr kappella tas-Salvatur
Heritage Trail mal-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ma' l-universita' minn Settembru 1998 sal-lum?
F'liema grad daħlu, u minn liema lokalita' ġejjin?
Kemm kien hemm persuni għal kull grad li ġew intervistati?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lil Ministru ta` l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (BORG, TONIO)

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lil Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dawn il-ġranet qed tiġi pubblikata ċ-ċirkulari li ħarġet ukoll is-sena l-oħra biex dipartimenti tal-Gvern, azjendi u entijiet pubbliċi u privati jinformaw lill-Bord għall-Għotjiet tal-Manteniment ta' Studenti kemm u fejn lesti jiffinanzjaw esperjenzi ta' xogħol għal studenti ta' l-Universita` ta' waqt il-vaganzi tas-Sajf. Id-dettalji nkunu nfuhom aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza d-domanda lil Ministru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza ddomanda lil Ministru ta' lEdukazzjoni.