Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34525 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Beach Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mil beach cleaners ingħataw transfer? Fejn intbagħtu? Minn fejn huma? Min qed jagħmel ix-xogħol li kienu jagħmlu huma?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-għadd ta’ transfers li ngħataw fis-Sezzjoni tal-Beach Cleaning mill-1 ta’ Jannar 2002, kien ta’ sitta u tletin (36). Dawn il-ħaddiema ntbagħtu kif ġej: Numru ta’ ħaddiema Post 5 Qrati tal-Ġustizzja 1 Reġistru ta’ l-Artijiet 30 Dipartiment tas-Saħħa Dawn il-ħaddiema joqogħdu f’diversi postijiet madwar Malta li huma: Attard, Swieqi, Bormla, Pieta’, Valletta, Marsa, Birgu, Zurrieq, Furjana, Raħal il-Ġdid, Msida, Sliema, Rabat, Naxxar, Fgura u Żabbar. Ix-xogħol fuq ix-xtut qiegħed isir mill-ħaddiema l-oħra li hemm fis-sezzjoni.

SVPR

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34184, b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33794 fejn il-Viċi Prim Ministru qal li għad fadal sitt nursing aides li qed jitħallsu skala 14 u li jista' jkun li huma intitolati għal skala 13, jista' jara jekk hux minnha l-informazzjoni li għaddiet lili li hemm 13 li qed isofru din id-differenza? Jista' jgħid jekk hux minnu li l-maġġoranza tagħhom ġew approvati mid-direttur ta' l-istess dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Nursing Aides li jistgħu jkunu ntitolati li jitilgħu għal skala 13, li jien tajt fit-Tweġiba għal Mistoqsija Numru 33794 f'Seduta Numru 748, kien limitat għal dawk in-Nursing Aides li kienu daħlu qabel l-1987, li kienet l-informazzjoni mitluba f'dik il-Mistoqsija. Ninsab infurmat li hemm numru ieħor ta' Nursing Aides, li wkoll jistgħu jkunu ntitolati li jitilgħu għal skala 13, li daħlu wara l-1987. Qed isir il-proċess meħtieġ biex tiġi regolariżżata l-pożizzjoni ta' dawk in-Nursing Aides kollha li fadal li huma ntitolati li jibbenefikaw mill-provedimenti tal-ftehim relatat.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-persuna indikata separatament minn din il-mistoqsija għaliex kellha tnaqqis fil-ħlas ta' children allowance, meta hi għadha fl-istess stat li kienet fis-snin passati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta żgħażagħ li jkun qed jieħu kors ta' motor vehicle technician ma jsibx sponsor? Kif tgħin f'dan il-każ l-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta post addattat ma jinstabx u l-apprendist jaghmel numru ta' xhur minghajr sponsor, l-apprendistat ikollu jitwaqqaf. F'dan il-kaz l-apprendist jibda jigi kkunsidrat bhala student u ma jibqax elegibbli ghal Journeyman Certificate. Dan ic-certifikat jinghata biss lil dawk li jtemmu l-apprendistat b'success.

Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reġistrazzjonijiet ta' karozzi ġodda f'Jannar, Frar, Marzu u April għas-snin 1998, 1999, 2000, 2001 u 2002 separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsijiet parlamentatri Nru. 25445 u 27893, jien infurmat li n-numru ta' karozzi rreġistrati ġodda matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2002 hu kif ġej:- Jannar - 1085 Frar - 930 Marzu - 971 April - 1112
Leg 9 PQ #34516 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Birgu — Triq San Filippu

Question

Jista' l-Ministru jara jekk sarx progress sabiex planters bla permess li saru ħdejn 56 Triq San Filippu Birgu jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba li l-Awtorita` għandha numru konsiderevoli ta` files riferuti għal azzjoni diretta, l-Awtorita` tieħu azzjoni meta jkun possibli.
Leg 9 PQ #34518 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Birgu — Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm xi mina minn dawk li hemm Xatt ir-Risq Birgu il għadha ma ġietx allokata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li skond l-arkivji tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern hemm mina waħda li għad ma ġietx allokata. Qed isiru l-investigazzjonijiet neċessarji biex jiġi stabbilit jekk il-mina in kwistjoni għandhiex tinħareġ għall-kiri bl-offerti.
Leg 9 PQ #34519 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm proposta/idea li xi ħaddiema tal-Malta Shipbuilding jintbagħtu sekondati mal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li xi ħaddiema tal-Malta Shipbuilding intbagħtu fuq bażi temporanja biex jgħinu lil xi Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #34520 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk il-pilloli Xeroda jinstabux mill-iżpiżerija tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-pilloli Xeroda m'humiex inklużi fil-lista ta` Mediċini li jingħataw b'xejn mill-ispiżeriji tal-gvern.

Bormla — Triq San Gwann

Question

Issa li Triq San Gwann Bormla tlestiet, jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Bormla ser isirilhom resurfacing sa' l-aħħar tas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsill Lokali biex jimplimenta x-xogħol ta' titjib fit-toroq u għalhekk il-prijoritajiet jiġu aġġornati minn żmien għal żmien skond kif ikun il-bżonn. Bħalissa m'hemmx ħsieb li jingħata resurfacing ta' toroq oħra fil-lokal indikat.

Increment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-ex-impjegati tat-Tarzna illum pensjonanti u li għadhom ma' ħadux l-aħħar żieda marbuta ma' l-aħħar increment, għandhomx japplikaw għaliha mad-dipartiment jew jekk tingħatax awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonanti msemmija m'għandhomx għalfejn jaghmlu xi talba għal reviżjoni. Jiena nfurmat li dawn ir-reviżjonijiet bħalissa qed jinħadmu u hekk kif jitlestew il-pensjonanti jiġu nfurmati minnufih bir-riżultat u fejn hu dovut xi żieda fil-pensjoni dawn jitħallsu.

Pensjoni

Question

Peress li saret reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinforma x'inhi r-raġuni li din ma saritx minn meta spiċċa bil-61 jiġifieri f'Mejju tal-2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Zabbar — St. Peter's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru xi toroq (re-surfacing) fl-area ta' St. Peter's Zabbar? Liema huma dawn it-toroq? Meta hemm il-ħsieb li jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 32869.
Leg 9 PQ #34484 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħamrun — Skola Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilita li studenta li ser tattendi l-form III Maria Regina Ħamrun għas-sena skolastika li ġejja, ikollha għalliema tal-istorja?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34116.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-problema li għandha l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fil-ħlasijiet li qed jirċievi bħala għajnUna tal-qagħad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kuntratturi li għandhom jieħdu għal xogħol li għamlu minn Settembru 1998 sal-lum? X'inhuma l-ammonti għal kull każ u kemm ilhom pendenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħalqu bil-ġebel il-bibien tal-postijiet li ġew żvojtjati fl-area ta' St. John Street Bormla, quddiem il-club ta' Cospicua Rangers peress li fihom qed ikun hemm l-abbużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 34206 f'Seduta Numru 760.
Leg 9 PQ #34218 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out Patients

Question

Issa li għaddew numru ta' xhur mill-aħħar viżta tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fl-out patient St. Lukes, jista' l-Ministru jgħid meta ser jibagħtu għall-anzjana indikata sabiex issirilha l-operazzjoni tant bżonnjuża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.